Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Fgura - Triq tal-Klerku — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet huma previsti li jsiru fi Triq tal-Klerku, l-Fgura u kemm ser idumu għaddejjin?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.

Il-Fgura - Triq Kent — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet huma previsti li jsiru fi Triq Kent, il-Fgura u kemm ser idumu għaddejjin?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fit-Triq Kent huwa lest ħlief ix-xogħol tal-asfalt. S’issa sar r-rikostruzzjoni tal-bankini, rikostruzzjoni ta’ parti mis-sistema ta’ dranaġġ u tibdil tas-servizzi tal-ilma. F’parti minn Triq Kent ser isir ukoll xogħol dirett mill-Enemalta.  L-asfalt finali jingħata meta jitlestew ix-xogħlijiet kollha fit-triq.

Santa Luċija - Ġnien iċ-Ċinizi tas-Serenità — Dawl aħjar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li Ġnien iċ-Ċiniżi tas-Serenità, f’Santa Luċija jiġi mixgħul aħjar wara li tinżel ix-xemx billi hemm partijiet li huma mudlama sew?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jindika liema partijiet tal-ġnien qed issir referenza għalihom.

Santa Luċija - Ġnien iċ-Ċinizi tas-Serenità — Dawl aħjar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk huwiex possibbli li Ġnien iċ-Ċiniżi tas-Serenità, f’Santa Luċija jiġi mixgħul aħjar wara li tinżel ix-xemx billi hemm partijiet li huma mudlama sew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fi Ġnien l-Iskultura, li jinsab biswit u li għadu kemm infetaħ minn Project Green, hemm dawl adekwat. Fir-rigward ta’ Ġnien is-Serenità, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Il-Kalkara - Ġnien Rinella — Xogħol ta’ tisbiħ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarx xi xogħol ta’ tisbiħ fi Ġnien Rinella, fil-Kalkara matul din is-sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fost l-ewwel proġetti li wettaqna fil-bidu ta’ din il-leġiżlatura kien hemm proprju dak ta’ Ġnien ir-Rinella, fil-Kalkara, li fih sar investiment ta’ €1 miljun biex iservi bħala spazju aħdar għar-rikreazzjoni soċjali għall-familji filwaqt li nżamm il-prestiġju storiku tiegħu. Dan il-proġett sar b’mod li jħares l-użu ta’ enerġija rinnovabbli, il-konservazzjoni tal-ilma u l-protezzjoni tal-ambjent naturali. L-introduzzjoni ta’ solar paving li jiġġenera biżżejjed enerġija għall-użu tal-ġnien, smart benches kif ukoll solar smart bins, kienu jifformaw parti minn strateġija ferm akbar li tenfasizza l-importanza ta’ enerġija nadifa u arja aħjar. Barra minn hekk, l-ilma tax-xita kollu li jaqa’ ġewwa l-ġnien jinġabar f’erbat ibjar u jintuża għat-tisqija neċessarja permezz ta’ sistema ta’ irrigazzjoni awtomatika. Tħawlu aktar siġar u pjanti indiġeni biex joffru ambjent isbaħ għalll-familji. Bħalma jsir fil-każ ta’ ġonna oħrajn, parks u spazji oħra miftuħa mmaniġġjati minn Project Green, Ġnien ir-Rinella ssirlu manutenzjoni fuq bażi regolari biex dawn jinżammu fi stat tajjeb. Sfortunatament, minkejja d-diversi appelli li jsiru biex nibżgħu għal dawn is-siti, għadu jkun hemm okkażjonijiet fejn dawn jisfgħu fil-mira ta’ vandaliżmu. Fil-fatt, ninsab infurmata li fix-xhur tas-sajf kellhom isiru xogħlijiet ta’ tiswija fuq il-bankijiet wara li sar vandaliżmu fuq l-apparat li jiġġenera d-dawl mill-enerġija solari. Saru wkoll tiswijiet fil-funtana u fuq is-sistema tal-irrigazzjoni. Għax-xhur tax-xitwa huwa ppjanat li jsir tħawwil ta’ aktar pjanti.

Bormla - Pjazza Gavino Gulia — Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29440 fir-rigward ta’ Pjazza Gavino Gulia, f’Bormla, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser isir ix-xogħol neċessarju issa li dalwaqt waslet il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor Interlellant jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentaru nru 30324.

Bormla - Pjazza Gavino Gulia — Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29440 fir-rigward ta’ Pjazza Gavino Gulia, f’Bormla, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser isir ix-xogħol neċessarju issa li dalwaqt waslet il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi kiseb il-permessi meħtieġa mill-entitajiet relevanti sabiex isiru testijiet li se jgħinu biex tiġi stabbilita l-firxa tal-problema. Dawn it-testijiet se jsiru wara li jsir il-koordinament neċessarju minħabba li se jkun hemm bżonn li t-triq tingħalaq temporanjament.

Raħal Ġdid - Triq Mater Boni Consilii — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ser isiru fil-bidu ta’ Triq Mater Boni Consilii, f’Raħal Ġdid u kemm ser idumu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid mhux infurmat li ser isiru xi xogħlijiet fi Triq Mater Boni Consili f’Raħal Ġdid.

Raħal Ġdid - Triq Mater Boni Consilii — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ser isiru fil-bidu ta’ Triq Mater Boni Consilii, f’Raħal Ġdid u kemm ser idumu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta mhux qegħda tagħmel xogħlijiet infrastrutturali fi Triq Mater Boni Consilii. Ix-xogħol li qed isir minn naħa tal-Aġenzija fil-preżent hu fi Triq Haż-Żabbar, Raħal Ġdid.

Belt, Valletta - Knisja ta’ Santa Barbara — Xogħlijiet ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li matul ix-xhur li ġejjin, isiru x-xogħlijiet neċessarji ta’ restawr fil-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt, Valletta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li f’dan l-istadju, m’hemmx pjanijiet għar-restawr tal-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt Valletta minn naħa tad-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni.

Raħal Ġdid - Triq Ħaż-Żabbar — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Ħaż-Żabbar, f’Raħal Ġdid u kemm ser idumu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħlijiet ta’ rikostruzzjoni tal-bankini fi Triq Ħaż-Żabbar f’Raħal Ġdid mistennija jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin. Dan imbagħad se jkun segwit minn xogħlijiet ta’ wiċċ mill-ġdid tal-asfalt.

Ħal Tarxien - Triq Paola — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni x-xogħlijiet fil-bidu ta’ Triq Paola, f’Ħal Tarxien qed idumu biex jitlestew u kemm huwa previst li ser idumu biex jitlestew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett tar-riġenerazzjoni tal-pjazza huwa sit ta’ interess arkaeoloġiku u allura qed jiġu segwiti l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-rigward.  Ix-xogħol qed isir taħt il-monitoraġġ ta’ arkeoloġi esperti u tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, liema moniteraġġ jieħu ammont konsiderevoli ta’ ħin.  Ix-xogħol f’din iż-żona huwa mistenni li jkun lest qabel is-sajf tat-2026.

Ħal Tarxien - Triq Paola — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni x-xogħlijiet fil-bidu ta’ Triq Paola, f’Ħal Tarxien qed idumu biex jitlestew u kemm huwa previst li ser idumu biex jitlestew?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Il-Kalkara - Triq li tagħti mill-Bajja tar-Rinella għall-Fortizza — Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11309 u 12940, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu l-pjanijiet tax-xogħlijiet biex it-triq li mill-Bajja tar-Rinella tagħti għall-Fortizza fil-Kalkara, tiġi rranġata qabel ma ssir aktar ħsara?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Eks Casino di Venezia — Żviluppi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26976, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proċess fir-rigward tal-eks Casino di Venezia?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari 26878.

Il-Kalkara - Triq li tagħti mill-Bajja tar-Rinella għall-Fortizza — Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11309 u 12940, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu l-pjanijiet tax-xogħlijiet biex it-triq li mill-Bajja tar-Rinella tagħti għall-Fortizza fil-Kalkara, tiġi rranġata qabel ma ssir aktar ħsara?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għadu qed  jipprepara d-dokumenti  għas-sejħa għall-offerti għal-dawn ix-xogħlijiet.

Il-Kalkara - Rinella — Restawr fil-ħajt fil-kumpless ta’ Bighi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19774, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħlijiet fuq il-ħajt fil-kumpless ta’ Bighi, fir-Rinella l-Kalkara, jinsabu weqfin?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-ħajt tal-Bajja tar-Rinella kienu sospiżi matul ix-xhur tas-sajf minhaħabba li l-bajja tkun qed tintuża għal-għawm.  Il-kuntrattur ta’ Infrastructure Malta reġa kompla bix-xogħlijiet fix-xahar ta’ Settembru.