Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Kalkara - Rinella — Restawr fil-ħajt fil-kumpless ta’ Bighi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19774, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħlijiet fuq il-ħajt fil-kumpless ta’ Bighi, fir-Rinella l-Kalkara, jinsabu weqfin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li x-xogħolijiet fuq il-ħajt tal-Bajja tar-Rinella kienu sospiżi matul ix-xhur tas-sajf minhaħabba li l-bajja tkun qed tintuża għal-għawm.  Il-kuntrattur ta’ Infrastructure Malta reġa kompla bix-xogħolijiet fix-xahar ta’ Settembru.

Qrati — Kumpliazjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29600, 29751 u 29857 u jgħid kemm kien hemm kumpilazzjonijiet pendenti fil-Qrati ta’ pajjiżna sal-aħħar ta’ Ġunju 2025 u kemm minnhom ġew deċiżi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b’ referenza għal mistoqsija parlamentari numru 30216, sal-aħħar tas-sena 2024 kien hemm l-ammont ta’ 2,711 il-kumpilazzjoni pendenti fil-Qrati ta’ Malta u l-ammont ta’ 103 kumpilazzjoni fil-Qrati ta’ Għawdex, mentri sal-aħħar ta’ Ġunju, 2025 kien hemm it-total ta’ 2,392 kumpilazzjoni pendenti fil-Qrati ta’ Malta u l-ammont ta’ 147 kumpilazzjoni fil-Qrati ta’ Għawdex. Bejn l-1 ta’ Jannar, 2025 u l-aħħar ta’ Ġunju, 2025 ġew deċiżi 206 kumpilazzjoni fil-Qrati ta’ Malta u 47 kumpilazzjoni fil-Qrati ta’ Għawdex.  Dan l-ammont barra li jinkludi kumpilazzjonjiet deċiżi minn dawk preżentati bejn Jannar u Ġunju, 2025, jinkludi ukoll ammont minn dawk li ġew preżentati qabel is-sena 2025. Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant illi t-tnaqqis fin-numru ta’ kumpilazzjonijiet pendenti huwa riżultat tal-investiment kontinwu li qed jitwettaq fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Fl-istess waqt, fil-ġimgħat li ġejjin, il-Gvern ser ikun qed iressaq quddiem il-Parlament riforma importanti oħra fil-proċeduri Kriminali, dik tal-Kumpilazzjonijiet, li għandha l-għan tkompli itbni fuq riformi oħra, inkluż tal-inkjesti maġisterjali, li saru fil-kamp kriminali u li ntroduċew termini proċedurali.

Qrati — Kumpliazjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29609, 29748 u 29855 u jgħid kemm kien hemm kumpilazzjonijiet pendenti fil-Qrati ta’ pajjiżna sal-aħħar tas-sena 2024 u kemm minnhom ġew deċiżi

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 30217.

Bormla — Ġnien il-Kottonera

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk is-siġar taż-żebbuġ fi Ġnien il-Kottonera, Bormla humiex jiġu kkurati u msoqqija matul is-sajf?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-siġar taż-żebbuġ fi Ġnien il-Kottoner huma stabbli, bosta minnhom kbar u maturi. Project Green tieħu ħsieb dawn is-siġar bħala parti mill-immaniġġjar u l-manutenzjoni ta’ dan l-ispazju miftuħ. Dawn is-siġar jiġu kkurati b’mod regolari fejn jinżabru skont il-bżonn, jitneħħew fergħat nixfin, fergħat dgħajfa u/jew li jistgħu jkunu ta’ periklu għall-pubbliku. Barra minn hekk, jiġi mmanniġġjat il-ħaxix ħażin li jikber madwar is-siġar biex ma jikbirx iżżejjed u ma jikkawżax riskji speċjalment matul il-perjodu tas-sajf. Peress li dawn is-siġar taż-żebbuġ huma stabbiliti u għandhom sistema ta’ għeruq diġà b’saħħitha, jissaqqew skont il-ħtieġa. B’dan il-mod, Project Green tiżgura li dawn is-siġar jibqgħu f’kundizzjoni tajba, siguri u sostenibbli bħala parti mill-wirt naturali ta’ Ġnien il-Kottoner.

Gaza — Għajnuna umanitarja

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22858, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm effettivament ingħatat għajnuna umanitarja lill-poplu ta’ Gaza matul din is-sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif spjegajt fil-mistoqsijiet parlamentari 22858, 24730 u 27317, il-Gvern Malti – inkluż il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – qed ikompli joffri għajnuna umanitarja konkreta għall-benefiċċju tal-poplu Palestinjan. Din tinkludi: • Il-Ministeru qed jikkontribwixxi fil-Fond ta’ Solidarjeta’ ma’ Gaża.  Matul ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu, Malta bagħtet erba’ konsenji ta’ dqiq, b’total ta’ għaxart elef u sittin xkora, lejn Limassol, f’Ċipru, biex bl-għajnuna tal-Gvern Ċiprijott u tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Magħquda għall-Proġetti u s-Servizzi Malta jitwasslu f’Gaża. Wara proċess ta’ awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet rispettivi tal-Iżrael, nofs dan id-dqiq intbagħat lejn il-port ta’ Ashdod, fejn sal-5 ta’ Settembru dan kien twassal f’Gaża għand il-World Central Kitchen. Din l-organizzazzjoni umanitarja diġa’ bdiet tużah biex tipprepara l-ikel li qiegħda tipprovdi lin-nies ċivili f’Gaża. Mistenni li t-tieni nofs ta’ dan id-dqiq jitlaq lejn il-port ta’ Ashdod fl-aħħar ta’ Settembru. • Iktar kmieni din is-sena, Malta kompliet b’inizjattiva umanitarja ta’ evakwazzjoni ta’ tfal Palestinjani li qed ibatu minn mard serju, flimkien mal-ġenituri tagħhom, miż-żona ta’ Gaża. Sa issa, erbat itfal ġew evakwati u miġjuba Malta fejn qed jirċievu kura medika urġenti. • Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu approva donazzjoni ta’ €70,000 biex tindirizza l-ħtiġijiet urġenti fil-Palestina. Din l-għajnuna ser tingħata lill-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tfal (UNICEF), organizzazzjoni li qed taħdem direttament f’Gaża, b’enfasi fuq is-sitwazzjoni umanitarja tal-popolazzjoni ċivili. • Il-Ministeru qed jippjana wkoll li jalloka fondi addizzjonali fil-ġimgħat li ġejjin biex isaħħaħ l-appoġġ lill-poplu Palestinjan. L-għajnuna se tiffoka fuq il-ħtiġijiet l-aktar essenzjali, inklużi l-appoġġ kontinwu lill-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Maqgħuda għall-Għajnuna u x-Xogħol għall-Palestinjani (UNRWA), u organizzazzjonijiet oħra li jipprovdu ikel u kura tas-saħħa. • Malta ser tkompli tgħin ukoll fil-qasam edukattiv. Għas-sena akkademika 2025/2026, il-Ministeru se jiffinanzja żewġ boroż ta’ studju fil-livell ta’ Masters fl-Università ta’ Malta għal studenti Palestinjani, kif ukoll boroż ta’ studju għal diplomatiċi Palestinjani biex jistudjaw fl-Akkademja Mediterranja tal-Istudji Diplomatiċi (MEDAC). Fl-aħħar nett, nixtieq nerġa’ ntenni l-impenn sod tal-Gvern Malti favur il-kawża tal-paċi f’Gaża. Malta tkompli taħdem mill-qrib ma’ sħab internazzjonali biex tħeġġeġ għall-waqfien mill-ġlied bejn Iżrael u l-Hamas, filwaqt li tħares lejn il-ħtieġa urġenti li tiżdied b’mod sostanzjali l-għajnuna umanitarja li tkun tista’ tidħol mingħajr xkiel f’Gaża, sabiex jiġu ndirizzati l-bżonnijiet kruċjali tal-popolazzjoni ċivili.

Il-Fgura — Triq il-Karmnu - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq il-Karmnu, il-Fgura?  Jista’ jgħid ukoll kemm ser jiswew u meta huma mistennija li jkunu lesti dawn ix-xogħlijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Il-Fgura — Triq il-Karmnu - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq il-Karmnu, il-Fgura?  Jista’ jgħid ukoll kemm ser jiswew u meta huma mistennija li jkunu lesti dawn ix-xogħlijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħlijiet inkludew estensjoni żgħira ta’ sistema eżistenti tal-ilma tax-xita, sostituzzjoni ta’ partijiet mill-pajp tad-drenaġġ, rikostruzzjoni tal-pajp tal-ilma li jintroduċi sistema doppja ġdida, tħaffir ta’ trinek u tqegħid ta’ kejbils tal-Enemalta, rikostruzzjoni ta’ bankini u bini ta’ toroq. Ix-xogħlijiet huma mistennija li jitlestew sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Santa Luċija — Triq Bice Mizzi Vassallo - Parking Bays Ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ġew awtorizzati l-parking bays il-ġodda fi Triq Bice Mizzi Vassallo, f’Santa Luċija, għaliex huma ta’ periklu għall-ħajja u s-sigurtà ta’ terzi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għall-mistoqsija Parlamentari numru 30209.

Santa Luċija — Triq Bice Mizzi Vassallo - Parking Bays Ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ġew awtorizzati l-parking bays il-ġodda fi Triq Bice Mizzi Vassallo, f’Santa Luċija, għaliex huma ta’ periklu għall-ħajja u s-sigurtà ta’ terzi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tat-Trasport approvat it-talba tal-Kunsill sabiex dawn il-parkeġġi jitneħħew fis- 27 ta’ Awwissu 2025.

Laqgħat — Dati

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29762, jista’ l-Ministru jindika bil-preċiż id-dati tal-laqgħat li attenda u li ser jattendi għalihom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa previst li nattendi għal-Laqgħa tal-Kunsill tat-Trasport tal-4 ta’ Diċembru 2025.

Laqgħat — Dati

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29763, tista’ l-Ministru tindika bil-preċiż id-dati tal-laqgħat li attendiet u li ser tattendi għalihom?

Response (DALLI, MIRIAM)

B’żieda mat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 29763, ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-17 ta’ Marzu 2025 attendejt għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Enerġija fi Brussell, waqt li bejn l-10 u l-11 ta’ Lulju 2025 attendejt għal-laqgħa tal-Kunsill Informali tal-Ministri tal-Ambjent fid-Danimarka.

Community Service Orders, Probation u sentenzi sospiżi — Sentenzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29601 u 29752 u jgħid kemm kien hemm sentenzi fejn il-piena inflitta kienet dik ta’ Community Service Orders, Probation u sentenzi sospiżi sal-aħħar ta’ Ġunju 2025?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 29856.

Ministeru għall-Finanzi — Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul it-tieni nofs tal-2025? Jista’ jgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi li jaqgħu taħt il-Ministru għall-Finanzi huma s-segwenti: Direttiva Skadenza Direttiva (UE) 2023/2864 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li temenda ċerti Direttivi fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (Artiklu 3) 10/07/2025 Direttiva (UE) 2024/1640 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, u li temenda u tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849 (Artiklu 74) 10/07/2025 Direttiva (UE) 2024/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2024 li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji 29/09/2025 Direttiva (UE) 2023/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva 2008/48/KE 20/11/2025 (responsabbiltà konġunta ma’ OPM-ES) Direttiva (UE) 2023/2673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 li temenda d-Direttiva 2011/83/UE fir-rigward tal-kuntratti ta’ servizzi finanzjarji konklużi mill-bogħod u li tħassar id-Direttiva 2002/65/KE 19/12/2025 Direttiva tal-Kunsill (UE) 2023/2226 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni 31/12/2025 Direttiva tal-Kunsill (UE) 2024/1265 tad-29 ta’ April 2024 li temenda d-Direttiva 2011/85/UE dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri 31/12/2025 Direttiva (UE) 2025/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2025 li temenda d-Direttivi (UE) 2022/2464 u (UE) 2024/1760 fir-rigward tad-dati minn meta l-Istati Membri għandhom japplikaw ċerti rekwiżiti ta’ rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà u ta’ diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva 31/12/2025 Direttiva tal-Kunsill (UE) 2025/872 tal-14 ta’ April 2025 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni 31/12/2025 Id-Direttiva (UE) 2024/1640 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, u li temenda u tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849 ġiet trasposta. Id-Direttivi l-oħra għadhom ma ġewx trasposti fil-liġi nazzjonali u għalhekk għadhom pendenti.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul it-tieni nofs tal-2025? Jista’ jgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li s’issa l-Ministeru m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fit-tieni nofs tal-2025.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul it-tieni nofs tal-2025? Jista’ jgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar tas-sena 2025 ser jiġu trasposti s-segwenti Direttivi: •⁠ ⁠Direttiva (UE) 2023/2123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 t’Ottubru 2023 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali; u •⁠ ⁠Direttiva (UE) 2023/2668 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 li temenda d-Direttiva 2009/148/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol.

Qrati — Kumpilazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29609 u 29748 u jgħid kemm kien hemm kumpilazzjonijiet pendenti fil-Qrati ta’ pajjiżna sal-aħħar tas-sena 2024 u kemm minnhom ġew deċiżi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Community Service Orders, Probation, u sentenzi sospiżi — Sentenzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29610 u 29749 u jgħid kemm kien hemm sentenzi fejn il-piena inflitta kienet dik ta’ Community Service Orders, Probation, u sentenzi sospiżi matul is-sena 2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Filwaqt illi nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 23381 fir-rigward ta’ Community Service Orders u Probation kif ukoll għall-mistoqsija parlamentari 23382 fir-rigward ta’ sentenzi sospiżi, ninfurmah bis-segwenti:- Bejn l-1 ta’ Diċembru u t-31 ta’ Diċembru, 2024:- Community Service Probation Sentenzi Sospiżi Qrati ta’ Malta 1 10 9 Qrati ta’ Għawdex 0 2 0 Bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u t-30 ta’ Ġunju, 2025:- Community Service Probation Sentenzi Sospiżi Qrati ta’ Malta 17 138 242 Qrati ta’ Għawdex 0 7 10

Qrati — Kumpilazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29600 u 29751 u jgħid kemm kien hemm kumpilazzjonijiet pendenti fil-Qrati ta’ pajjiżna sal-aħħar ta’ Ġunju 2025 u kemm minnhom ġew deċiżi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul it-tieni nofs tal-2025? Jista’ jgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fit-tieni nofs tas-sena 2025.