B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 32649 u 32650, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu jew ser jittieħdu fir-rigward tar-restawr tal-lapida li hemm ix-Xgħajra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ix-Xgħajra, li ġie maqbul li tiġi ordnata plakka tal-irħam ġdida biex tieħu post dik eżistenti li hemm fil-ġnien bejn l-aħħar parti ta’ Triq Qaċċawiet u Dawret ix-Xatt.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32656 fir-rigward tar-rappreżentazzjonijiet neċessarji sabiex il-vot għall-gazzetti għal għotjiet lill-media jiżdied b’mod iktar sostanzjali, jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm u jekk ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman ġewx implimentati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali ser jidħol fi ftehim direttament mal-media houses waqt li jikkonferma li l-Ministeru ser ikun qed jonora parti mir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 28889, 30873 u 32652, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Villa f’Tas-Silġ, f’Marsaxlokk?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li, minn l-aħħar tweġiba relatata ma’ dan is-sit, m’hemm l-ebda aġġornament ulterjuri x’jiġi kkomunikat. Ninsab informat ukoll li l-kundizzjoni tas-sit hija waħda stabbli.
Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, il-Gudja u ż-Żejtun - Problema tal-ħamiem
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari preċedenti dwar problemi ta’ ħmieġ u preżenza qawwija ta’ ħamiem f’Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, il-Gudja u ż-Żejtun, jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex din il-problema tiġi kkontrollata?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ħejja programm sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ ħamiem salvaġġ madwar il-lokalitajiet f’Malta u Għawdex liema programm ġie sottomess għal approvazzjoni tal-kumitat Ornis.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32667, jista’ l-Ministru jgħid jekk instabx lok ġdid għall-arkivju nazzjonali kif preċedentement kien ippjanat?
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 32338 u 32739, jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rakkomandazzjonijiet tal-Fact Finding Report ġewx implimentati? Jekk iva, jista’ jgħid kif u meta dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew implimentati peress illi qed titqajjem preokkupazzjoni dwar dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
1. Id-Direttorat tal-Kwalita u Standards f-Edukazzjoni jagħmel external Review. L-external review sar u matul dan ix-xhur, l-istess Direttorat fassal u żviluppa framework ta’ external review li se jibda jintuża f’dawn l-istituzzjonijiet. Dan il-mudell se jiġi varat f’din is-sena skolastika
2. Isiru diskussjonijiet mac-Child Safety u Child Protection dwar il-każ. Id-diskussjonijiet saru u ma kienx hemm bżonn ta’ investigazzjoni ulterjuri
3. Jitfassal qafas regolatorju għall-ABA. Saru laqgħat bejn stakeholders neċessajri u qed jitlesta rapport.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex ser isiru t-tiswijiet neċessarji fi Pjazza Gavino Gulija, f’Bormla?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ser jagħmel it-tiswijiet neċessarji.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex ser isiru t-tiswijiet neċessarji fi Pjazza Gavino Gulija, f’Bormla?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser tiġi installata mill-ġdid it-telephone box (il-ħamra) ta’ żmien l-Ingliżi li ġiet imneħħija għar-restawr fi Triq Mariano, il-Belt Valletta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fil-Belt Valletta m’hemm l-ebda triq jisimha Triq Mariano.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jinġabar il-larinġ li hemm fi Ġnien Dante l-Furjana din is-sena, biex jekk dan il-larinġ huwa tal-bakkaljaw, ma jintilifx?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Il-Furjana ser ikun qed jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex dan il-larinġ jinqata’ u jsib mezzi kif jista’ jintuża għall-benefiċċju tal-komunità lokali.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jara li t-tindif tal-parti tal-Ponta tal-Birgu jsir peress li huwa ta’ periklu għal terzi? Jista’ wkoll jara li tingħata l-attenzjoni neċessarja?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jipprovdi iktar informazzjoni dwar liema parti tal-Birgu qed jirreferi għaliha.
Ix-Xatt ta’ Wied il-Għajn - Ħsarat ikkawżati bil-maltemp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew verifikati fix-Xatt ta’ Wied il-Għajn wara l-aħħar maltempata? Jista’ jgħid ukoll x’passi diġà ttieħdu u x’passi ser jittieħdu f’dan ir-rigward?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil l-Onorevoli Interpellant li immedjatament wara l-maltempata saru numru ta’ spezzjonijiet biex jiġi iddeterminat xi ħsarat hemm. Żoni li kienu ta’ periklu ġew barrikati biex jingħalaq l-aċċess għall-pubbliku. Bħalissa qed isir eżerċizzju fejn qed jiġi determinat liema partijiet tal-istrutturi li ġew affettwati mill-maltemp ser isir intervent fuqhom u x’tip ta’ intevent. Li hu żgur li fejn inqala' fil-maltemp ser jerġa' isir fiż-żmien li ġej.
Il-Kalkara - Bajja ta’ Rinella - Ħsarat ikkawżati bil-maltemp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew verifikati fil-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara wara l-aħħar maltempata? Jista’ jgħid ukoll x’passi diġà ttieħdu u x’passi ser jittieħdu f’dan ir-rigward?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanti li immedjatament wara l-maltempata saru spezzjonijiet tal-ħsarat. Ingħalqet iż-żona li hi ta’ periklu biex ma jkunx hemm aċċess għall-pubbliku. Fil-fratemp saret ukoll investigazzjoni biex jiġi determinat fejn jinsab il-livell tal-blat minħabba li hemmhekk hu wied. Bħalissa għaddejjin analiżi biex jiġi determinat xi struttura ser tiġi mibnija u l-estent ta’ l-intervent bil-pjan li x-xogħlijiet jibdew ma jdumux.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew verifikati fix-Xatt tax-Xgħajra wara l-aħħar maltempata? Jista’ jgħid ukoll x’passi diġà ttieħdu u x’passi ser jittieħdu f’dan ir-rigward?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-maltempata ta’ Jannar li għadda kkawżat l-erożjoni tal-pedament ta’ parti mill-promenade tax-Xgħajra u din ċediet. Id-Dipartiment tax-Xogħlijet Pubbliċi intervjena minnufih u poġġa blokki tal-konkos sabiex jagħlaq din il-parti tal-promenade. Id-dipartiment qed iħejji s-surveys u l-pjanti neċessarji sabiex din il-parti tal-promenade li ċediet terġa’ tinbena mill-ġdid.
Ix-Xatt ta’ Wied il-Għajn - Ħsarat ikkawżati bil-maltemp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew verifikati fix-Xatt ta’ Wied il-Għajn wara l-aħħar maltempata? Jista’ jgħid ukoll x’passi diġà ttieħdu u x’passi ser jittieħdu f’dan ir-rigward?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Wied il-Għajn li x-xogħlijiet kollha tad-dawra tax-xatt, mit-Torri ta’ San Tumas sal-knisja u dik taż-Żonqor, huma responsabbiltà ċentrali. Il-Kunsill, però, ser jagħmel użu mis-servizz ta’ surveyor li ser jiġi pprovdut mir-Reġjun sabiex jikkwantifika l-ħsarat tar-railing li nqala', tat-triq u tal-bankina. Ir-rapport ser jiġi riferut lil Infrastructure Malta bil-possibbiltà li x-xogħol ta’ riġenerazzjoni jiġi estiż f’din il-parti wkoll.
Il-Kalkara - Bajja ta’ Rinella - Ħsarat ikkawżati bil-maltemp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew verifikati fil-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara wara l-aħħar maltempata? Jista’ jgħid ukoll x’passi diġà ttieħdu u x’passi ser jittieħdu f’dan ir-rigward?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Il-Kalkara li, kawża tal-maltempata, il-Bajja ta’ Rinella sofriet ħsara konsiderevoli fit-turġien li jagħtu aċċess għall-bajja, fil-bankini u fit-triq li ddawwar il-bajja. Numru ta’ ġebel kbir inġema’ fit-triq u ammont sostanzjali ta’ ramel tkaxkar mill-baħar. F’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Lokali u Infrastructure Malta, tpoġġew barrikati tal-konkos f’din it-triq biex jingħalaq l-aċċess għall-vetturi fil-parti fejn sfrondat it-triq. Saru wkoll arranġamenti biex jitpoġġew tabelli sabiex il-pubbliku jiġi infurmat b’dan u jevita ż-żona. Qed isir assessjar taż-żona biex jiġi stabbilit l-aħjar mod kif tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tal-ħsara fit-triq.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew verifikati fix-Xatt tax-Xgħajra wara l-aħħar maltempata? Jista’ jgħid ukoll x’passi diġà ttieħdu u x’passi ser jittieħdu f’dan ir-rigward?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ix-Xgħajra li l-maġġor parti tal-ħsarat seħħew max-xatt. Id-dawra tax-xatt iġġarraf minħabba li ċeda s-sottobank u, konsegwentement, inqala’ r-railing u d-dawl dekorattiv. Ħafna mill-palm tul ix-xatt tqaċċat u ammont kbir ta’ ġebel ittella’ mill-baħar u kisser il-bankina. Tabelli u bins ukoll tkissru, filwaqt li xi bankijiet inqalgħu.
Peress li d-dawra tax-xatt hija responsabbilita' centrali, l-awtoritajiet relevanti ġew infurmati biex flimkien jiġi stabbilit l-aħjar mod kif tiġi indirizzata s-sitwazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq matul is-sena 2025 sabiex jinforma lil-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Ħal Għaxaq ma ppubblikax rivisti matul is-sena 2025 u, għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda nefqa relatata.
Wied il-Għajn - Kunsill Lokali - Rivisti ppubblikati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn matul is-sena 2025 sabiex jinforma lil-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Wied il-Għajn, li matul is-sena 2025, il-Kunsill ma ppublikax rivisti u għalhekk ma kien hemm l-ebda nefqa relatata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk matul is-sena 2025 sabiex jinforma lil-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Marsaxlokk ma ppubblikax rivisti matul is-sena 2025 u, għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda nefqa relatata.