Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Każijiet biex jiġu deċiżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-aħħar ta’ Diċembru 2023 li kienu qed jistennew li l-każ tagħhom jiġi deċiż u l-proċess determinat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ta’ Diċembru 2023, 277-il persuna kienu qed jistennew li l-każ tagħhom jiġi deċiż u l-proċess determinat waqt li kienu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Persuni sentenzjati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-aħħar ta’ Diċembru 2023 li huma sentenzjati u qed jiskontaw il-piena tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ta’ Diċembru 2023 kien hemm 395-il persuna li huma sentenzjati u qed jiskontaw il-piena tagħhom fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25026, jista’ l-Ministru jgħid in-natura komplessiva tax-xogħol li qiegħed isir fil-Pjazza Ċentrali tal-Birgu u kemm huwa previst li se jintefaq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-pjazza tal-Birgu bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet ta’ tqegħid tal-pavimentar u l-installazjonijiet tad-dwal. Ix-xogħlijiet kollha fil-pjazza huma stmati li jammontaw għal madwar €2 miljuni.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq l-Annunzjata, f’Ħal Tarxien u kemm ser idumu għaddejjin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq l-Annunzjata hija waħda minn fost diversi toroq fejn qiegħed isir xogħol tal-Enemalta. Ix-xogħol f’din it-triq jinsab fl-aħħar stadji. Xogħol relatat ma’ trinek u cable huwa lest. Bħalissa għaddej xogħol ta’ rimedju fuq il-bankini li ġew affetwati bit-trinek. Sa nofs Marzu għandu jitlesta x-xogħol bl-asfalt b’kollox f’din it-triq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu f’rifużjonijiet tal-Income Tax matul is-sena 2024 u kemm kienu l-benefiċjarji?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ rifuzjonijiet tal-income tax matul is-sena 2024 kien ta’ €138,936,606.
Dawn tħallsu lil 97,956 persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu f’rifużjonijiet tal-Income Tax matul is-sena 2023 u kemm kienu l-benefiċjarji?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ rifuzjonijiet tal-income tax matul is-sena 2023 kien ta’ €136,018,799.
Dawn tħallsu lil 77,806 persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm ħlasijiet ta’ rifużjonijiet tal-Income Tax lill-persuni b’lura u jgħid meta dawn ser jiġu mħallsa?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ rifuzjonijiet tal-income tax li hu pendenti hu ta’ EUR11,750,682.
Jekk legalment dovuti dawn jitħallsu sal-aħħar ta’ Frar 2025.
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm ħlasijiet ta’ rifużjonijiet tal-VAT lill-persuni b’lura u jgħid meta dawn ser jiġu mħallsa?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ rifuzjonijiet tal-VAT li legalment jistgħu jitħallsu hu ta’ EUR 8.8M.
Dawn jitħallsu sal-aħħar ta’ Frar 2025.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk diversi skejjel ġewx diretti mill-Malta Libraries sabiex jintremew kotba definiti bħala ‘antiki’? Jekk dan hu l-każ, jista’ jgħid ikunx aħjar jekk jingħataw lill-istudenti jew istituzzjonijiet oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Malta Libraries għandha linja gwida dettaljata fuq weeding ta’ kotba fil-libreriji pubbliċi u tal-iskejjel. Din il-gwida tinkludi dettalji fuq suġġetti varji u meta jiġu absolete, kif ukoll tqis l-istat tal-ktieb u jekk hemmx bżonn jinbidel l-ktieb biex ikun f’kundizzjoni tajba għal-qarrejja. Nemmnu li l-libreriji tagħna għandhom jagħtu informazzjoni relevanti, kurrenti u korretta, kif ukoll kotba f’kundizzjoni tajba kif jixraq lill-poplu Malti u Għawdxi.
Sptar San Luqa — Tindif u l-manutenzjoni tas-soqfa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22860, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar l-eżitu tal-ispezzjonijiet tax-xogħlijiet ta’ tindif u l-manutenzjoni tas-soqfa tal-Isptar San Luqa u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport relattiv?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2024 fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar u kemm kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2024 ġewwa Ħaż-Żabbar kien hemm erba’ mija u sittax (416) il-reat irrapurtat mal-pulizija, li minnhom mija u tnejn (102) kienu każi ta’ serq, u erba’ (4) każi ta’ attentat ta’ serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2024 fil-lokalità ta’ Bormla u kemm kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2024 ġewwa Bormla kien hemm mitejn u każ (201) ta’ reati irrapurtati mal-pulizija, li minnhom wieħed u sittin (61) kienu kazi ta’ serq, u ħames (5) każi ta’ attentat ta’ serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2024 fil-lokalità tal-Kalkara u kemm kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2024 ġewwa l-Kalkara kien hemm tlieta u tmenin (83) reat irrapurtat mal-pulizija, li minnhom tnejn u tletin (32) kienu każi ta’ serq, u każ (1) ta’ attentat ta’ serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2024 fil-lokalità tal-Isla u kemm kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2024 ġewwa l-Isla kien hemm tlieta u erbgħin (43) reat irrapurtat mal-pulizija, li minnhom ħdax (11) kienu każi ta’ serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2024 fil-lokalità ta’ Santa Luċija (Malta) u kemm kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2024 f’Santa Luċija (Malta) kien hemm erbgħa u tmenin (84) reat irrapurtat mal-pulizija, li minnhom wieħed u għoxrin (21) kienu każi ta’ serq, u każ wieħed (1) ta’ attentat ta’ serq.
Marsaxlokk – Xrobb l-Għaġin — Park Naturali - Xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19664, tista’ l-Ministru tgħid liema xogħlijiet ġew esegwiti fil-Park Naturali ta’ Xrobb l-Għaġin tul is-sena 2024?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena 2024, x-xogħlijiet li saru fil-Park Naturali ta’ Xrobb l-Għaġin, f’Marsaxlokk, kienu jinkludu l-manutenzjoni ġenerali tal-park fosthom tħawwil ta' siġar u arbuxelli ġodda, tisqija regolari skont il-ħtieġa, qtugħ u ġestjoni tal-ħaxix biex jiġu evitati inċidenti minn nirien, manutenzjoni taż-żona għall-picnics u tiswija ta’ bankijiet tal-injam, restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ, installazzjoni ta’ diversi tabelli li jinkludu informazzjoni dwar il-flora fil-madwar, installazzjoni ta’ tankijiet għar-rimi tal-ilma tal-baħar, tikħil tal-kamra tas-sigurtà, manutenzjoni tal-konnessjonijiet tal-ilma u drenaġġ, ġbir tal-iskart u tindif ġenerali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2024 fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien u kemm kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2024 f’Ħal Tarxien kien hemm mija u tlieta u disgħin (193) reat irrapurtat mal-pulizija, li minnhom sebgħa u erbgħin (47) kienu każi ta’ serq, u ħames (5) każi ta’ attentat ta’ serq.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19385, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet fuq l-Ismoking Room f’Bighi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ restawr fuq l-iSmoking Room f’Bighi jinsab fi stadju avvanzat. Bħalissa għaddej ix-xogħol ta’ restawr kemm fuq il-ġebla, kif ukoll fuq l-injam.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2024 fil-lokalità tal-Birgu u kemm kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2024 fil-Birgu kien hemm sitta u sebgħin (76) reat irrapurtat mal-pulizija, li minnhom sitta u għoxrin (26) kienu każi ta’ serq, u żewġ (2) każi ta’ attentat ta’ serq.