Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ sal-31 ta’ Diċembru 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew deċiżi u kemm ġew terminati matul din l-istess sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi minn Marzu tas-sena 2000 (meta beda jopera ċ-Ċentru) ġew reġistrati 7,385 każ li minnhom 491 kienu pendenti sal-31 ta’ Diċembru 2025. Matul is-sena 2025, ġew deciżi 180 każ u ġew terminati 97 każ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jindika kemm minnhom kienu internazzjonali?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi sal-10 ta’ Marzu 2026, ġew reġistrati 52 każ li l-ebda wieħed minnhom ma kien każ internazzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali taħt l-artikolu 166A matul is-sena 2025 u kemm minnhom ġew reżi eżegwibbli?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Ittri Uffiċjali taħt l-Artikolu 166A matul is-sena 2025 fil-Qrati Inferjuri kien hemm preżentati 3,536; u Reżi Eżekuttivi kien hemm 395. Fil-Qrati Superjuri kien hemm preżentati 156 u Reżi Eżekuttivi kien hemm 17.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-persuni fi ħdan l-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li attendew għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm minnhom li kienu akkumpanjati mill-konjugi tagħhom u jekk sarux xi spejjeż relatati ma’ dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vjaġġ sar minn uffiċjali varji tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) minn meta twaqqfet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jindika kemm kienet in-nefqa u min kienu l-uffiċjali li attendew?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tad-Diretturi tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li saru s’issa u jindika jekk dawn humiex full-time jew part-time?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tas-CEOs tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li saru s’issa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tal-konsulenti preżenti li hemm ingaġġati fil-Ministeru tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Il-konsulenti ingaġġati mal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali huma impjegati skont il-Manwal li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Belt, Valletta - Triq il-Merkanti - Telephone Box
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet preċedenti rigward it-telephone box ta’ Żmien l-Ingliżi (il-ħamra) li kienet tinsab fi Triq il-Merkanti, fil-Belt, Valletta, li ġiet imneħħija għar-restawr, jista’ l-Ministru jgħid jekk din it-telephone box hijiex ser tiġi installata mill-ġdid?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-telephone box se tiġi installata mill-ġdid hekk kif jintemm l-intervent ta’ restawr fuqha.
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq il-Gudja, f’Ħal Luqa u kemm ser jiġu jiswew? Tista’ wkoll tagħti raġuni għaliex dawn ix-xogħlijiet qegħdin idumu daqshekk biex jitlestew?
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq il-Gudja, f’Ħal Luqa u kemm ser jiġu jiswew? Jista’ wkoll jagħti raġuni għaliex dawn ix-xogħlijiet qegħdin idumu daqshekk biex jitlestew?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq il-Gudja, f’Ħal Luqa u kemm ser jiġu jiswew? Jista’ wkoll jagħti raġuni għaliex dawn ix-xogħlijiet qegħdin idumu daqshekk biex jitlestew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett jinvolvi t-titjib tal-arranġament eżistenti tat-triq bil-għan li jiġi mħeġġeġ l-użu ta’ mezzi ta’ mobilità attiva, b’mod partikolari l-mixi u r-rota, filwaqt li tittejjeb il-konnettività bejn il-komunitajiet ta’ Gudja u Ħal Luqa. Il-proġett jifforma parti mill-iskema
Vjal Kulħadd
.
Ix-xogħlijiet jinkludu t-titjib tal-infrastruttura eżistenti, jiġifieri s-sistemi tal-ilma potabbli u tal-ilma tax-xita (stormwater), kif ukoll l-installazzjoni ta’ dawl ġdid fit-toroq. Ix-xogħlijiet qed jiġu implimentati f’fażijiet sabiex jiġi evitat l-għeluq komplet tat-triq u biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun id-disturbi u l-inkonvenjent għall-pubbliku.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31714, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi biex il-Knisja ta’ Santa Barbara
f
il-Belt Valletta, tiġi rrestawrata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-proġett tar-restawr tal-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt Valletta għandu jitwettaq minn NGO, Fondazzjoni Wirt Artna.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-bankini fi Triq San Ċiru, il-Gudja jsiru aħjar billi huma ta’ periklu għar-residenti wara x-xogħlijiet li saru?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta bniet mill-ġdid il-bankini fi Triq San Ċiru, Gudja b’pavimentar ġdid tal-porfido. Il-wisgħa u l-linja tal-bankini inżammu l-istess bħalma kien hemm originarjament, minħabba l-wisgħa limitata tat-triq. Ir-rampi fil-kantunieri u quddiem il-garaxxijiet ġew irranġati sabiex jiġi żgurat li dawn il-bankini jkunu aċċessibbli għal kullħadd.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-bankini fi Triq San Ċiru, il-Gudja jsiru aħjar billi huma ta’ periklu għar-residenti wara x-xogħlijiet li saru?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31140, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu dwar iż-zebra crossing li hemm fi Triq l-Isqajjaq, f’Ħal Tarxien?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31141, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu dwar iż-zebra crossing li hemm fi Triq l-Isqajjaq, f’Ħal Tarxien?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħal Tarxien li, wara diskussjonijiet u bil-kooperazzjoni ta’ resident li aċċetta li l-cables tad-dawl jgħaddu mal-faċċata tiegħu, issa ser ikun jista’ jsir id-dawl għaż-zebra crossing.