Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Tarxien – Triq San Anard — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’jonqos sabiex Triq San Anard, f’Ħal Tarxien titlesta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ewwel parti tat-triq (bejn il-pastizzerija u l-Convenience) hija lesta mill-aħħar saff t’asfalt. Komplejna bit-tieni saff t’asfalt mill-Convenience san-niċċa tal-Madonna, u sal-ġimgħa d-dieħla ser inkunu lestejna t-tul tat-triq kollha bil-wiċċ, inkluż iż-żebgħa u t-tabelli.

Ħal Tarxien – Triq l-Iskola — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq l-Iskola, f’Ħal Tarxien hix ser tiġi rranġata tul din is-sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi Triq l-Iskola, Ħal-Tarxien diġà saru xogħlijiet ta’ rimedju fuq bankini u ingħata asfat fuq partijiet mit-triq li ġew affettwati minn xogħlijiet li kienu għaddejjin. Infrastructure Malta ma ġietx mitluba taħdem fuq din it-triq bħala parti mix-xogħlijiet neċessarji f’Ħal Tarxien mill-Kunsill Lokali rispettiv.

Pembroke Park & Ride – manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-Park & Ride ta’ Pembroke jiġi miżmum aħjar billi jitneħħew strutturi żejda u jinżebgħu l-linji ta’ parkeġġ?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ser tkun qiegħda tara x’hemm meħtieġ f’dan is-sit.

Pembroke Park & Ride – manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-Park & Ride ta’ Pembroke jiġi miżmum aħjar billi jitneħħew strutturi żejda u jinżebgħu l-linji ta’ parkeġġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija paramentari lill-Ministeru ikkonċernat.

Ħaż-Żabbar – Triq San Leonardu – Charging station

Question

Jista’ l-Ministru jara li ċ-charging station li hemm fi Triq San Leonardu, f’Ħaż-Żabbar (li tidher li ser taqa’), tiġi rranġata urġentement?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ħaż-Żabbar – Triq San Leonardu – Charging station

Question

Jista’ l-Ministru jara li ċ-charging station li hemm fi Triq San Leonardu, f’Ħaż-Żabbar (li tidher li ser taqa’), tiġi rranġata urġentement?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Kalkara — Bighi - Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 26979 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25533, tista’ l-Ministru tgħid xi progress ulterjuri kien hemm fix-xogħol relattiv f’Bighi, fil-Kalkara?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Bormla – Parkeġġ quddiem l-iskola primarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu u x’tip ta’ żvilupp ser isir fir-rigward tal-kostruzzjoni ta’ sit ta’ parkeġġ quddiem l-Iskola Primarja ta’ Bormla?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Bormla – Parkeġġ quddiem l-iskola primarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu u x’tip ta’ żvilupp ser isir fir-rigward tal-kostruzzjoni ta’ sit ta’ parkeġġ quddiem l-Iskola Primarja ta’ Bormla?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara spezzjoni li saret, jirriżulta li mhux għaddejin xogħlijiet fuq is-sit in kwistjoni. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsjia, nitlob l-interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Bormla – Ground tal-iskola primarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ground li l-Iskola Primarja ta’ Bormla għandha preżentement, huwiex ser jiġi garantit fil-kostruzzjoni futura li ser issir?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Trade Malta – Missjoni kummerċjali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27921 dwar il-ħidma li saret matul is-sena li għaddiet mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna fil-Ġappun, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien hemm missjonijiet kummerċjali mmexxija minn Trade Malta u jagħti d-dettalji relattivi ta' dak li seħħ fihom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li TradeMalta organizzat delegazzjoni kummerċjali uffiċjali waħda lejn il-Ġappun matul il-perjodu msemmi. Din il-missjoni saret bejn l-10 u s-16 ta’ Novembru 2024 u kienet iffukata b’mod partikolari fuq is-settur tat-Taħriġ u l-Edukazzjoni. Id-delegazzjoni kienet tinkludi tliet kumpaniji privati u għaxar entitajiet governattivi, u żaret kemm Tokyo kif ukoll Osaka. F’Tokyo, saru laqgħat ma’ diversi istituzzjonijiet ewlenin fosthom il-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija ta’ Tokyo, l-International House of Japan, iċ-Ċentru UE-Ġappun għall-Kooperazzjoni Industrijali, JETRO (Japan External Trade Organisation), u MIPRO (Manufactured Imports and Investment Promotion Organisation). Saru wkoll laqgħat ta’ segwitu. F’Osaka, id-delegazzjoni kellha laqgħat mal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija ta’ Osaka, Quintbridge u l-Università Kindai, kif ukoll laqgħat oħra ta’ segwitu. Separatament, membri mit-tim ta’ TradeMalta, li jiffurmaw parti mill-Kumitat Tekniku għall-Expo 2025, żaru l-Ġappun f’Settembru 2023 u f’Ġunju 2024 bħala parti mill-preparamenti għal missjonijiet kummerċjali li ser isiru matul l-Expo 2025.

Armaturi Ġappuniżi — Restawr

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27916 dwar ir-restawr li sar reċentement tal-armaturi Ġappuniżi, jista’ l-Ministru jgħid minn fejn ġew u għadhomx qegħdin jiġu restawrati l-armaturi inkwistjoni u kemm hija mistennija li ser tkun l-ispiża finali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif kien diġà provdut fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27916, l-armaturi tas-Samuraj kienu ngħataw bħala rigal lil Malta minn delegazzjoni Ġappuniża li żaret pajjiżna u li kienet tinkludi lill-ħassieb famuż Yukichi Fukuzawa – Samuraj, edukatur, filosfu, u figura prominenti fil-modernizzazzjoni tal-Ġappun. Kien ukoll il-fundatur tal-Università Keio f’Tokjo u sa ftit ilu kien jidher fuq il-karta tal-10,000 yen Ġappuniż. Id-delegazzjoni kienet parti mill-Missjoni Bunkyu, li kellha l-għan li tinnegozja trattati ġodda u ħadet sehem f’laqgħat diplomatiċi madwar l-Ewropa kollha. Waqfa f’Malta kienet ħaġa naturali minħabba l-qagħda strateġika ta’ pajjiżna, u minn hawn id-delegazzjoni baqgħet sejra Franza. Din kienet l-ewwel żjara rekordjata ta’ nies Ġappuniżi f’Malta. Ninsab infurmat li r-restawr għadu mhux finalizzat peress li x-xogħol fuq tnejn mill-armaturi għadu għaddej. Fid-dawl ta’ dan, l-Aġenzija ma’ tistax tagħti ċ-ċifra finali għalissa.

Consul-on-the-Move — Servizzi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27918, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm talbiet pendenti għas-servizz magħruf bħala Consul-on-the-Move u fejn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum hemm 227 talba pendenti għas-servizz magħruf bħala Consul-on-the-Move (COTM) fil-pajjiżi tal-Awstralja, il-Kanada, l-Istati Uniti tal-Amerika, ir-Renju Unit, u New Zealand. L-Ambaxxati u l-Kummissjonijiet Għolja Maltin qed jagħmlu l-preparamenti meħtieġa sabiex iż-żjarat tal-COTM jitwettqu fix-xhur li ġejjin, biex dawn it-talbiet jiġu milqugħa.

Santa Luċija — Triq il-Ġnien - Xogħlijiet fuq appartamenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27910, jista’ l-Ministru jagħti aktar dettalji fir-rigward tax-xogħlijiet ta’ manutenzjoni u okkorendo li jippreżenta kopja tar-rapporti tekniċi relattivi?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fit-talba tiegħu.

Santa Luċija — Vjal l-Oleandri - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Vjal l-Oleandri, Santa Luċija, u meta huma mistennija jitqiegħdu l-marki relatati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Vjal Oleandri Santa Luċija kienu jinkludu xogħlijiet relatati ma’ bdil tal-medda tal-ilma tax-xorb, xogħlijiet ta’ telekomunikazzjoni, installazjoni ta’ arbli ġodda tad-dawl, bini mill-ġdid ta’ bankini u bini mill-ġdid tat-triq inkluż asfalt. Iż-żebgħa tat-triq beda llum.

Il-Kalkara — Bighi - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26979 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25533, jista’ l-Ministru jgħid xi progress ulterjuri kien hemm fix-xogħol relattiv f’Bighi, fil-Kalkara?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi dawn ix-xogħolijiet maqsumin fi 3 partijiet, għalkemm ix-xogħol għaddej fl-istess ħin. Fl-ewwel parti għandna ix-xogħol b’emerġenza fin-naħa tax-Xjenza Malta fejn emendajna u ffinalizzajna d-disinn minħabba l-limitazzjonijiet tal-post u l-inġenji. It-tieni parti hija dik tal-bini tal-moll fin-naħa ta’ Heritage Malta. Id-disinn huwa finalizzat u l-approvazzjoni mill-entitajiet kollha waslet. Rigward it-tender għall-istabbilizzazzjoni u r-restawr tal-ħitan storiċi f’Bighi mistenni jiġi ppublikat fiż-żmien li ġej.