Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qorti tal-Familja – Talbiet għall-medjazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati talbiet għall-medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja matul is-sena 2024, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella mniżżla hawn taħt, bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-22 ta’ Novembru 2024. QortiAmmont Qrati ta’ Malta1355 Qrati ta’ Għawdex91

Ċentru tal-Arbitraġġ — Każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ sal-1 ta’ Novembru 2024 kif ukoll kemm ġew deċiżi u kemm ġew terminati matul is-sena 2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-1 ta’ Novembru 2024 kien hemm 494 każ pendenti għand iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ. Filwaqt li mill-1 ta’ Jannar sal-1 ta’ Novembru 2024 kien hemm 209 każ li ġew deċiżi u 46 każ li ġew terminati. Ta’ min jinnota li dawn in-numru ma jinkludix biss każijiet li ġew preżentati fiċ-Ċentru matul l-istess perjodu.

Qorti tal-Ġustizzja – Karigi ta’ Diretturi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karigi ta’ Diretturi pendenti fil-Qorti tal-Ġustizzja u jindika f’liema pożizzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll meta ser isiru s-sejħiet għalihom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent hemm kariga waħda pendenti li hija dik ta’ Direttur (Qrati Ċivili u Tribunali). Preżentement din il-kariga pendenti qed tiġi okkupata mid-Direttur (Legal Services) bħala Aġent Direttur (Qrati u Tribunal Ċivili). Is-sejħa għal din il-kariga pendenti ser tinħareg fiż-żmien li ġej.

Kodiċi Ċivili — Artiklu 495A - Rikorsi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati rikorsi taħt d-diżposizzjoni tal-artiklu 495A tal-Kodiċi Ċivili matul dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew deċiżi u kemm hemm pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t'hawn taħt, bl-informazzjoni mitluba in konnessjoni ma’ rikorsi taħt id-disposizzjoni tal-artikolu 495A tal-Kodiċi Ċivili matul 2020 sat-22 ta’ Novembru 2024. Qrati ta’ MaltaQrati ta’ Għawdex Preżentati9744 Terminati5726 Pendenti*4421 *Dawn l-ammonti jindikaw l-ammont ta’ kawżi pendent kollha li jinkludi każijiet preżentati qabel l-perjodu msemmi fil-mistoqsija.

Ħal Tarxien — Triq San Anard - Zebra crossing

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir zebra crossing fi Triq San Anard f'Ħal Tarxien preċiż quddiem l-ATM li hemm fuq in-naħa l-oħra tat-triq billi din saret waħda mill-ftit servizzi bankarji li għandhom ir-residenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Tarxien li hemm il-ħsieb li ssir zebra crossing f’post ieħor fl-istess triq bħala parti minn proġett usa’.

Ħal Tarxien — Triq San Anard - Zebra crossing

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir zebra crossing fi Triq San Anard f'Ħal Tarxien preċiż quddiem l-ATM li hemm fuq in-naħa l-oħra tat-triq billi din saret waħda mill-ftit servizzi bankarji li għandhom ir-residenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żona msemmija fi Triq San Anard, viċin l-ATM, hemm sistema ta’ pelican crossing li diġa qiegħda tiffunzjona fi Triq San Anard (uffiċjalment bl-isem ta’ Triq il-Gudja), ma’ Triq Hal Tarxien, u hija ntegrata fis-sistema tat-traffic lights. Saret ukoll pelican crossing oħra iktar ‘il fuq fl-istess Triq San Anard, fil-viċinanzi ta’ Triq il-Witja u Triq Mejju 1592.

Raħal Ġdid u Santa Luċija — Krematorju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex tittieħed in konsiderazzjoni l-oppożizzjoni tar-residenti ta’ Raħal Ġdid u ta’ Santa Luċija fir-rigward tat-talba biex ikun hemm krematorju fl-istess akkwati? Jista’ jgħid ukoll x’laqgħat saru dwar dan mal-kunsilli rispettivi u l-istess għaqdiet tal-lokal?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23366.

Raħal Ġdid u Santa Luċija — Krematorju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex tittieħed in konsiderazzjoni l-oppożizzjoni tar-residenti ta’ Raħal Ġdid u ta’ Santa Luċija fir-rigward tat-talba biex ikun hemm krematorju fl-istess akkwati? Jista’ jgħid ukoll x’laqgħat saru dwar dan mal-kunsilli rispettivi u l-istess għaqdiet tal-lokal?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-ippjanar jinvolvi konsultazzjoni pubblika miftuħa għal kulħadd. B’hekk min ikun interessat jista jibgħat rapreżentazzjoni lill-Awtorità li tkun tista’ tiġi kkunsidrata bħala parti mill-proċess tal-applikazzjoni. F’dan il-każ il-konsultazzjoni pubblika kienet miftuha bejn it-22 ta’ Lulju 2021 sat-13 ta’ Settembru 2021. Matul il-perjodu msemmi l-Awtorita’ rċeviet sitt rapreżentattjonijiet validi fosthom dik tal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid.

Ittri uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali matul is-sena 2024 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika kemm ġew preżentati ittri uffiċjali matul is-sena 2024 sat-22 ta’ Novembru. Din it-tabella ma tinkludix l-ammont ta’ ittri uffiċjali preżentati taħt artikolu 166A tal-Kap. 12.

Artikolu 166a — Ittri uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali taħt l-artikolu 166a matul is-sena 2024, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm minnhom ġew reżi eżegwibbli?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika kemm ġew preżentati ittri uffiċjali taħt l-Artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organizazzjoni u Proċedura Ċivili u kemm minnhom ġew reżi eżegwibbli. Din l-informazzjoni tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sat-22 ta’ Novembru.

Il-Gudja — Triq il-Lewż - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Triq il-Lewż, il-Gudja u kemm huwa previst li ser jiġu jiswew?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li f’parti minn Triq il-Lewż, Gudja qed isiru xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid tat-triq. Ix-xogħlijiet jinkludu bdil tal-medda tad-drenaġġ, mains tal-ilma ġodda, installazzjoni tal-provvista tal-ilma domestiku ma’ kull dar, bini mill-ġdid tal-bankini, spazji tal-konkos għall-parkeġġ u asfalt. Ix-xogħlijiet huma stmati li jiġu jiswew madwar €120,000 (VAT mhux inkluż).

Il-Gudja — Triq il-Lewż - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Triq il-Lewż, il-Gudja u kemm huwa previst li ser jiġu jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li f’parti minn Triq il-Lewż, Gudja qed isiru xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid tat-triq. Ix-xogħlijiet jinkludi bdil tal-medda tad-drenaġġ, mains tal-ilma ġodda, house connections, bini mill-ġdid tal-bankini, parking bays tal-konkos, bini mill-ġdid tat-triq u asfalt. Ix-xogħlijiet huma stmati li jiġu jiswew madwar €120,000 (VAT mhux inkluż).

Ħal Tarxien — Triq San Anard – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma x-xogħlijiet li qed isiru fit-tieni parti ta’ Triq San Anard, f’Ħal Tarxien u kemm ser jiġu jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejja it-tieni fażi tax-xogħlijiet fis-service road ta’ Triq San Anard. IM qegħda fil-proċess li jitqiegħed dranaġġ kompletatment ġdid li ser jikkumplimenta id-drenaġġ ġdid li tqiegħed f’tal Barrani. Il-house connections kollha tas-servizzi tal-ilma potabbli ser ikunu qegħdin isiru mill-ġdid, kif ukoll ser jitgħaddew pajpijiet għal Melita u GO. Il-bankini u central strip ser jinbidlu u ser nispiċċaw bl-iskavar u bini mill-ġdid tat-triq. Total ta’ investiment għal dan kollu jammonta għal €1,509,624.57 (VAT eskluż).

Ħal Tarxien — Triq San Anard – Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma x-xogħlijiet li qed isiru fit-tieni parti ta’ Triq San Anard, f’Ħal Tarxien u kemm ser jiġu jiswew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Il-Belt, Valletta — Triq il-Mitħna - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 22065 u 22066, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali l-Arti u l-Gvern Lokali rispettivament, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema Ministru huwa nkarigat ossija responsabbli sabiex isiru x-xogħlijiet u t-tiswijiet li hemm bżonn fi Triq il-Mitħna, fil-Belt, Valletta?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali.

San Ġiljan — Għassa tal-Pulizija - Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti fl-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan matul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul din is-sena, sal-aħħar ta’ Ottubru 2024 daħlu 4,853 rapport fl-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan.

Tas-Sliema — Għassa tal-Pulizija - Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Tas-Sliema matul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2024 daħlu 3,135 rapport fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Tas-Sliema.

Raħal Ġdid — Ħamiem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-problema li hemm ta' kwantità ta’ ħamiem fl-aħħar parti tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid fid-direzzjoni lejn Ħal Tarxien, tiġi solvuta billi qed iħallu ħafna ħmieġ b'perikolu għall-anzjani?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li huwa konxju tal-problemi kkawżati mill-ħamiem ġewwa l-lokalitá, filwaqt li qed jesplora soluzzjonijiet fit-tul, qed jieħu miżuri oħra biex inaqqas l-inkonvenjent bħat-tindif.