Wied il-Għajn — Ix-Xatt - Manutenzjoni u tibdil tal-pavimentar
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 5953 u 8490, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux issir il-manutenzjoni neċessarja u t-tibdil tal-pavimentar fix-Xatt ta’ Wied il-Għajn?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn li għalissa ma sarx investiment fil-manutenzjoni u tibdil tal-pavimentar fix-Xatt. Għaddejjin diskussjonijiet dwar dan mal-Gvern Ċentrali.
Wied il-Għajn — Kunsill Lokali - Ilmenti u suġġerimenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu lmenti u suġġerimenti għand il-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fiex kienu jikkonsistu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li rċieva madwar għaxar ilmenti matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari. Dawn l-ilmenti kienu dwar il-pavimentar ta’ Triq ix-Xatt.
Iż-Żejtun — Kunsill Lokali - Ilmenti u suġġerimenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu lmenti u suġġerimenti għand il-Kunsill Lokali taż-Żejtun matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fiex kienu jikkonsistu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun li l-figura approssimattiva ta’ ilmenti jew suġġerimenti hija ta’ 4,000. Dawn l-ilmenti u/jew suġġerimenti kienu dwar skart u knis, qtugħ ta’ ħaxix u żbir ta’ siġar, bozoz maqtugħin u wires imdendlin, tiswijiet ta’ bankini u toroq, marki tat-toroq, twaħħil ta’ tabelli u vandaliżmu.
Marsaxlokk — Kunsill Lokali - Ilmenti u suġġerimenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu lmenti u suġġerimenti għand il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fiex kienu jikkonsistu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk li rċieva total ta’ 213 ilment mill-bidu tas-sena sal-ġurnata tal-lum. Dawn kienu dwar tindif, qtugħ ta’ bozoz, ħsarat tal-ilma u drenaġġ, manutenzjoni tat-toroq u sinjali.
Ħal Għaxaq — Kunsill Lokali - Ilmenti u suġġerimenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu lmenti u suġġerimenti għand il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fiex kienu jikkonsistu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq li rċieva madwar 380 bejn ilmenti u suġġerimenti mill-bidu tas-sena sal-ġurnata tal-lum. Dawn l-ilmenti u/jew suġġerimenti kienu dwar manutenzjoni ta' toroq , ħsarat ta’ elettriku u ilma , tindif u ġbir ta’ skart, żbir ta’ siġar, żamma u manutenzjoni ġenerali, interventi tal-pulizija u tas-sanità u dwar vandaliżmu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu ilmenti u suġġerimenti għand il-Kunsill Lokali ta’ Bormla matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fiex kienu jikkonsistu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li rċieva 404 ilment mill-bidu tas-sena sal-ġurnata tal-lum. Dawn l-ilmenti u/jew suġġerimenti huma varjati u jinkludu qtugħ ta’ bozoz, żbir tas-siġar, annimali mejta, lifts jew drinking fountains bil-ħsara, manutenzjoni ta’ bankini, ħsarat fuq linja tad-dawl u telefon, ħsarat fuq servizz tad-drenaġġ, knis, bulky refuse, ħsara f’culverts u sleeping police, invażjoni ta’ żnażan, ġbir tal-iskart, tiswija ta’ bollards u refresh ta’ sinjali ta’ toroq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi fejn il-ħati tqiegħed taħt id-disposizzjonijiet tal-Att dwar il-Probation matul is-sena 2024, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm ingħataw sentenzi matul is-sena 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sal-aħħar ta’ Novembru 2024 ingħataw dawn is-sentenzi taħt id-disposizzjonijiet tal-Att dwar il-Probation:
Community ServiceProbation
Qorti ta’ Malta17174
Qorti ta’ Għawdex18
Fir-rigward tas-sentenzi mogħtija taħt l-istess Att matul is-sena 2023, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 18035.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi fejn il-ħati tqiegħed taħt id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 28A u ċjoè sentenzi sospiżi matul is-sena 2024, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm ingħataw sentenzi matul is-sena 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sal-aħħar ta’ Novembru 2024 ingħataw dawn is-sentenzi taħt id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 28A tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta:
Sentenzi Sospiżi
Qorti ta’ Malta256
Qorti ta’ Għawdex6
Fir-rigward tas-sentenzi mogħtija taħt l-istess Artikolu 28A tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta matul is-sena 2023, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 18035.
Raħal Ġdid — Triq it-Tempji Neolitiċi - Xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21702, jista’ l-Ministru jikkonsidra mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu fir-rigward ta’ Triq it-Tempji Neolitiċi li tibda minn Raħal Ġdid sa Ħal Tarxien?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta tikkonsulta mal-Kunsill Lokali rispettiv u tagħmel ix-xogħolijiet neċessarji fit-toroq fuq bażi ta’ prijorità stabbilita mill-istess Kunsill Lokali.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4462 u 9420, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk mit-12 ta’ Ġunju 2023 sal-lum il-pjan għat-turiżmu f’Wied il-Għajn huwiex finalizzat? Jekk iva, meta ser ikun ippubblikat?
Wied il-Għajn — Ix-Xatt - Manutenzjoni u tibdil tal-pavimentar
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 5953 u 8490, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux issir il-manutenzjoni neċessarja u t-tibdil tal-pavimentar fix-Xatt ta’ Wied il-Għajn?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isiru pjanijiet biex jibdew xogħlijiet ta’ rinfurzar ta’ ħitan li jżommu t-toroq tal-promenade, kif ukoll li jitranġa l-pavimentar skond il-ħtieġa.
Wied il-Għajn — Ix-Xatt - Manutenzjoni u tibdil tal-pavimentar
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 5953 u 8490, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk hux issir il-manutenzjoni neċessarja u t-tibdil tal-pavimentar fix-Xatt ta’ Wied il-Għajn?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-parti tat-Triq it-Tarzna f’Ħal Tarxien minn Triq Manuel Buhagiar sa Triq in-Nazzarenu huwiex ser isir xi xogħol fuqha fil-futur qarib minħabba l-istat li qiegħda fih?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta bdiet il-proċess ta’ koordinazzjoni mal-Entitajiet sabiex ikun jista jibda x-xogħol infrastrutturali fix-xhur li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-parti tat-Triq it-Tarzna f’Ħal Tarxien minn Triq Manuel Buhagiar sa Triq in-Nazzarenu huwiex ser isir xi xogħol fuqha fil-futur qarib minħabba l-istat li qiegħda fih?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-parti tat-Triq imsemmija taqa' taħt ir-responsabilità tal-Kunsill ta’ Raħal Ġdid. Ninsab infurmat ukoll mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li x-xogħol fl-imsemmija triq skedat li jsir iktar 'il quddiem minn Infrastructure Malta.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-parti tat-Triq it-Tarzna f’Ħal Tarxien minn Triq Manuel Buhagiar sa Triq in-Nazzarenu huwiex ser isir xi xogħol fuqha matul is-sena 2025?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex jiġi kkunsidrat li fil-futur ikun hemm mużew separat u distint dedikat lil Mattia Preti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li waqt li ebda idea ma tiġi eskluża a priori, hija l-fehma tal-esperti fi ħdan Heritage Malta illi l-aħjar triq hi dik tal-konsolidament tar-riżorsi u tisħiħ tal-mużewijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati kumpilazzjonijiet ġodda matul is-sena 2024, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm ġew deċiżi komplessivament fl-istess perijodu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-30 t’Ottubru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jindika kemm minnhom kienu internazzjonali?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li mill-1 ta’ Jannar sat-22 ta’ Novembru 2024 fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ ġew irreġistrati 219 każ li 6 minnhom kienu każijiet internazzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ mill-1 ta’ Novembru 2023 sal-31 ta’ Dicembru 2023 u jindika kemm minnhom kienu internazzjonali?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2023 fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ ġew irreġistrati 34 każ li 1 minnhom kien każ internazzjonali.