Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34936 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tad-Diretturi tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li saru s’issa u jindika jekk dawn humiex full-time jew part-time?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34937 u jgħid kemm-il vjaġġ sar minn uffiċjali varji tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) minn meta twaqqfet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jindika kemm kienet in-nefqa u min kienu l-uffiċjali li attendew?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li mil-2022 s’issa saru 49 vjaġġ u n-nefqa totali kienet ta’ €66,578.94.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 34071 u 34074 fir-rigward tal-ħsarat ikkawżati bil-maltemp fix-Xatt tax-Xgħajra, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret jew hemm ippjanata li ssir f’dawn ix-xhur?
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 34071 u 34074 fir-rigward tal-ħsarat ikkawżati bil-maltemp fix-Xatt tax-Xgħajra, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret jew hemm ippjanata li ssir f’dawn ix-xhur?
Il-Kalkara - Bajja ta’ Rinella - Ħsarat ikkawżati bil-maltemp
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 34072 u 34075 fir-rigward tal-ħsarat ikkawżati bil-maltemp fil-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret jew hemm ippjanata li ssir f’dawn ix-xhur?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Il-Kalkara li b’żieda mat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 34072 u 34411, twettaq xogħol ta’ tindif sabiex tneħħa ammont ta’ ġebel li nġabar fit-triq ta' madwar il-bajja kif ukoll minn fuq ir-ramel, filwaqt li r-ramel li tela’ fit-triq reġa’ tqiegħed lura f’postu fil-bajja.
Il-Kalkara - Bajja ta’ Rinella - Ħsarat ikkawżati bil-maltemp
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 34072 u 34075 fir-rigward tal-ħsarat ikkawżati bil-maltemp fil-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret jew hemm ippjanata li ssir f’dawn ix-xhur?
Ix-Xatt ta’ Wied il-Għajn - Ħsarat ikkawżati bil-maltemp
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 34073 u 34076 fir-rigward tal-ħsarat ikkawżati bil-maltemp f’Wied il-Għajn, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret jew hemm ippjanata li ssir f’dawn ix-xhur?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Wied il-Għajn li qed iżomm kuntatt dirett mal-periti ta’ Infrastructure Malta u x-xogħol miexi sew. Il-ħsarat ikkawżati mill-maltemp se jiġu rranġati kollha, peress li l-promenade qed issir mill-ġdid.
Ix-Xatt ta’ Wied il-Għajn - Ħsarat ikkawżati bil-maltemp
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 34073 u 34076 fir-rigward tal-ħsarat ikkawżati bil-maltemp f’Wied il-Għajn, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret jew hemm ippjanata li ssir f’dawn ix-xhur?
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4462 u 9420, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk mit-12 ta’ Ġunju 2023 sal-lum, il-pjan għat-Turiżmu f’Wied il-Għajn huwiex finalizzat jew le? Jekk iva, meta ser ikun ippubblikat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn dak iż-żmien seħħ tibdil, li minn pjan ta’ riġenerazzjoni turistika trasforma ruħu fi pjan ta’ investiment infrastruttutali. Għaldaqstant nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ngħataw sentenzi fejn il-ħati tqiegħed taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28A tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè sentenzi sospiżi, matul is-sena 2025?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati kumpilazzjonijiet ġodda matul is-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm ġew deċiżi komplessivament fl-istess perjodu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati kontro-mandati matul is-sena 2025 u jindika skont il-kategorija rispettiva tagħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Kontro-mandati Superjuri matul is-sena 2025 kien hemm is-segwenti:
Prim Awla
Familja
Sekwestru
654
44
Inibizzjoni
101
21
Qbid
32
5
Filwaqt li Kontro-mandati Inferjuri kien hemm is-segwenti:
Sekwestru
892
Qbid
40
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati mandati kawtelatorji u eżekuttivi matul is-sena 2025 u jindika skont il-kategorija rispettiva tagħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi
Mandati Kawtelatorju fil-Qrati Inferjuri
matul is-sena 2025 kien hemm:
Mandati Kawtelatorju - Inferjuri
Sekwestru
412
Qbid
21
Filwaqt li
Mandati Kawtelatorji - Superjuri
kien hemm is-segwenti matul is-sena 2025:
Mandati Kawtelatorji - Superjuri
Prim Awla
Familja
Sekwestru
415
15
Inibizzjoni
181
9
Qbid
25
1
Matul is-sena 2025 kien hemm ukoll is-segwenti Mandati Eżekuttivi fil-Qrati Superjuri:
Mandati Eżekuttivi - Superjuri
Prim Awla
Familja
Sekwestru
356
14
Qbid
15
1
Finalment, Matul is-sena 2025 kien hemm ukoll is-segwenti Mandati Eżekuttivi fil-Qrati Inferjuri:
Mandati Eżekuttivi - Inferjuri
Sekwestru
1030
Qbid
33
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati rikorsi taħt id-disposizzjoni tal-artiklu 495A tal-Kodiċi Ċivili matul dawn l-aħħar sentejn (2024 u 2025)? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew deċiżi u kemm hemm pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi rikorsi taħt id-disposizzjoni tal-artikolu 495A tal-Kodiċi Ċivili matul dawn l-aħħar sentejn (2024 u 2025) kien hemm is-segwenti:
- Fl-2024 ġew preżentati 18-il rikors, bi 12 għadhom pendenti u 6 li ġew deċiżi.
- Fl-2025 ġew preżentati 34-il rikors, bi 33 għadhom pendenti u 1 li ġie deċiż.
Qorti tal-Ġustizzja - Karigi ta’ Diretturi pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karigi ta’ Diretturi pendenti fil-Qorti tal-Ġustizzja? Jista’ wkoll jindika f’liema pożizzjonijiet huma u meta ser isiru s-sejħiet għalihom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent hemm kariga waħda vakanti ta’ Direttur, dik ta’ Director (Legal Services) fl-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati. Is-sejħa għal din il-pożizzjoni tinħareġ skont il-proċeduri u l-approvazzjonijiet meħtieġa.