Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Carmelo Mifsud Bonnici, f’Bormla u kemm ser jiġu jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Carmelo Mifsud Bonnici, Bormla jikkonsistu f’tibdil tal-pajpijiet ta’ l-ilma u drenaġġ (kif ukoll l-konnessjonijiet privati li nstabu li kienu ta’ l-asbestos), tibdil u iffurmar mill-ġdid tal-bankini, preparazzjoni għall-charging pillar għall-vetturi elettriċi, iffurmar mill-ġdid tat-triq li jikkonsisti f’saffi varji inkuż żewg saffi ta’ asfalt.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34938 u 35352 u jgħid min kienu l-persuni fi ħdan l-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li attendew għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm minnhom li kienu akkumpanjati mill-konjugi tagħhom u jekk sarux xi spejjeż relatati ma’ dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34935 u 35177 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tas-CEOs tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li saru s’issa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34936 u 35176 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tad-Diretturi tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li saru s’issa u jindika jekk dawn humiex full-time jew part-time?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenatri 34955 u jgħid kemm persuni ngħataw sentenzi fejn il-ħati tqiegħed taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28A tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè sentenzi sospiżi, matul is-sena 2025?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni li ngħataw sentenza sospiza fis-sena 2025 huma 308.
Att dwar il-Probation - Persuni li ngħataw sentenzi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34954 u jgħid kemm persuni ngħataw sentenzi matul is-sena 2025, fejn il-ħati tqiegħed taħt id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Probation?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2025 kien hemm 213 persuna li ngħataw sentenza fejn ġiet imposta Ordni ta’ Probation.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34943 u jgħid kemm ġew reġistrati talbiet għall-medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja matul is-sena 2025?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2025 ġew ippreżentati 1,459 talba għall-medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34939 u jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali u protesti ġudizzjarji matul is-sena 2025?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi matul is-sena 2025 ġew ippreżentati disa’ t’elef disa’ mija u ħamsa u għoxrin (9925) ittra uffiċjali u mitejn sitta u disgħin (296) protesti ġudizzjarji.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34938 u jgħid min kienu l-persuni fi ħdan l-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li attendew għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm minnhom li kienu akkumpanjati mill-konjugi tagħhom u jekk sarux xi spejjeż relatati ma’ dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-twe[iba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34083 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32667, jista’ l-Ministru jgħid jekk instabx lok ġdid għall-arkivju nazzjonali kif preċedentement kien ippjanat?
Response (BONNICI, OWEN)
M'għandix xi nżid mar-risposti li tajt fis-seduti riċenti dwar l-istess suġġett.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33526, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar l-impatt u l-implikazzjonijiet għas-suq tagħna u dawk marbuta ma’ spejjeż relatati mat-trasport?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-miżura proposta, kif riflessa fit-traspożizzjoni nazzjonali tad-dispożizzjonijiet ta’ infurzar tal-ADR (*), tistabbilixxi b’mod strutturat il- klassifikazzjoni ta’ ksur relatati mat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq f’tliet kategoriji ta’ riskju distinti, li jvarjaw minn riskju għoli (
Kategorija I
) għal riskju baxx
(Kategorija III
).
Mill-perspettiva nazzjonali, l-impatt fuq Malta huwa mistenni li jkun primarjament ta’ natura regolatorja u operattiva aktar milli strutturali. Fil-konfront tal-ispejjeż relatati mat-trasport, kwalunkwe impatt huwa mistenni li jkun limitat u indirett.
B’mod ġenerali, din il-miżura tikkontribwixxi b’mod pożittiv għas-sigurtà fit-toroq, għall-protezzjoni ambjentali u għall-kjarifika regolatorja, filwaqt li tiżgura kundizzjonijiet ekwi fis-suq tat-trasport u allinjament sħiħ mar-rekwiżiti tal-Unjoni Ewropea.
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2449
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33525, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar l-impatt u l-implikazzjonijiet għas-suq u l-bdiewa f’dawn il-gżejjer minħabba din id-direttiva?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2449 tirrigwarda protokolli għall-eżami ta’ varjetajiet ta’ diversi speċi ta’ pjanti fosthom tal-lift tal-Iżvezja, tal-kaboċċi għall-magħlef, tar-ross, tal-grupp tal-kaboċċi tal-weraq, tal-grupp tal-kaboċċi tat-Toskana, tal-grupp tal-kaboċċi portugiżi (Tronchuda), tal-kaboċċi Ċiniżi, tat-tadam u tal-ispinaċi. Din l-eżami tiddetermina li varjetà hi distinta minn oħrajn magħrufa u li jinsabu fuq is-suq. Ukoll, hi marbuta mar-reġistrazzjoni ta’ varjetajiet ġodda fil-katalgi tal-Unjoni Ewropea tal-varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u ta’ ħxejjex tal-ikel.
Malta m’għandhiex faċilitajiet fejn jista’ jsir eżami ta’ dan it-tip. Barra minn hekk, produzzjoni taż-żrieragħ, kif ukoll ta’ xitel fil-każ ta’ ħaxix tal-ikel, skont ir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ dan il-materjal tal-pjanti ma ssirx. Għaldaqstant, Malta timporta materjal minn Stati Membri oħra u li hu eżaminat, irreġistrat u ċċertifikat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9432 dwar in-nefqa fuq ix-xogħlijiet li saru fi Triq Għajn Dwieli, f’Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tad-dipartiment issa li jidher li din reġgħet għandha bżonn ta’ tiswijiet serji u possibbilment li ssir mill-ġdid?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9432 dwar in-nefqa fuq ix-xogħlijiet li saru fi Triq Għajn Dwieli, f’Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tad-dipartiment issa li jidher li din reġgħet għandha bżonn ta’ tiswijiet serji u possibbilment li ssir mill-ġdid?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta li ngħatat għal PQ9432 kienet qed tirreferi primarjament għax-xogħlijiet fuq il-mina u x-xaft, u xogħol ta’ rikostruzzjoni ta’ parti biss minn Triq Għajn Dwieli. Fejn sar l-investiment fuq it-triq, li kien relatat mall-proġett innifsu tal-mina, it-triq in kwistjoni illum tinsab f’kundizzjoni tajba u mingħajr ħsarat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34934 fl-intier tagħha u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tal-konsulenti preżenti li hemm ingaġġati fil-Ministeru tiegħu?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34935 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tas-CEOs tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li saru s’issa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.