Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul it-tieni nofs tal-2025? Jista’ jgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25719.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tagħha matul it-tieni nofs tal-2025? Tista’ tgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat m’għandu l-ebda direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni matul it-tieni nofs tas-sena 2025 u għalhekk m’għandu l-ebda direttiva li għadha pendenti.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul it-tieni nofs tal-2025? Jista’ jgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s'issa l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar m’għandu l-ebda direttivi tal-Unjoni Ewropea, li ġew jew mistennija, jiġu trasposti matul it-tieni nofs tal-2025. Għaldaqstant, il-Ministeru ma għandu l-ebda direttiva li għadha pendenti.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul it-tieni nofs tal-2025? Jista’ jgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fit-tieni sitt xhur tal-2025.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul it-tieni nofs tal-2025? Jista’ jgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninstab infurmat li s’issa l-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapri¿a u Proġetti Strateġiċi m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat matul it-tieni nofs tas-sena 2025 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — L-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jgħid ukoll liema laqgħat huwa mistenni li jattendi fit-tieni nofs tal-2025?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li attendejt għal-laqgħat li ġejjin fi ħdan l-Unjoni Ewropea matul l-2025:
· Kunsill Informali tal-Ġustizzja u l-Intern (ĠAI) – Jannar 2025 (Varsavja)
· Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern (ĠAI) – Marzu 2025 (Brussell)
· Kunsill tad-Difiża – Mejju 2025 (Brussell)
· Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern (ĠAI) – Ġunju 2025 (Lussemburgu)
Huwa mistenni li nattendi l-laqgħat li ġejjin matul it-tieni nofs tal-2025:
· Kunsill tad-Difiża – 6 ta' Ottubru 2025 (Lussemburgu)
· Kunsill tad-Difiża – 28 ta' Novembru 2025 (Brussell)
· Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern (ĠAI) – 8/9 ta' Diċembru 2025 (Brussell)
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — L-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jgħid ukoll liema laqgħat huwa mistenni li jattendi fit-tieni nofs tal-2025?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa, fit-tieni nofs tal-2025 attendejt laqgħa tal-Kunsill tal-Ewropa ġewwa Strasburgu. Hemm ukoll skedati żewġ Justice and Home Affairs Councils ġewwa l-Lussemburgu u Brussell, kif ukoll laqgħa fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa ġewwa Strasburgu.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul it-tieni nofs tal-2025? Jista’ jgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħha taħbat fit-tieni nofs tas-sena 2025 huma s-segwenti:
Titolu tad-direttiva tal-UE
Data sa meta trid tingħalaq it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/145 tad-29 ta’ Jannar 2025 li temenda d-Direttiva 2014/98/UE fir-rigward tal-pesti regolati tal-Unjoni mhux ta’ kwarantina, il-virus tar-
ringspot
tat-tabakk, il-virus tar-
ringspot
tat-tadam, il-
Pucciniastrum minimum
(Schweinitz) Arthur u l-Aġent tal-mużajk tat-tin u li tikkoreġi dik id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni fir-rigward ta’ miżuri li jikkonċernaw il-
Candidatus
Phytoplasma
prunorum
Seemüller Schneider
31 ta’ Lulju 2025
DirettivaDelegata tal-Kummissjoni (UE) 2024/1262 tat-13 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-istabbilimenti u għall-kura u ż-żamma tal-annimali, u fir-rigward tal-metodi tal-qtil tal-annimali
4 ta’ Diċembru 2025
Direttiva (UE) 2024/1438 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 2001/110/KE li tirrigwarda l-għasel, 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman, 2001/113/KE li għandha x’taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem, u 2001/114/KE rigward ċertu ħalib ippreżervat disidratat in parti jew kollu għall-konsum tal-bniedem
14 ta’ Diċembru 2025
Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1079 tat-2 ta’ Ġunju 2025 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fir-rigward tal-protokolli għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċijiet tal-pjanti agrikoli u ta’ speċijiet tal-ħxejjex
31 ta’ Diċembru 2025
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul it-tieni nofs tal-2025? Jista’ jgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħha taħbat fit-tieni nofs tas-sena 2025 huma s-segwenti:
Direttiva
Skadenza
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2025/811 tad-19 ta’ Frar 2025 li temenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata lis-sistemi tar-rapportaġġ tal-vapuri
19/11/2025
Direttiva (UE) 2023/2661 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 li temenda d-Direttiva 2010/40/UE dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport
21/12/2025
It-traspożizzjoni ta’ dawn id-Direttivi għadha għaddejja.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tagħha matul it-tieni nofs tal-2025? Tista’ tgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttivi li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħhom taħbat fl-aħħar sitt xhur tas-sena 2025 huma s-segwenti:
• Direttiva (UE) 2024/884 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Direttiva 2012/19/UE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) - Skadenza 9 t’Ottubru 2025.
• Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-effiċjenza enerġetika u li temenda r-Regolament (UE) 2023/955 (riformulazzjoni) - Skadenza 11 t’Ottubru 2025.
• Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2024/1405 tal-14 ta’ Marzu 2024 li temenda l-Anness IX tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward taż-żieda ta’ materja prima għall-produzzjoni tal-bijofjuwils u tal-bijogass - Skadenza 14 ta’ Settembru 2025.
Dawn id-Direttivi għadhom ma ġewx trasposti fil-liġi nazzjonali u għalhekk għadhom kollha pendenti.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali -Direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul it-tieni nofs tal-2025? Jista’ jgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru m’għandu l-ebda Direttiva Ewropea li hi mistennija tiġi implimentata minnu matul it-tieni nofs tal-2025 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — L-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jgħid ukoll liema laqgħat huwa mistenni li jattendi fit-tieni nofs tal-2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija kif qed ikun elenkat hawn taħt;
10 ta’ Marzu Epsco.
13 ta’ April Epsco.
19 ta’ Ġunju Epsco.
9 ta’ Lulju Kunsill tal-Ewropa.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — L-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa? Tista’ tgħid ukoll liema laqgħat hija mistennija li tattendi fit-tieni nofs tal-2025?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-ewwel nofs tas-sena 2025 attendejt għas-Summit Dinji tad-Diżabilità f’Berlin, organizzat mill-gvernijiet tal-Ġermanja u tal-Ġordan flimkien mal-International Disability Alliance.
Ninfurmah ukoll li matul il-ħames xhur li ġejjin tas-sena 2025, mhux mistenni li jkolli attendenzi fi ħdan l-Unjoni Ewropea jew il-Kunsill tal-Ewropa.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — L-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jgħid ukoll liema laqgħat huwa mistenni li jattendi fit-tieni nofs tal-2025?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel nofs tas-sena 2025, attendejt l-Assemblea Ġenerali tal-Kummisjoni tal- Gżejjer tas-CPMR fil- Gżejjer Kanarji, Spanja, bejn it-23 u 24 t’April. Attendejt wkoll għal laqgħa informali tal-Ministri Ewropej responsabbli mill-Politika ta’ Koeżjoni, Territorju u l-iżvilupp Urban li inżammet f’Warsaw, il-Polonja, bejn l-20 u 21 ta’ Mejju. Fit-tieni nofs tas-sena 2025, aktarx ser nattendi wkoll għal laqgħa fil-Belġju bl-isem ‘EU Regions Week’, inkluża l-konferenza ‘Cohesion objectives beyond cohesion policy’ li ser tinżamm f’Ottubru. Ser ikun hemm ukoll l-Assemblea Ġenerali tas-CPMR li ser tinżamm f’Barcelona f’Novembru li possibbli nattendi, però għadni ma kkonfermajthiex. M'iniex infurmat s’issa li se jkun hemm aktar laqghat fi ħdan l-Unjoni Ewropea sa Diċembru, però tifhem li jista’ jkun li niġu mistiedna għal xi laqgħat aktar 'il quddiem skont iċ-ċirkustanzi.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — L-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jgħid ukoll liema laqgħat huwa mistenni li jattendi fit-tieni nofs tal-2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li attendejt għal-laqgħa informali tal-EYCS fil-Polonja. Niġi mistieden ukoll f’diversi laqgħat f’fora tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Kunsill tal-Ewropa, madankollu l-attendenza tiegħi tiddependi minn xogħol Ministerjali.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — L-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jgħid ukoll liema laqgħat huwa mistenni li jattendi fit-tieni nofs tal-2025?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix xi nżid mat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 25710.
Ministeru għall-Finanzi — L-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jgħid ukoll liema laqgħat huwa mistenni li jattendi fit-tieni nofs tal-2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
DATA TAS-SAFRALAQGĦA
19-21 Jannar 2025ECOFIN/EUROGROUP
16-18 Frar 2025ECOFIN/EUROGROUP
9-11 Marzu 2025ECOFIN/EUROGROUP
10-12 April 2025Informal ECOFIN/EUROGROUP
11-13 Mejju 2025ECOFIN/EUROGROUP
18-20 Ġunju 2025ECOFIN/EUROGROUP
07-08 Lulju 2025ECOFIN/EUROGROUP
19-20 Settembru 2025Informal ECOFIN/EUROGROUP
9-10 Ottubru 2025ECOFIN/EUROGROUP
12-13 Novembru 2025ECOFIN/EUROGROUP
11-12 Diċembru 2025ECOFIN/EUROGROUP
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 19769 u 25021, tista’ l-Ministru tgħid x’xogħol qiegħed isir f'Misraħ Karmnu Grima, fiż-Żejtun?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — L-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jgħid ukoll liema laqgħat huwa mistenni li jattendi fit-tieni nofs tal-2025?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa attendejt għal dawn il-laqgħat hekk kif ġej:
27 ta' Jannar Agrifish Brussell
24 ta' Frar Agrifish Brussell
24 ta' Marzu Agrifish Brussell
26 ta' Mejju Agrifish Brussell
15 - 17 ta' Ġunju (Informali) Agrifish Il-Polonja
14 ta' Lulju Agrifish Brussell
Fix-xhur li ġejjin hemm dawn il-laqgħat skedati li jistgħu ikunu suġġetti għal xi tibdil.
7 - 9 ta' Settembru (Informali) Agrifish Kopenħagen
22 - 23 ta' Settembru Agrifish Brussell
27 - 28 ta' Ottubru Agrifish Lussemburgu
17 ta' Novembru Agrifish Brussell
11 - 12 ta' Diċembru Agrifish Brussell
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — L-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jgħid ukoll liema laqgħat huwa mistenni li jattendi fit-tieni nofs tal-2025?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa previst li fit-tieni nofs tas-sena kurrenti nipparteċipa bħala Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi għal-laqgħat tal-Kunsill tat-Trasport.