Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid — Ħamiem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-problema li hemm ta' kwantità ta’ ħamiem fl-aħħar parti tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid fid-direzzjoni lejn Ħal Tarxien, tiġi solvuta billi qed iħallu ħafna ħmieġ b'perikolu għall-anzjani?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Raħal Ġdid — Ħamiem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-problema li hemm ta' kwantità ta’ ħamiem fl-aħħar parti tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid fid-direzzjoni lejn Ħal Tarxien, tiġi solvuta billi qed iħallu ħafna ħmieġ b'perikolu għall-anzjani?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.

Santa Luċija — Triq Dawret it-Torri - Zebra crossing

Question

Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm zebra crossing fl-aħħar parti ta’ Triq Dawret it-Torri f’Santa Luċija fid-direzzjoni lejn Ħal Luqa?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Santa Luċija — Triq Dawret it-Torri - Zebra crossing

Question

Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm zebra crossing fl-aħħar parti ta’ Triq Dawret it-Torri f’Santa Luċija fid-direzzjoni lejn Ħal Luqa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Lulju tas-sena 2024 l-Awtorita’ għat-Trasport f’Malta approvat pedestrian crossing fi Triq Dawret it-Torri, Santa Luċija.

Gaża — Għajnuna umanitarja - Fondi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm għadda fondi pajjiżna u kull xort’oħra ta’ għajnuna umanitarja lill-poplu f’Gaża kemm ilu li qam il-konflitt?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa marbuta ma’ bosta inizjattivi ta’ għajnuna diretta lill-poplu Palestinjan f’Gaża, ix-Xatt tal-Punent u lil hinn, minn Ottubru 2023 lil hawn, kienet tammonta ‘l fuq minn 630,000 ewro, kif qed jiġi spjegat hekk kif ġej. Minn perspettiva ta' assistenza finanzjarja, Malta għenet b'total ta' €415,000 minn Ottubru 2023 'l hawn lil diversi għaqdiet tan-Nazzjonijiet Magħquda u tas-Salib l-Aħmar li qed joperaw f'Gaża. Dan l-ammont kien imqassam b’mod speċifiku għal UNRWA, Aġenzija tan-Nazzjonijiet Magħquda għall-għajnuna u x-Xogħlijiet fost ir-Refuġjati Palestinjani (€225,000), WFP Il-Programm Dinji tal-Ikel (€25,000), FAO Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (€50,000), ICRC Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (€40,000), World Central Kitchen (€50,000) u l-Għaqda tas-Salib l-Aħmar Eġizzjana (€25,000). F’koperazzjoni mal-pubbliku, is-settur volontarju, il-Protezzjoni Ċivili, u l-Ministeru tas-Saħħa, Malta organizzat donazzjonijiet ta' mediċina, ikel u affarijiet bżonnjużi oħra, fejn inħarġet spiża ta' €2,323 biex jintbagħat kontejner. Il-mediċina provduta mit-Taqsima Ċentrali ta’ Akkwist u Provvisti tammonta għal €4,653.59. Barra minn hekk, Malta għenet refuġjati Palestinjani fil-Libanu u fis-Sirja, b’kontribuzzjoni ta’ €175,000 fil-qasam umanitarju lejn għaqdiet tan-Nazzjonijiet Magħquda u s-settur volontarju, fosthom IFRC Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u n-nofs Qamar l-Aħmar, UNHCR Kummissarjat Għoli tan-Nazzjonijiet Magħquda għar-Refuġjati, WFP Il-Programm Dinji tal-ikel, OCHA Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji u YMCA L-Għaqda Nisranija tal-Irġiel Żgħażagħ. Fl-istess waqt, minkejja s-sitwazzjoni ħażina f’Gaża, iddeċidejna li nkomplu noffru għadd ta’ boroż ta’ studju kif nagħmlu kull sena fil-grad ta' Masters, b'għanijiet li jinkludu reżoluzzjoni tal-kunflitti u s-sigurtà fil-Mediterran, għajnuna umanitarja (€54,300), u fid-diplomazija (€30,000). Għas-sena akkademika 2024/2025, dawn jammontaw għal total ta' €84,300. Dawn il-boroż ta’ studju qegħdin jiġu ipprovduti mill- Università ta’ Malta u iffinanzjati mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l- Kummerċ.

Ukraina — Għajnuna umanitarja - Fondi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm għadda fondi pajjiżna u kull xort’oħra ta’ għajnuna umanitarja lill-poplu fl-Ukraina kemm ilu li qam il-konflitt?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna, Malta rreaġixxiet mill-ewwel billi offriet konsenja ta' mediċini u tagħmir mediku li jiswa €1.4 miljun, li waslet fl-Ukrajna fit-22 ta’ Marzu 2022. Permezz ta’ fondi umanitarji u ta’ żvilupp, Malta għamlet kontribuzzjonijiet sinifikanti lejn organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Maqgħuda li qed jipprovdu assistenza umanitarja fl-Ukrajna. Lejn it-tmiem tal-2022, Malta xtrat żewġ ġeneraturi li jiswew €52,000 sabiex tappoġġja l-Proġett ta’ Winterization fl-Ukrajna. Barra minn hekk, Malta wieġbet għal diversi appelli umanitarji minn organizzazzjonijiet internazzjonali prestiġġjużi, fosthom aġenziji tan-Nazzjonijiet Maqghuda, biex tgħin lill-Ukrajna u pajjiżi milquta oħra, partikolarment fir-reġjuni ġirien li laqgħu influssi ta’ refuġjati Ukreni ġewwa pajjiżhom. Bejn Frar u Lulju tas-sena 2023, wara sforz kollaborattiv bejn dawk li kienu, Ministeri responsabbli għas-Saħħa, għall-Intern, għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, Malta bagħtet 20 ġeneratur tal-elettriku addizzjonali u ammont sostanzjali ta’ tagħmir mediku lejn l-Ukrajna. Bejn April u Ottubru tal-istess sena, intefqu ‘l fuq minn €196,000 bħalha appoġġ għall-inizjattivi umanitarji ta’ tneħħija tal-mini, li huma kruċjali għall-ħidmiet ta’ rikostruzzjoni. L-għajnuna għadha sejra mill-ewwel ġurnata tal-invażjoni. Riċentement, f’Ottubru Malta ffirmat ftehim ma’ Project Hope, wara li identifikat klinika fil-Kyiv Oblast li teħtieġ rinnovar immedjat. Project HOPE hija organizzazzjoni globali tas-saħħa u umanitarja b’aktar minn 65 sena esperjenza fit-titjib tas-saħħa u l-benesseri tal-komunitajiet madwar id-dinja. Se nkunu qed ninvestu €75,000 din is-sena. Dan l-impenn juri wkoll appoġġ konkret wara żjara li għamilt fl-Ukrajna aktar kmieni din is-sena, fejn żort waħda mill-iskejjel mibnija mill-ġdid tagħhom. S’issa b’kollox, Malta kkontribwixxiet €613,814 f’għajnuna finanzjarja umanitarja u €1,905,547 oħra f’għajnuna in-kind, inkluż provvisti mediċi, tagħmir tal-enerġija, u ditekters tal-mini. Dawn il-kontribuzzjonijiet huma immirati sabiex itaffu t-tbatijiet tal-popolazzjoni Ukrena. Malta bi ħsiebha tkompli tindirizza l-konsegwenzi tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna kemm b’mod bilaterali kif ukoll permezz ta’ inizjattivi multilaterali. Rigward għajnuna li għamilna ġewwa Malta li nista’ nsemmi huma dawn: Malta pprovdiet ukoll kura medika lil 325 ċittadin Ukren li jinsabu f’Malta. Il-valur tal-kura medika li rċevew jammonta għal €86,310.95. Permezz tal-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Ogħla u Aktar Avvanzata, Malta neħħiet €1,970 f’miżati tal-MQRIC għal 34 applikant Ukren. Is-Servizzi Nazzjonali ta’ Appoġġ għall-Iskejjel ipprovdew ukoll għajnuna b’materjal edukattiv lil 214 -il student Ukren, biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom fl-iskejjel Maltin. Din l-għajnuna kienet tikkonsisti f’uniformijiet, ikel, fotokopji, kartolerija u aċċess għal attivitajiet edukattivi u rikreattivi wara l-iskola. Għas-sena skolastika 2022/2023 din l-għajnuna kienet tammonta għal €179,042. Barra minn hekk, iċ-ċittadini Ukreni li għandhom status ta’ Protezzjoni Temporanja huma eżentati minn miżati internazzjonali meta jkunu rreġistrati studenti barranin f’Istituzzjonijiet Edukattivi tal-Istat, biex b’hekk jiġi żgurat l-aċċess għall-edukazzjoni mingħajr piżijiet finanzjarji.

Sptar San Luqa — Tindif u l-manutenzjoni tas-soqfa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il-darba huwiex isir t-tindif u l-manutenzjoni tas-soqfa ta’ dak li qabel kien l-Isptar San Luqa u jekk iva jista’ jgħid meta l-aħħar li sar dan?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li bħalissa għadejjin xogħlijiet ta’ spezzjonijiet u skond ir-riżultat tal-esperti jkunu jistgħu isiru x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni fejn u jekk hu meħtieġ.

Il-Kalkara — Bighi - Tiswijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li t-tiswijiet f’Bighi, fil-Kalkara jiġu konklużi u kemm huwa previst li ser jiġu jiswew?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li hekk kif ġie spjegat fir-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, dan ix-xogħol qiegħed isir minn Infrastruttura Malta, permezz ta’ kuntrattur mqabbad minnha. Wara li tneħħa l-materjal kollu li kien hemm wara l-ħajt ikkolassat, u ġew ikkonsolidati t-truf tal-ħajt li baqa’ wieqaf, issa nbeda t-tfassil tax-xogħol mill-baħar. Għalhekk, f’dan l-istadju huwa prematur li wieħed jagħti dati ta’ meta ser jitlesta x-xogħol ta’ restawr ta’ dan il-ħajt. L-istess jista’ jingħad għal kemm huwa previst li jiswew dawn ix-xogħolijiet.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18546, ngħarrfu illi l-Artikolu 28 ġie wkoll traspost fil-liġi nazzjonali u għaldaqstant, il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi m’għad għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 li hija pendenti.

Ministeru għall-Finanzi — Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li din is-sena l-Ministeru ttraspona d-Direttiva (UE) 2023/277 permezz tal-AL 155 tal-2024 li ġie ppubblikat fil-5 ta’ Lulju 2024. Il-ħidma dwar it-traspożizzjoni tad-Direttivi (UE) 2022/2555, 2022/2557, 2019/997 u 2023/977 tinsab fi stadju avvanzat.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2024 il-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni ttraspona s-segwenti fil-liġi nazzjonali: - Id-Direttiva numru (UE) 2024/1069 tal-11 ta’ April 2024 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn talbiet manifestament infondati jew proċedimenti tal-qorti abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”); - Id-Direttiva numru (UE) 2022/431 tad-9 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol. Ma hemm l-ebda Direttiva li għadha pendenti u li ma ġietx trasposta għal 2024.

Santa Luċija — Ġnien taċ-Ċiniżi - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 2321 u 7950, tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ġew konklużi fil-Ġnien taċ-Ċiniżi matul din il-Legiżlatura u kemm ġew jiswew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol biex tinfetaħ għall-pubbliku parti minn Ġnien is-Serenità li ma kinitx qed tintuża huwa mmirat li jkun lest fl-ewwel kwart tas-sena 2025. Għal dawn ix-xogħlijiet s’issa ġew investiti madwar €537,636 (VAT inkluża) u jinkludu bini ta’ ġibjun ġdid, kamra ddedikata għall-manutenzjoni u l-pompi, formazzjoni ta’ vaska kbira, installazzjoni ta’ ħadid b’disinn dettaljat mad-dawra tal-ġnien, preparazzjoni ta’ passaġġi u tħawwil ta’ siġar. Minbarra li jrid isir iżjed tħawwil ta’ siġar, jonqos ukoll l-installazzjonijiet ta’ servizzi, bankijiet, pompi u strutturi oħra tal-ħadid.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sa issa, l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tagħha matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar ma għandu l-ebda direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024. Għaldaqstant, il-Ministeru ma għandu l-ebda direttiva li għadha pendenti.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.