Legislature:
Category:
Reset
Active:

Santa Luċija — Persuni li jirċievu xi pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti f’Santa Luċija li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Il-Gudja — Persuni li jirċievu xi pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti l-Gudja li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Iż-Żejtun — Persuni li jirċievu xi pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti iż-Żejtun li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Marsaxlokk — Persuni li jirċievu xi pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti Marsaxlokk li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

L-Imsida — Għassa tal-Pulizija - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsab ix-xogħol fir-rigward tal-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida u meta huwa previst li ser tkun lesta u tkun miftuħa għall-pubbliku?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal mistoqsija parlamentari 21885.

Kerċem — Proġett tal-Għadira ta’ San Raflu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4095, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru huwiex jassisti fil-proġett tal-Għadira ta’ San Raflu f’Kerċem?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-proġett li qed issir referenza għalih sar mill-Kunsill Lokali.

Kerċem — Proġett tal-Għadira ta’ San Raflu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4095, jista’ l-Ministru jgħid xi progress sar fir-rigward tal-proġett tal-Għadira ta’ San Raflu f’Kerċem?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Kerċem li l-proġett tal-Għadira ta’ San Raflu tlesta permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea.

Raħal Gdid — Persuni li jirċievu xi pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti f’Raħal Ġdid li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Imtieħen — Restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx rapport aġġornat dwar l-istat tal-imtieħen li jinsabu f’pajjiżna u li għandhom bżonn li jiġu restawrati? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li kien sar snin ilu mill-mibki Perit Joseph Huntingford?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar ċar fil-mistoqsija tiegħu.

Ħal Tarxien — Persuni li jirċievu xi pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti f’Ħal Tarxien li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Iż-Żejtun — Skola Primarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li attendew l-Iskola Primarja taż-Żejtun fl-aħħar sena akkademika? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex ippjanat li jsiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni ordinarju u straordinarju matul is-sajf?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li manutenzjoni ssir skont il-ħtieġa. Filwaqt li n-numru ta’ studenti fl-iskejjel primarji taż-Żejtun għal din is-sena skolastika kien ta’ 741 student.

Iż-Żejtun — Skola Carlo Diacono

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li attendew l-Iskola Carlo Diacono fiż-Żejtun fl-aħħar sena akkademika? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex ippjanat li jsiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni ordinarju u straordinarju matul is-sajf?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li manutenzjoni ssir skont il-ħtieġa. Filwaqt li n-numru ta’ studenti fl-iskola msemijja għal din is-sena skolastika kien ta’ 985 student.

Kappella ta’ Santa Marija u Kappella ta’ San Nikola — Restawr

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27923, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ta’ restawr huma previsti li jsiru fil-Kappella ta’ Santa Marija, f’Ħal Tmin? Jista’ jgħid ukoll jekk jistax jiġi kkunsidrat li l-Kappella ta’ San Nikola tiġi rrestawrata wkoll?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27923 ma tagħmilx referenza għall-Kappella ta’ Santa Marija f’Ħal Tmin fil-limiti taż-Żejtun, imma għall-Kappella ta’ Santa Marija f’Misraħ Santa Marija fiż-Żejtun, fejn għaddej restawr tal-faċċati minn barra. Għar-rigward tal-Kappella ta’ Santa Marija f’Ħal Tmin u tal-Kappella ta’ San Nikola, id-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni jkun f’pożizzjoni li jagħmel interventi ta’ restawr fuqhom jekk issir talba għalihom taħt l-Iskema tar-Restawr tal-Kunsilli Lokali, skont il-kundizzjonijiet ta’ eliġibilità tal-istess Skema, mill-Kunsill kkonċernat. Fil-fatt, sa mill-2015, id-Dipartiment qed iwettaq proġetti ta’ restawr fuq kappelli u monumenti storiċi oħra li jkunu sottomessi mill-Kunsilli Lokali u magħżula mill-Bord tal-Għażla permezz tal-imsemmija Skema ta’ Restawr tal-Kunsilli Lokali, b’iktar minn 50 proġett ta’ restawr imwettqa f’37 lokalità madwar Malta.

L-Imdina — Palazz tal-Gran Mastri - Viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu viżitaturi fil-Palazz tal-Gran Mastri fl-Imdina matul is-sena 2025 sal-aħħar ta’ Mejju? Jista’ jgħid ukoll x’xogħlijiet saru u x’passi ser jittieħdu fil-futur għal dan il-Palazz?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ viżitaturi li żaru l-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali, li jinsab fil-Palazz Vilhena, fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2025, kien ta’ 21,401 persuna. Matul is-snin li għaddew, Heritage Malta wettqet diversi xogħlijiet fuq il-bini tal-Palazz Maġisterjali fl-Imdina. Dawn jinkludu xogħlijiet ta’ restawr fuq il-faċċati tal-bitħa interna u fuq l-appramorti fuq il-bjut, tibdil ta’ xi soqfa, restawr tal-bieb prinċipali, ħolqien ta’ sala għall-wirjiet u taħditiet, faċilitajiet sanitarji ġodda u aċċessibbli għal persuni b’diżabilità, kif ukoll tibdil fis-sistema tad-drenaġġ.

Taxxa tas-Suċċessjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm dħul mit-Taxxa tas-Suċċessjoni matul dawn l-aħħar ħames snin u possibbilment dawk ta’ matul is-sena 2025 sal-aħħar ta' Mejju?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex rigward is-snin 2020-2024, jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 25799. Rigward is-sena 2025 sal-aħħar ta’ Mejju, l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella ta’ hawn taħt: SENA DHUL ( CAUSA MORTIS ) (PROPRJETÀ) € DHUL (CAUSA MORTIS) (ISHMA) € 2025(sa Mejju) 12,825,119.95 1,133,035.65

Il-Belt, Valletta — Monte di Pietà - Deheb depożitat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm deheb iddepożitat fil-Monte di Pietà, il-Belt Valletta, sal-aħħar tas-sena 2024, x’inhu l-valur komplessiv tiegħu, u jindika wkoll l-eqdem rahan?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietà sal-aħħar tas-sena 2024 kien ta’ 1,729. Il-valur komplessiv m’huwiex ta’nteress nazzjonali minħabba raġunijiet ta’sigurtà. L-eqdem rahan imur lura għas-26 ta’ Marzu 1984.

Il-Belt, Valletta — Triq il-Merkanti - Telephone Box

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ’l hekk imsejjħa "Telephone Box", li ġiet żarmata fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, hijiex qed tiġi restawrata u jekk hux ser titqiegħed lura f’postha, forsi wkoll tkun mimlija bil-kotba?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddej il-proċess sabiex tiġi restawrata jew replikata it-telephone box.

Bormla — Skola Primarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li attendew l-Iskola Primarja ta’ Bormla fl-aħħar sena akkademika? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex ippjanat li jsiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni ordinarju u straordinarju matul is-sajf?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni ssir skont il-ħtieġa. Filwaqt li n-numru ta’ studenti fl-iskola msemmija għal din is-sena skolastika kien ta’ 154 student.

Iż-Żejtun — Villa Rumana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’liema inizjattivi u għajnuna qed tibbenefika l-Villa Rumana li tinsab fiż-Żejtun, b’mod partikolari biex tinfetaħ u tkun aktar aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (BONNICI, OWEN)

Waqt li l-Onor. Interpellant japprezza li s-sit ma jinsabx fil-pussess ta' xi waħda mill-entijiet li jifformaw parti mill-portafoll Ministerjali tiegħi, naqbel miegħu li s-sit de quo hu wieħed ta' preġju u ta' valur storiku kbir. Waqt li d-domanda għandha ssir lill-Ministru konċernat inżid ngħid li d-diskussjonijiet jinsabu għaddejjin.

Il-Gudja — Skola Primarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li attendew l-Iskola Primarja tal-Gudja fl-aħħar sena akkademika? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex ippjanat li jsiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni ordinarju u straordinarju matul is-sajf?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni ssir skont il-ħtieġa. Filwaqt li n-numru ta’ studenti fl-iskola msemmija għal din is-sena skolastika kien ta’ 142 student.