Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Tarxien — Triq Santa Maria - Tindif ta’ spralli

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1952, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet neċessarji fl-ispralli li jinsabu fi Triq Santa Maria, f’Ħal Tarxien, mill-kantuniera ta’ Triq is-Sorijiet sa Triq l-Iskola, humiex qed isiru, peress li kull darba li tagħmel ix-xita t-triq tkun mimlija perikli?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħal Tarxien li l-culverts imsemmija ser jerġgħu jitnaddfu fil-jiem li ġejjin minkejja li dawn ġew imnaddfa wara s-sajf.

Ħal Tarxien — Triq Santa Maria - Tindif ta’ spralli

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk ix-xogħlijiet neċessarji fl-ispralli li jinsabu fi Triq Santa Maria, f’Ħal Tarxien, mill-kantuniera ta’ Triq is-Sorijiet sa Triq l-Iskola, humiex qed isiru peress li kull darba li tagħmel ix-xita, it-triq tkun mimlija perikli?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Il-Belt, Valletta — Roundabout quddiem l-Berġa ta’ Kastilja

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-art madwar ir-roundabout preċiż quddiem l-Berġa ta’ Kastilja fil-Belt, Valletta, tiġi msewwija billi ilha hekk numru ta’ ġimgħat?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2025, u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tagħha tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar m’għandu l-ebda direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew jew mistennija, jiġu trasposti tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025. Għaldaqstant, il-Ministeru ma għandu l-ebda direttiva li għadha pendenti.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fl-ewwel sitt xhur tal-2025.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2025 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttiva li taqa’ taħt il-Ministru għall-Finanzi u li għandha data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 hija s-segwenti: Direttiva Skadenza Direttiva (UE) 2022/2556 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2022 li temenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE, 2014/65/UE, (UE) 2015/2366 u (UE) 2016/2341 fir-rigward tar-re¿iljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju 17/01/2025 Din id-Direttiva għadha ma ġietx trasposta fil-liġi nazzjonali u għalhekk għadha pendenti.

Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa — Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena hemm skedati żewġ Justice and Home Affairs Councils ġewwa Brussel, kif ukoll laqgħat u konferenzi varji fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa ġewwa Strasburgu.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li li dawk id-Direttivi li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħhom taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 huma s-segwenti: Direttiva Skadenza Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2963 tad-29 ta’ Novembru 2024 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fir-rigward tal-protokolli għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċijiet tal-pjanti agrikoli u ta’ speċijiet tal-ħxejjex 31 ta’ Mejju 2025 Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3010 tad-29 ta’ Novembru 2024 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 2002/55/KE u 2002/57/KE, u d-Direttiva tal-Kummissjoni 93/61/KEE fir-rigward tal-elenkar tal-pesti tal-pjanti fuq iż-żrieragħ u materjal riproduttiv ieħor tal-pjanti 31 ta’ Mejju 2025 Dawn id-Direttivi għadhom ma ġewx trasposti fil-liġi nazzjonali u għalhekk għadhom pendenti.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħhom taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 huma s-segwenti: Direttiva Skadenza Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2024/846 tal-14 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014 u d-Direttiva 2002/15/KE fir-rigward tal-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq. 14/02/2025 Direttiva Delegata tal-Kummissjoni UE) 2025/149 tal-15 ta’ Novembru 2024 li temenda l-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku li jkun sar. 30/06/2025 L-ewwel Direttiva ġiet trasposti fil-liġi nazzjonali, filwaqt li t-tieni Direttiva għadha pendenti.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tagħha tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħhom taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 huma s-segwenti: Direttiva Skadenza DIRETTIVA (UE) 2024/1711 TAL- PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi (UE) 2018/2001 u (UE) 2019/944 fir-rigward tat-titjib tat- tfassil tas-suq tal-elettriku tal-Unjoni 17 Jannar 2025 DIRETTIVA (UE) 2023/2413 TAL- PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir- Regolament (UE) 2018/1999 u d- Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal- promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal- Kunsill (UE) 2015/652 21 Mejju 2025

Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2025 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu għandu Direttiva waħda li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħha taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2025: Direttiva Skadenza Direttiva (UE) 2024/1226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 t’April 2024 dwar id-definizzjoni ta’ reati kriminali u ta’ penali għall-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva (UE) 2018/1673 20/05/2025 Din id-Direttiva għadha ma ġietx trasposta fil-liġi nazzjonali u għalhekk għadha pendenti.

Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa — Laqgħat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm ebda laqgħat fejn jien stajt nattendi għalihom fi ħdan l-Unjoni Ewropea jew fil-Kunsill tal-Ewropa, u mhux mistenni li jkolli attendenzi matul dawn l-erbgħa xhur li ġejjin tas-sena 2025.

Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa — Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferieh għall-mistoqsijiet parlamentari 18527 u 22091, ninfurmah li għall-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, sad-data tal-lum, għad mhemmx laqgħat li kkonfermajt li ser nattendi għalihom. Madankollu, tifhem li jista’ jkun li niġu mistiedna għal xi laqgħat aktar 'il quddiem, skont iċ-ċirkostanzi.

Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa — Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Jannar attendejt għall-laqgħa nformali tal-EYCS. F’Mejju mistenni li nattendi għall-laqgħa oħra tal-EYCS.

Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa — Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fejn possibbli dejjem attendejt il-laqgħat kollha li jsiru fl-Unjoni Ewropea u f’istanzi rari fejn ma jkunx possibli dejjem jattendi is-Segretarju Permanenti. Laqgħat oħra għal din is-sena qed jiġu ppjanati.

Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa — Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.