Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ground li l-Iskola Primarja ta’ Bormla għandha preżentement, huwiex ser jiġi garantit fil-kostruzzjoni futura li ser issir?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28890 u jgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel primarji li ser jirtiraw minħabba l-età matul il-ħames snin li ġejjin u kemm kien hemm għalliema li rriżenjaw matul l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-ħames snin li ġejjin mistennija jirtiraw 26 għalliema, filwaqt li fl-aħħar ħames snin irriżenjaw 81 għalliem, matul l-aħħar ħames snin ġew ingaġġati 211 għalliem ġdid u 94 għalliema peripatetic
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29301 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28906, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-proġett tal-Għadira ta’ San Raflu f’Kerċem?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Kerċem li l-ispiża għal dan il-proġett kienet ta’ €108,617.19 (VAT inkl.)
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29302 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28908, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx rapporti dwar l-imtieħen f’pajjiżna?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob l-Onor. Interpellant ikun aktar ċar għal-liem mtieħen qed jirreferi peress li ma ngħatat l-ebda informazzjoni ġdida.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28886 u jgħid jgħid jekk il-Kappella tal-Madonna tas-Sokkors f’Bormla hijiex tinfetaħ u jekk hijiex qed tiġi kkurata? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex possibbli li l-faċċata tagħha tinżamm f’kundizzjoni aħjar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li l-Kappella tal-Madonna tas-Sokkors bħalissa mhux qed tinfetaħ għall-pubbliku u hemm il-ħsieb li jinbeda proċess għad-devoluzzjoni biex eventwalment tkun ikkurata.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28887, jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li mis-sena li ġejja t-Tempji ta’ Kordin f’Għajn Dwieli, magħrufa wkoll bħala Kordin III, jibdew jinfetħu kuljum?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Kordin III jinfetaħ għal open days, attivitajiet speċjali organizzati mill-aġenzija, kif ukoll b’appuntament għal gruppi jew individwi li jixtiequ jżuruh. Peress li huwa sit relattivament żgħir, b’kumplessi neolitici oħra ferm ikbar minnu viċin tiegħu, mhux sostenibbli u l anqas hu meħtieġ li jinfetaħ kuljum.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28888, jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li mis-sena li ġejja, il-Forti ta’ Delimara tibda tinfetaħ kuljum?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Forti ta’ Delimara jinfetaħ għal Open Days, attivitajiet speċjali organizzati mill-aġenzija, kif ukoll b’appuntament għal gruppi jew individwi li jixtiequ jżuruh. Barra minn hekk, fadal iktar xogħlijiet x'isiru.
Ukoll wieħed irid jikkunsidra li fortizzi oħrajn jinsabu miftuħin kuljum.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28319, tista’ l-Ministru tara li x-xogħlijiet fi Triq San Ċiru, fil-Gudja ma jdumux ma jiġu ffinalizzati sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent lir-residenti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fuq is-sistema tad-drenaġġ tlestew, filwaqt li għaddejjin dawk fuq in-network tal-ilma tax-xorb.
Jista’ l-Ministru jwieġeb i-mistoqsija parlamentari 28918 fl-intier tagħha u jgħid x’servizzi huma offruti fil-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Wied il-Għajn u jekk dawn humiex ser jiżdiedu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Klinika tal-Komunità (Berġa) f’Wied il-Għajn qed jiġu offruti diversi servizzi primarji importanti, fosthom dawk ta’ Tabib tal-Familja, tal-Infermiera, tal-Fiżjoterapija, Podjatrija, Patoloġija tal-Lingwa Mitkellma u servizz ta’ tneħħid tad-demm.
Jista’ l-Ministru jwieġeb i-mistoqsija parlamentari 28919 fl-intier tagħha u jgħid x’servizzi huma offruti fil-Klinika fil-Komunità (Berġa) fiż-Żejtun u jekk dawn humiex ser jiżdiedu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Klinika tal-Komunità (Berġa) fiż-Żejtun qed jiġu offruti diversi servizzi primarji importanti, fosthom dawk ta’ Tabib tal-Familja, tal-Infermiera, tal-Fiżjoterapija, Podjatrija, Patoloġija tal-Lingwa Mitkellma, in-Nutrizzjonista u il-Psikoloġija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb i-mistoqsija parlamentari 28920 fl-intier tagħha u jgħid x’servizzi huma offruti fil-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Marsaxlokk u jekk dawn humiex ser jiżdiedu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Klinika tal-Komunità (Berġa) f’Marsaxlokk qed jiġu offruti diversi servizzi primarji importanti, fosthom dawk ta’ Tabib tal-Familja, tal-Infermiera, tad-Dijetetista, tal-Fiżjoterapija, Podjatrija, Patoloġija tal-Lingwa Mitkellma, il-Psikoloġija u servizz ta’ tneħħid tad-demm. Id-Dipartiment tal-Kura Primarja joffri ukoll klinika speċjalizzata Ġenito-Urinarja kif ukoll klinika ghal-Mard Kroniku tal-Kliewi.
Barra min hekk, din il-Klinika fil-Komunita’ taghti spazju għal-servizzi sekondarji ta’ Newroloġija u klinika ghat-Tfal u l-Adoloxxenti (mid-Dipartiment ghas-Saħħa Mentali).
Jista’ l-Ministru jwieġeb i-mistoqsija parlamentari 28921 fl-intier tagħha u jgħid x’servizzi huma offruti fil-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Ħal Għaxaq u jekk dawn humiex ser jiżdiedu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Klinika tal-Komunità (Berġa) f’Ħal Għaxaq qed jiġu offruti diversi servizzi primarji importanti, fosthom dawk ta’ Tabib tal-Familja, tal-Infermiera, tal-Fiżjoterapija, Podjatrija u tal-Patoloġija tal-Lingwa Mitkellma.
Bormla — Pjazza Gavino Gulia - Tiswija ta’ ċangatura
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29297 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26963 dwar jekk huwiex possibbli li ċ-ċangatura fi Pjazza Gavino Gulia f’Bormla tissewwa qabel il-purċissjoni tal-Irxoxt, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex stabbilit programm tax-xogħol billi l-istess sejra iktar lura?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li fil-bidu ta’ Ġunju saret żjara fuq il-post flimkien mad-Direttur Ġenerali u l-perit mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, fejn ġew diskussi l-problemi relatati mal-ħsarat fiċ-ċangatura. Se jsiru xi testijiet sabiex tiġi determinata l-firxa tal-problema u jiġu identifikati s-soluzzjonijiet possibbli.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29298 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26886 dwar kemm ilha ma tiġi miżbugħa ż-Zebra Crossing li hemm fi Triq l-Isqajjaq, f’Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ġiex esegwit?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li l-marki imsemmija ġew miżbugħa tliet xhur ilu.
Bormla — Pjazza Gavino Gulia - Tiswija ta’ ċangatura
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26963 dwar jekk huwiex possibbli li ċ-ċangatura fi Pjazza Gavino Gulia f’Bormla tissewwa qabel il-purċissjoni tal-Irxoxt, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex stabbilit programm tax-xogħol billi l-istess sejra iktar lura?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26886 dwar kemm ilha ma tiġi miżbugħa ż-Zebra Crossing li hemm fi Triq l-Isqajjaq, f’Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ġiex esegwit?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28907 u jgħid kemm hemm persuni residenti f’Raħal Ġdid li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
Raħal Ġdid
Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja
85
Pensjonijiet Kontributorji
1,437
Pensjoni tar-Romol
401
Pensjoni tal-Invalidità
43
Total
1,966
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28909 u jgħid kemm hemm persuni residenti f’Ħal Tarxien li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
Tarxien
Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja
57
Pensjonijiet Kontributorji
1,478
Pensjoni tar-Romol
386
Pensjoni tal-Invalidità
40
Total
1,961