Legislature:
Category:
Reset
Active:

Venezwela – Pożizzjoni uffiċjali ta’ Malta

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’pożizzjoni uffiċjali ttieħdet minn pajjiżna fir-rigward tas-sitwazzjoni preżenti ġewwa l-Venezwela?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-poplu tal-Venezwela vvota b’mod paċifiku fl-elezzjoni li saret fit-28 ta’ Lulju 2024 li fiha maġġoranza sinifikattiva vvutat għal bidla demokratika billi appoġjat lil Edmundo Gonzáles Urrutia. Peress li l-awtoritajiet irrifjutaw li jippubblikaw ir-rekords uffiċjali mill-postijiet ta’ votazzjoni, ir-riżultati mħabbra jibqgħu mhux verifikati u għaldaqstant ma jistgħux jiġu rikonoxxuti bħala rappreżentattivi tar-rieda tan-nies. Malta, bħall-pajjiżi tal-UE, għadha ma tagħrafx il-leġittimità tal-presidenza ta’ Nicolás Maduro, peress li ma ġiex elett b’mod demokratiku. Flimkien mal-pajjiżi tal-UE, Malta appellat lill-awtoritajiet tal-Venezwela biex itemmu d-detenzjonijiet inġusti u arbitrarji kollha u sabiex il-priġunieri politiċi jinħelsu mingħajr kundizzjonijiet. Malta ħeġġet lill-awtoritajiet biex jiżguraw ir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem inkluż id-dritt għal għaqda paċifika u l-libertà tal-espressjoni. Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, flimkien mal-istati membri tal-UE, Malta addottat pakkett ta’ sanzjonijiet kontra 15-il individwu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija, l-istat tad-dritt jew id-drittijiet tal-bniedem fil-Venezwela. Dawn l-individwi huma membri tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela (CNE), tal-ġudikatura, u tal-forzi tas-sigurtà. Malta ma addottat l-ebda miżura li tista’ tikkawża ħsara lill-poplu Venezweljan jew lill-ekonomija. L-għan huwa li tiġi appoġġata soluzzjoni negozjata u demokratika għall-kriżi. It-treġġigħ lura tas-sanzjonijiet tal-UE ser jiddependi fuq progress tanġibbli fid-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, flimkien ma' passi sinifikanti lejn djalogu ġenwin u tranżizzjoni demokratika. Il-Kunsill Ewropew iddeċieda li jestendi l-miżuri restrittivi għal sena oħra sal-10 ta' Jannar 2026.

Libreriji pubbliċi – Xiri ta’ kotba ġodda bil-lingwa Ġermaniża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-libreriji pubbliċi ta’ pajjiżna bil-lingwa Ġermaniża tul is-sena 2024? Jista' jgħid ukoll jekk ingħatawx xi kotba f’donazzjonijiet bl-istess lingwa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat kif ġej: Lokalità Kotba ġodda mixtrija bil-Ġermaniż – Jan sa Diċ 2024 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2024 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2024 Libreriji Pubbliċi 32 € 120.00 4

Il-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda – Rapport

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jippreżenta r-rapport tal-ħidma ta’ pajjiżna fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda għat-terminu ta’ dawn l-aħħar sentejn?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 14468 għar-rapport ta’ ħidma matul l-2023, ninformah li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma ta’ Malta fil-Kunsill tas-Sigurta’ tal-Ġnus Magħquda għas-sena 2024.

Libreriji pubbliċi – Xiri ta’ kotba ġodda bil-lingwa Taljana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-libreriji pubbliċi ta’ pajjiżna bil-lingwa Taljana tul is-sena 2024? Jista' jgħid ukoll jekk ingħatawx xi kotba f’donazzjonijiet bl-istess lingwa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat kif ġej: Lokalità Kotba ġodda mixtrija bit-Taljan – Jan sa Diċ 2024 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2024 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2024 Libreriji Pubbliċi 62 € 812.88 11

Ix-Xgħajra — Librerija pubblika – Xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tax-Xgħajra tul is-sena 2024, u jindika l-infiq relattiv u kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat kif ġej: Lokalità Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2024 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2024 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2024 Ix-Xgħajra 98 € 723.88 385

Santa Luċija — Residenti li qed jirċievu l-għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Santa Luċija li rċevew l-għajnuna soċjali matul is-sena 2024 u jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Santa Luċija Benefiċċju Soċjali Nisa Irġiel Total SA (Għajnuna Soċjali) 28 5 33 SUP (Għajnuna Soċjali Single Unmarried Parent) 29 1 30 Ta’ min iżid li n-numru ta’ persuni f Santa Luċija naqas b’mod sostanzjali. Dan hekk kif fl-2013 kien hemm 77 persuna jirċievu l-Għajnuna Soċjali u 50 persuna jirċievu l-Għajnuna Soċjali Single Unmarried Parent.

Ħal Tarxien — Tempji Neolitiċi - Viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fit-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien possibbilment skont is-sess tagħhom matul is-sena 2024 u kemm kien id-dħul u l-infiq?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat minn Heritage Malta li n-numru ta’ viżitaturi fit-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien matul is-sena 2024 kien ta’ 56,111. Ninsab infurmat ukoll li d-dħul jammonta għal €321,834.89 filwaqt li l-infiq jammonta għal € 83,505.81. L-informazzjoni dwar is-sess tal-viżitaturi ma tinżamx.

Ħal Għaxaq — Residenti li qed jirċievu l-għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Ħal Għaxaq li rċevew l-għajnuna soċjali matul is-sena 2024 u jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Ħal Għaxaq Benefiċċji Soċjali Nisa Irġiel Total SA (Għajnuna Soċjali) 28 12 40 SUP (Għajnuna Soċjali Single Unmarried Parent) 29 0 29 Ta’ min iżid li n-numru ta’ persuni f Ħal-Għaxaq naqas b’mod sostanzjali. Dan hekk kif fl-2013 kien hemm 80 persuna jirċievu l-Għajnuna Soċjali u 59 persuna jirċievu l-Għajnuna Soċjali Single Unmarried Parent.

Ipoġew ta’ Ħal Saflieni — Viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni possibilment skont is-sess tagħhom matul is-sena 2024 u kemm kien id-dħul u l-infiq?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat minn Heritage Malta li n-numru ta’ viżitaturi fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni matul is-sena 2024 kien ta’ 26,737. Ninsab infurmat ukoll li d-dħul jammonta għal €160,139.21 filwaqt li l-infiq jammonta għal €146,315.67. L-informazzjoni dwar is-sess tal-viżitaturi ma tinżamx.

Raħal Ġdid — Ġnien San Alwiġi - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu x-xogħlijiet li kellhom isiru f’dak li preċedentement kien Ġnien San Alwiġi, f’Raħal Ġdid?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li fil-preżent, il-Kunsill qed jevalwa l-offerti li rċieva dwar dan il-proġett, u deċiżjoni finali għandha tittieħed fil-ġimgħat li ġejjin.

Ħal Tarxien — Triq San Anard – Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22872, jista’ l-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm dewmien fl-eżekuzzjoni tax-xogħol indikat fi Triq San Anard, Ħal Tarxien?

Response (BONETT, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22872, ninfurmah lix-xogħlijiet fit-triq imsemmija għaddejjin. Kien hemm biss waqfa żgħir fi żmien il-Milied.

Liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi — Offender Assessment Board - Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew diskussi u ppreparati rapporti mill-Offender Assessment Board ai termini tal-Liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi matul is-sena 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-Bord iddiskuta b'mod ġenerali 31 każ matul is-sena. Għal kull każ, ġie preparat rapport dettaljat li ġie mgħoddi lill-Parole Board.

Ħal Tarxien — Residenti li qed jirċievu l-għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Ħal Tarxien li rċevew l-għajnuna soċjali matul is-sena 2024 u jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjonni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Ħal Tarxien Benefiċċji Soċjali Nisa Irġiel Total SA (Għajnuna Soċjali) 44 14 58 SUP (Għajnuna Soċjali Single Unmarried Parent) 56 2 58

Iż-Żejtun — Residenti li qed jirċievu l-għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti ż-Żejtun li rċevew l-għajnuna soċjali matul is-sena 2024 u jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Żejtun Benefiċċju Soċjali Nisa Irgiel Total SA (Għajnuna Soċjali) 71 31 102 SUP (Għajnuna Soċjali Single Unmarried Parent) 62 0 62

Marsaxlokk — Residenti li qed jirċievu l-għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Marsaxlokk li rċevew l-għajnuna soċjali matul is-sena 2024 u jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Marsaxlokk Benefiċċju Soċjali Nisa Irġiel Total SA (Għajnuna Soċjali) 12 5 17 SUP (Għajnuna Soċjali Single Unmarried Parent) 11 0 11

Il-Birgu — Mużew Marittimu - Viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq il-Mużew Marittimu fil-Birgu matul is-sena 2024 u kemm kien hemm viżitaturi possibbilment skont is-sess tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Heritage Malta li l-infiq fuq il-Mużew Marittimu fil-Birgu matul is-sena 2024 ammonta għal € 509,607.38, in-numru ta’ viżitaturi fil-Mużew Marittimu ammonta għal 21,744. Ninsab infurmat ukoll li ma tinżamx informazzjoni dwar is-sess tal-vizitaturi.

Il-Gudja — Residenti li qed jirċievu l-għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti l-Gudja li qed rċevew l-għajnuna soċjali matul is-sena 2024 u jindika kemm kien kienu nisa u kemm kienu rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Gudja Benefiċċju Soċjali Nisa Irgiel Total SA (Għajnuna Soċjali) 6 2 8 SUP (Għajnuna Soċjali Single Unmarried Parent) 7 0 7

Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi — Skrivani tal-Parole

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Skrivani tal-Parole ai termini tal-Kapitolu 516 dwar il-Ġustizzja Riparatriċi matul is-sena 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li matul is-sena 2024 kien hemm skrivan tal-parole taħt it-termini tal-Kapitolu 516 dwar il-Ġustizzja Riparatriċi.

Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja — Petizzjonijiet imressqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu petizzjonijiet taħt is-sistema kif stabbilita fl-Att dwar il-Kummissarju għall-Ġustizzja Kap 291 matul is-sena 2024, kemm minnhom ġew aċċettati u kemm minnhom ġew rifjutati?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Reġistratur tal-Qorti (Ċivili) — Drittijiet u spejjeż dovuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabru flus fi drittijiet u spejjeż dovuti lir-Reġistratur tal-Qorti (Ċivili) matul is-sena 2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2024 is-somma ta’ drittijiet u spejjeż miġbura mir-Reġistratur tal-Qorti (Ċivili) kienet ta’ €7,598,942.