Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rapport annwali mill-Bord tal-Parole ġiex ippreżentat skont is-sub-artikolu 4 tal-artikolu 9 tal-Liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi fis-sena 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li r-rapport annwali għas-sena 2024 ser jiġi preżentat sal-għeluq tal-ewwel kwart tas-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rapport annwali tal-Bord tal-Parole għaddiex għandu skont is-sub-artikolu 3 tal-artikolu 9 tal-Liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi fis-sena 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li r-rapport annwali għas-sena 2024 ser jiġi preżentat sal-għeluq tal-ewwel kwart tas-sena.
Ligi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi — Parole Dossiers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreparati Parole Dossiers ai termini tal-Liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi matul is-sena 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li matul is-sena 2024 ġew ippreparati 52 dossier. Minn dawn, tlieta ġew ippreparati skont it-termini tal-artikolu 11(8) tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi, filwaqt li wieħed minnhom kien irtirat fl-aħħar stadju tal-proċess.
B’referenza għax-xogħlijiet li kellhom isiru fi Triq it-Telleritu f’Ħal Għaxaq, tista’ l-Ministru tgħid jekk dawn ix-xogħlijiet tlestewx, kemm damu għaddejjin u kemm ġew jiswew?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fit-triq indikata huma parti minn proġett estensiv li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed twettaq biex tipprovdi l-provvista ta’ New Water lil kemm jista’ jkun bdiewa li għandhom ir-raba fin-naħa t’isfel ta’ Malta. L-investiment għal dan il-proġett, li huwa kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea, hu stmat li se jammonta €1 miljun.
Ħal Tarxien — Proġett ta’ riġenerazzjoni quddiem il-Knisja Parrokkjali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9428 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17201, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsab il-proġett tar-riġenerazzjoni quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ‘Works Tender’ jinsab fil-perjodu tal-pubblikazzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid liema xogħlijiet saru fi Vjal il-Labour f’Ħal Għaxaq matul is-sena 2024, kemm ġew jiswew u kemm damu sejrin?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq indikata, Enemalta poġġiet low voltage feeders ġodda biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fiż-żona. Sussegwentement, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bdiet tagħmel xogħlijiet ta’ titjib kemm fuq is-sistema għad-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb kif ukoll fuq is-sistema tad-drenaġġ. Huwa mmirat li dawn ix-xogħlijiet jitlestew fl-ewwel kwart tas-sena. L-investiment totali biex isiru dawn ix-xogħlijiet jammonta għal madwar €471,000.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw biex jibbenefikaw mill-Għajnuna Soċjali matul is-sena 2024 u jindika wkoll kemm ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju u kemm kienu li qed jirċevuh?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Applikazzjonijiet għall-Assistenza Soċjali tul l-2024
1,636
Applikanti li tħallsu
1,295
Benefiċċjarji li ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju
804
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fuq rapporti li saru reċentement ta’ ġlied u aggressjoni varji f’Raħal Ġdid u dan kif ġew debitament rappurtati matul dawn il-ġimgħat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li bħal ma tagħmel dejjem, il-Pulizija tinvestiga r-rapporti kollha, u tieħu azzjoni skont il-liġi.
Raħal Ġdid — Triq Sammat - Problema bl-ilma tax-xita
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fil-konfront tal-problema li qegħdin jiffaċċjaw numru ta’ residenti b’ilma tax-xita jidħol f’darhom fi Triq Sammat f’Raħal Ġdid wara li saret it-triq fejn jidher li l-qlib ma sarx sewwa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li ma rċieva l-ebda lment rigward problema bl-ilma tax-xita fi Triq Sammat.
Raħal Ġdid — Triq Sammat - Problema bl-ilma tax-xita
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fil-konfront tal-problema li qegħdin jiffaċċjaw numru ta’ residenti b’ilma tax-xita jidħol f’darhom fi Triq Sammat f’Raħal Ġdid wara li saret it-triq fejn jidher li l-qlib ma sarx sewwa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Periti ta’ Infrastructure Malta żaru s-sit u qed iħejju rapport.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 22065 u 22066 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali rispettivament, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fi Triq il-Mitħna, fil-Belt Valletta humiex konklużi u jekk iva, kemm ġew jiswew?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li x-xogħolijiet huma konklużi.
B’referenza għax-xogħlijiet li kellhom isiru fi Triq it-Telleritu f’Ħal Għaxaq, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet tlestewx, kemm damu għaddejjin u kemm ġew jiswew?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
B’referenza għax-xogħlijiet li kellhom isiru fi Triq it-Telleritu f’Ħal Għaxaq, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet tlestewx, kemm damu għaddejjin u kemm ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Intepellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ħal Tarxien — Kunsill Lokali - Ilmenti u suġġerimenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu lmenti u suġġerimenti għand il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien matul is-sena 2024 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fiex kienu jikkonsistu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien li rċieva 164 ilment mill-bidu tas-sena sal-ġurnata tal-lum. Dawn l-ilmenti u/jew suġġerimenti huma diversi u jinkludu refresh ta’ sinjali tat-toroq, tindif, annimali mejta, ġbir ta’ skart, qtugħ ta’ bozoz u qtugħ ta’ ħaxix.
Il-Fgura — Kunsill Lokali - Ilmenti u suġġerimenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu lmenti u suġġerimenti għand il-Kunsill Lokali tal-Fgura matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fiex kienu jikkonsistu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li rċieva total ta’ 1,151 bejn ilmenti u suġġerimenti mill-bidu tas-sena sal-ġurnata tal-lum. Dawn l-ilmenti u/jew suġġerimenti li fost oħrajn kienu għal manutenzjoni ta’ toroq u bankini, tindif, żbir, sinjali tat-toroq, ġbir ta’ skart goff, linji fit-toroq, ħsarat fid-dawl tat-toroq.
Santa Luċija — Kunsill Lokali - Ilmenti u suġġerimenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu lmenti u suġġerimenti għand il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fiex kienu jikkonsistu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li l-informazzjoni disponibbli tmur lura sal-aħħar ta’ Lulju 2024. F’dan il-perjodu l-Kunsill irċieva total ta’ 43 ilment. Dawn kienu dwar Bus Shelters, Housing Authority, servizz tat-trasport pubbliku, qtugħ ta’ bozoz, żbir ta’ siġar, wires mdendlin, ħsarat tal-ilma, ġbir ta’ skart, traffic management, tindif tal-ġonna u tindif tal-latrini.
Raħal Ġdid — Kunsill Lokali - Ilmenti u suġġerimenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu lmenti u suġġerimenti għand il-Kunsill Lokali tar-Raħal Ġdid matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fiex kienu jikkonsistu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li rċieva total ta’ 506 bejn ilmenti u suġġerimenti mill-bidu tas-sena sal-ġurnata tal-lum. Dawn l-ilmenti u/jew suġġerimenti kienu għal refreshing ta’ markings, inspection chambers imkissra, bozoz maqtugħa, bankini mkissra, ħmieġ tal-ħamiem, ħofor fit-toroq, bżonn ta’ patching u tabelli mdawwrin.
Il-Gudja — Kunsill Lokali - Ilmenti u suġġerimenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu ilmenti u suġġerimenti għand il-Kunsill Lokali tal-Gudja matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fiex kienu jikkonsistu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li rċieva madwar 673 ilment u suġġeriment li l-biċċa l-kbira tagħhom kienu dwar parkeġġ, ġbir ta’ skart u knis. Rċieva ukoll diversi suġġerimenti u lmenti matul ix-xogħlijiet li kienu għaddejjin fil-proġett tal-pjazza.