Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28891 u jgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel sekondarji li ser jirtiraw minħabba l-età matul il-ħames snin li ġejjin u kemm kien hemm għalliema li rriżenjaw matul l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel sekondarji, matul il-ħames snin li ġejjin mistennija jirtiraw 89 għalliem, filwaqt li fl-aħħar ħames snin irriżenjaw 182 għalliem, fl-aħħar ħames snin ġew ingaġġati total ta’ 363 għalliem.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28910 u jgħid kemm hemm persuni residenti l-Fgura li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
Fgura
Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja
62
Pensjonijiet Kontributorji
1,964
Pensjoni tar-Romol
511
Pensjoni tal-Invalidità
53
Total
2,590
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28912 u jgħid kemm hemm persuni residenti f’Santa Luċija li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
Santa Luċija
Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja
36
Pensjonijiet Kontributorji
611
Pensjoni tar-Romol
161
Pensjoni tal-Invalidità
20
Total
828
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28913 u jgħid kemm hemm persuni residenti l-Gudja li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
Gudja
Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja
7
Pensjonijiet Kontributorji
636
Pensjoni tar-Romol
111
Pensjoni tal-Invalidità
13
Total
767
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28914 u jgħid kemm hemm persuni residenti iż-Żejtun li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
Żejtun
Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja
78
Pensjonijiet Kontributorji
2,051
Pensjoni tar-Romol
545
Pensjoni tal-Invalidità
80
Total
2,754
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28915 u jgħid kemm hemm persuni residenti Marsaxlokk li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
Marsaxlokk
Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja
18
Pensjonijiet Kontributorji
600
Pensjoni tar-Romol
139
Pensjoni tal-Invalidità
13
Total
770
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni utilizzaw il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Ħal Tarxien matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk is-servizzi humiex se jiżdiedu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2024, il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Ħal Tarxien ġiet utilizzata minn 6,020 persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni utilizzaw il-Klinika fil-Komunità (Berġa) fil-Gudja matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk is-servizzi humiex se jiżdiedu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2024, il-Klinika fil-Komunità (Berġa) fil-Gudja ġiet utilizzata minn 2,080 persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni utilizzaw il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Santa Luċija matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk is-servizzi humiex se jiżdiedu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2024, il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Santa Luċija ġiet utilizzata minn 2,510 persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni utilizzaw il-Klinika fil-Komunità (Berġa) fil-Fgura matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk is-servizzi humiex se jiżdiedu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2024, il-Klinika fil-Komunità (Berġa) fil-Fgura ġiet utilizzata minn 4,520 persuna. Fil-ġimgħat li ġejjin f’din il-klinika ser jibda servizz ġdid ta’ Nutritionist darba fil-ġimgħa.
Bormla — Parkeġġ quddiem l-Iskola Primarja - Pjanti
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28536 dwar l-iżvilupp tas-sit ta’ parkeġġ quddiem l-Iskola Primarja ta’ Bormla, jista’ l-Ministru jippreżenta kopja tal-pjanti relattivi ma’ dan il-proġett?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija pubblika fuq il-website tal-Awtorità tal-Ippjanar. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iscreenshot tal-website indikata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28890 u jgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel primarji li ser jirtiraw minħabba l-età matul il-ħames snin li ġejjin u kemm kien hemm għalliema li rriżenjaw matul l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti Wied il-Għajn li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
PensjonijietWied il-Għajn
Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja50
Pensjonijiet Kontributorji1,683
Pensjoni tar-Romol356
Pensjoni tal-Invalidità53
Total2,142
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti Ħal Għaxaq li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
Ħal Għaxaq
Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja
20
Pensjonijiet Kontributorji
780
Pensjoni tar-Romol
228
Pensjoni tal-Invalidità
20
Total
1,048
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni utilizzaw il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Wied il-Għajn matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk is-servizzi humiex se jiżdiedu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2024, il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Wied il-Għajn ġiet utilizzata minn 3,070 persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni utilizzaw il-Klinika fil-Komunità (Berġa) fiż-Żejtun matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk is-servizzi humiex se jiżdiedu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2024, il-Klinika fil-Komunità (Berġa) fiż-Żejtun ġiet utilizzata minn 4,650 persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni utilizzaw il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Marsaxlokk matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk is-servizzi humiex se jiżdiedu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2024, il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Marsaxlokk ġiet utilizzata minn 7,870 persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni utilizzaw il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Ħal Għaxaq matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk is-servizzi humiex se jiżdiedu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2024, il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Ħal Għaxaq ġiet utilizzata minn 2,660 persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti l-Fgura li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx rapport dwar l-istat tal-imtieħen li jinsabu f’Bormla? Jista’ jgħid ukoll x’għajnuna tista’ tingħata biex dawn l-imtieħen jiġu restawrati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li d-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni ħejja rapporti li ntużaw bħala parti mill-proċess biex jinġiebu l-permessi meħtieġa għar-restawr taż-żewġt imtieħen ta’ Bormla. Fil-fatt għadu kif beda l-intervent ta’ restawr fuq il-mitħna ta’ San Ġwann t’Għuxa. Saret ukoll talba finanzjarja sabiex fl-2026 ikun jista’ jingħata bidu għar-restawr tal-Mitħna ta’ Santa Margherita.