Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Belt Valletta - Pjazza Jean De La Valette - Restawr ta’ monument

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29757, jista’ l-Ministru jgħid x’irriżulta wara l-ispezzjoni li kellha issir fuq il-monument dedikat lill-Gran Mastru Jean La Valette, fil-Belt Valletta, billi dan għandu bżonn ta’ attenzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Wara li rajt li ssir spezzjoni ninsab infurmat li kien sar condition assessment minn Heritage Malta li rriżulta li l-monument għandu bżonn intervent li jdum madwar ġimgħa bi tnejn min-nies. Nippreċiża li dan m'huwiex inkluż fil-lista tal-monumenti nazzjonali. Għaddejjin it-tahditiet interni meħtieġ mal-Kunsill Lokali tal-Belt biex dan ix-xogħol isir.

Belt, Valletta - Knisja ta’ Santa Barbara - Restawr

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30320, jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir spezzjoni sabiex il-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt Valletta tiġi restawrata?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dan l-istadju, m’hemmx pjanijiet li l-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt Valletta tiġi rrestawrata min-naħa tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.

Il-Birgu - Parti ta’ Sant Anġlu - Tindif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-parti ta’ taħt Sant Anġlu l-Birgu (fuq in-naħa tax-xellug li għandha aċċess b’passaġġ fil-ġenb mix-xatt) tiġi mnaddfa u restawrata billi hija frekwentata ħafna?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ġurijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ġurijiet pendenti sal-aħħar ta’ Lulju 2025?  Jista’ jgħid kemm kien hemm persuni minnhom li jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u li kienu qed jistennew dawn il-proċeduri?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Belt, Valletta - Knisja ta’ Santa Barbara - Restawr

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30320, jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir spezzjoni sabiex il-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt Valletta tiġi restawrata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment se jkun qed iwettaq spezzjoni sabiex jirrapporta fuq l-istat tal-Knisja ta’ Santa Barbara.

Il-Birgu - Parti ta’ Sant Anġlu - Tindif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-parti ta’ taħt Sant Anġlu l-Birgu (fuq in-naħa tax-xellug li għandha aċċess b’passaġġ fil-ġenb mix-xatt) tiġi mnaddfa u restawrata billi hija frekwentata ħafna?

Response (BONNICI, OWEN)

Informat li din hi maghrufa bhala d/De Guiral battery, u tifforma parti mill-koncessjoni moghtija lill-CWG Consortium fl-1999.

Paola Hub Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran - Servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi qed jingħataw fil-preżent fil-Paola Hub Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran u jelenka l-programm ta’ dak li ser jiġi offrut fil-futur?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba għall-PQ 30393.

Ħal Tarxien - Għassa tal-Pulizija - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29750, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fuq l-Għassa ta’ Ħal Tarxien, sarux? Jekk iva, kemm ġew jiswew?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li sar il-proċess ta’ procurement u x-xogħol għandu jkun lest sa Novembru.

Abbuż fil-kiri - Spezzjonijiet

Question

Fid-dawl ta’ ilmenti dwar residenzi li fihom qed jkun hemm aktar persuni joqogħdu milli permess, jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex qed isiru spezzjonijiet dwar dawn l-abbużi fil-kera?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Wied il-Għajn - Triq is-Silla - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fuq Triq s-Silla, f’Wied il-Għajn ġewx kompluti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet relatati ma’ Triq s-Silla, f’Wied il-Għajn għadhom għadejjin. L-ewwel fażi kompluta u bħalissa għaddejin ix-xogħlijiet fit-tieni fażi. Ix-xogħlijiet ġew maqsuma f’tlett fażijiet sabiex kemm jista’ jkun jitnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti.

Il-Fgura – Triq Bormla u Triq Valperga - Ilqugħ

Question

Tista’ l-Ministru tara li l-ilqugħ li sar fi Triq Bormla u Triq Valperga fil-Fgura, li tqiegħed sabiex il-pubbliku jkun infurmat li ser isir proġett ġdid, jittranġa, peress li bħalissa  l-aċċess liberu għall-pubbliku li juża dawn it-toroq biex jitla’ jew jinżel il-Kottonera huwa magħluq?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żona indikata bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet b’rabta mal-proġett ta’ park ġdid li se jsir minn Project Green fil-Fgura. Minħabba li qed isir xogħol ta’ skavar u kostruzzjoni, ġie installat hoarding mill-kuntrattur ingaġġat mill-Aġenzija, kif huwa obbligat bil-liġi (SL 623.08) biex tkun imħarsa s-saħħa u s-sigurtà tal-pubbliku. Ninsab infurmata li l-aċċess liberu għall-pubbliku minn u lejn il-Kottonera baqa’ dak li kien u mhux magħluq.

Il-Gudja - Triq San Ċiru - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet fuq Triq San Ċiru, il-Gudja peress li ilhom għaddejjin?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interplellant li x-xogħlijiet fi Triq San Ċiru, Gudja huma lesti. Jonqos biss is-sinjali taż-żebgħa u t-tabelli li se jsiru fil-ġranet li ġejjin.

Gudja - Triq Santa Marija u l-madwar - Problema ta’ indafa u sanità pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika minħabba l-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar Triq Santa Marija, il-Gudja peress li hija ta’ inkonvenjent kbir?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Il-Gudja - problema ta’ indafa u sanità pubblika fil-madwar Triq Santa Marija

Question

Tista’ l-Ministru tara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika tal-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar Triq Santa Marija fil-Gudja peress li hi ta’ inkonvenjent kbir?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 30578.

Ħal Tarxien – problema ta’ indafa u sanità pubblika fil-madwar tal-Knisja u l-Kunvent tal-Agostinjani

Question

Jista’ l-Ministru jara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika tal-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar il-Knisja u l-Kunvent tal-Agostinjani f’Ħal Tarxien peress li hi ta’ inkonvenjent kbir?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Raħal Ġdid - problema ta’ indafa u sanità pubblika fil-madwar tal-Knisja ta’ Kristu Re

Question

Jista’ l-Ministru jara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika tal-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar il-Knisja ta’ Kristu Re Raħal Gdid peress li hi ta’ inkonvenjent kbir?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Tarxien – problema ta’ indafa u sanità pubblika fil-madwar tal-Knisja u l-Kunvent tal-Agostinjani

Question

Tista’ l-Ministru tara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika tal-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar il-Knisja u l-Kunvent tal-Agostinjani f’Ħal Tarxien peress li hi ta’ inkonvenjent kbir?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 30578.

Raħal Ġdid - problema ta’ indafa u sanità pubblika fil-madwar tal-Knisja ta’ Kristu Re

Question

Tista’ l-Ministru tara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika tal-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar il-Knisja ta’ Kristu Re Raħal Gdid peress li hi ta’ inkonvenjent kbir?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif kien indika fit-tweġiba li tah il-predeċessur tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 21381 tal-Leġiżlatura XIII, il-kontroll tal-ħamiem selvaġġ ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi, madankollu, biex tiġi assigurata l-indafa pubblika, ninfurmah li permezz tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni se ssir spezzjoni fiż-żona li qed jirreferi għaliha u jekk ikun hemm il-bżonn se jsir il-ħasil meħtieġ.

Eks Casino di Venezia - Xogħol preparatorju

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26878 dwar l-ex Casino di Venezia, jista’ l-Ministru jgħid kemm ser jdumu għaddejja d-diskussjonijiet mal-Awtorità tal-Artijiet issa li qabżu s-sitt xhur?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix xi nżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari 26878.