Qrati – Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – ittri uffiċjali ai termini tal-Artikolu 166A
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali ai termini tal-Artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili fil-Qrati tagħna tul is-sena 2017 u jista’ jindika kemm minnhom ġew ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u kemm quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili f’Malta u f’Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li n-numru ta’ Ittri Uffiċjali ppreżentati fil-Qrati ta’Malta u Għawdex huwa kif muri f’din it-tabella:
Prim Awla tal-Qorti Ċivili
Qorti tal-Maġistrati (Malta)
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex)
Ittri Uffiċjali ai termini tal-Art 166A tal-Kap. 12
131
2905
135
Qrati — Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – Ittri uffiċjali ai termini tas-Sub-Artikolu(e) tal-Artikolu 253
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali ai termini tas-sub-artikolu(e) tal-Artikolu 253 (biex jiġu reżi eżegwibbli kambjali) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili fil-Qrati tagħna tul is-sena 2017 u jista’ jindika kemm minnhom ġew ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u kemm quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili f’Malta u f’Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta ġew ippreżentati disa’ (9) ittri uffiċjali ai termini tas-sub-artikolu(e) tal-Artikolu 253 tal-Kap. 12 fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili matul l-2017. Filwaqt li fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) ġew ippreżentati tmienja u disgħin (98) ittra uffiċjali ai termini tal-istess artikolu.
Fil-Qorti ta’ Għawdex ġiet ippreżentata ittra waħda (1) fil-Ġurisdizzjoni Superjuri, filwaqt li fil-Qorti tal-Magistrati (Għawdex) ġew ippreżentati tlett (3) ittri uffiċjali.
Qrati — Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – Ittri uffiċjali ai termini tas-Sub-Artikolu(d) tal-Artikolu 253
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali ai termini tas-sub-artikolu (d) tal-Artikolu 253 (biex jiġu reżi eżegwibbli deċiżjonijiet -lodo- f’arbitraġġi) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili fil-Qrati tagħna tul is-sena 2017 u jista’ jindika kemm minnhom ġew ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u kemm quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili f’Malta u f’Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex tali ittri uffiċjali ma humiex hekk ikklassifikati fil-LECAM; jiġu reġistrati bħala ittri uffiċjali regolari. Għalhekk l-informazzjoni rikjesta mhix disponsibbli.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2263 u 2513, jista’ l-Ministru jgħid jekk r-rapport finali ġiex ippreżentat jew kienx hemm estensjoni tat-terminu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport finali tal-inkjesta ġie pprezentat fi żmien stipulat.
B’referenza għax-xogħlijiet li qed isiru fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu spejjeż sal-ġurnata tal-lum, kif ukoll l-andament tax-xogħol u meta hu previst li se jiġi tterminat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Raħal Ġdid – Pjazza – xogħlijiet – kumpens lis-sidien tal-ħwienet
Question
B’referenza għax-xogħlijiet li qed isiru fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid x’kumpens u x’għajnuna qed tingħata lid-diversi operaturi u sidien tal-ħwienet li qegħdin kuljum jitilfu min-negozju tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-onorevoli interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’trattati hemm iffirmati mal-Indja u jista’ jindika, b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2441, x’suġġetti qed jiġu kkunsidrati fit-trattati/ftehim ġodda?
Response (ABELA, CARMELO)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2441 nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim mal-Indja huma elenkati hawn taħt:
TitluIffirmar
Ftehim Kulturali 14 Jannar 1992
Ftehim fuq Kooperazzjoni fil- qasam ekonomiku, industrijali, xjenza u kooperazzjoni teknika 14 Jannar 1992
Ftehim dwar il-ħelsien minn taxxa doppja u il-prevenzjoni ta’ evażjoni fiskali fuq taxxa tad-dħul.28 Settembru 1994
Ftehim dwar is- Servizzi tal-Ajru5 Ottubru 1998
Memorandum ta’ ftehim dwar konsultazzjonijiet politiċi.7 Marzu 2005
Memorandum ta’Ftehim bejn l-Awtorita’ Nazzjonali għall-Arti, Kultura u Wirt Storiku u l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ta’ Malta rigward il-Ħarsien, Preservazzjoni, Promozzjoni u Organizzazjoni tal-Arti7 Jannar 2010
Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja.8 April 2013
Ftehim ta’ Eżenzjoni mill-Visa għall-Detenturi ta’ Passaporti Uffiċċjali u Diplomatiċi12 Novembru 2013
Ftehim dwar is- Servizzi tal-Ajru16 Marzu 2017
It-trattati/ftehim pendenti mal- pajjiżi fl-Asja jittrattaw diversi temi bħal ma hu elenkat hawn taħt:
Pajjiż
Ftehim Pendenti
Il-Brunei Darussalam
Ftehim dwar helsien minn taxxa doppja
Il-Bangladesh
Ftehim ta’ Eżenzjoni mill-Visa għall-Detenturi ta’ Passaporti Uffiċċjali u Diplomatiċi
Memorandum ta’ Ftehim bejn l-Bangladesh Foreign Service u l-MEDAC
Memorandum ta’ Ftehim fuq Konsultazzjonijiet Bilaterali
Memorandum ta’ Ftehim fil-Qasam Marittimu u l-Ekonomija l-Blu
Il-Ġappun
Ftehim dwar
Working Holiday Arrangement
ħaż-żgħażagħ.
L-Indja
Trattat ta’ Estradizzjoni
Ftehim dwar l-Assistenza Legali Reċiproka f’kwistjonijiet Kriminali
Ftehim dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar Illeċitu tad-Droga u l-Kriminalita` Organizzata
Trattat bejn Malta u l-Indja dwar permess għax-xogħol lil Qraba ta’ Diplomatiċi
L-Indoneżja
Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja.
Il-Korea ta’ Isfel
Ftehim dwar
Working Holiday Arrangement
ħaż-żgħażagħ.
Ammenda tal-Ftehim dwar Servizzi tal-Ajru
Tiġdid tal-Memorandum ta’ Ftehim fuq Kooperazzjoni bejn il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ta’ Malta u l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tar-Repubblika tal-Korea.
Il-Malasja
Protokoll li jammenda il-Ftehim bejn Malta u l-Malasja dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja
Ftehim dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar Illeċitu tad-Droga u l-Kriminalita` Organizzata.
Il-Mongolja
Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja.
It-Tajlandja
Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja
Iċ-Ċina
Memorandum ta’ Ftehim fuq kooperazzjoni fil-qasam marittimu.
(Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Ħong Kong)
Protokoll biex jammenda il-‘Ftehim bejn Malta u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Ħong Kong dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja.’
Il-Mongolja
Memorandum ta’ ftehim dwar konsultazzjonijiet politiċi.
Memorandum ta’ ftehim fuq kooperazzjoni fil-kultura, l-iSport u t-turiżmu.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat tinsab fih Triq Santa Tereża, Ħal Tarxien? Jista’ jgħid hux se ssir tul din is-sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista aġġornata ta’ interventi fil-lokalitajiet rispettivi li jkunu qed isiru skont il-prijoritajiet li jirrizultaw.
B’referenza għar-raportaġ li deher fil-gazzetta ‘L-Orizzont’ tat-23 ta’ Novembru 2017 meta l-Ministru ġie rraportat li qal “Bħala Ministeru qed nikkonsidraw internament li noħolqu struttura biex nimmaniġġjaw aħjar l-Ambaxxati u r-residenzi tagħna barra”, jista’ għaldaqstant l-Ministru jgħid bil-preċiż x’passi beħsiebhom jittieħdu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qiegħed jippjana li jkollu struttura li tkun responsabbli għall-proprjeta` tal-Gvern Malti barra l-pajjiż li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ. Il-proprjetà tkun tinkludi kemm l-Ambaxxati, il-Konsulati kif ukoll ir-Residenzi ta’ l-Ambaxxaturi. Din l-istruttura tkun responsabbli kemm għal bini tal-Gvern kif ukoll għall-proprjeta` mikrija lill-Gvern.
Il-Pjan huwa illi l-bini tal-gvern ikun miżmum fl-aħjar kundizzjoni possibbli, filwaqt li isir l-aħjar użu possibbli mill-ispazju li jkun qed isir investiment fih.
Sabiex dan kollu jsir hemm il-ħtieġa li jsiru deċizjonijiet minn żmien għal żmien ta’ natura teknika finanzjarja taħt immaniġjar professjonali u bl-aktar effiċjenza possibbli.
Amerika Ċentrali – trattati/ftehim pendenti — Suġġetti
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2440, jista’ l-Ministru jgħid x’suġġetti qed jiġu kkunsidrati fiż-żewġ trattati/ftehim li qed jiġu diskussi mal-pajjiż fl-Amerika Ċentrali tal-Panama?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-trattati/ftehim pendenti mal-pajjiż fl-Amerika Ċentrali tal-Panama huma kif ġej:
Pajjiż
Ftehim Pendenti
Panama
Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja
Memorandum ta’ Ftehim fuq Konsultazzjonijiet Bilaterali
Community Worker Scheme – żieda fil-pagi tal-ħaddiema
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2432, jista’ l-Ministru jgħid jekk din iż-żieda ta’ €200 fix-xahar hijiex se tiġi mħallsa direttament mit-Teżor jew jekk hemmx xi ftehim differenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ż-żieda msemmija ser tkun riflessa direttament fil-paga tal-ħaddiema.
Università ta’ Malta – Sir Temi Zammit Hall – bdil ta’ air conditioning
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hijiex se tinbidel is-sistema tal-air conditioning fis-Sala Sir Temi Zammit tal-Università ta’ Malta tul is-sena li ġejja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li s-Sala Sir Temi Zammit jeħtiġilha refurbishment sħiħ u s-sistema tal-air conditioning hija parti minn dan il-proġett. Dan il-proġett mhux ippjanat li jsir fl-2018.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li rreġistraw taħt il-courses provduti għall-Adult Education u jista’ jindika jekk kienx hemm student għat-tagħlim tal-Grieg?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li n-numru totali ta’ applikanti għall-korsijiet għat-tagħlim tul il-ħajja għas-sena 2017/2018 huwa ta’ 11,338. Għat-tagħlim tal-Grieg applikaw 32 persuna.
Palazzo Parisio – xogħlijiet u tibdil fil-kostruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet u tibdiliet fil-konstruzzjoni saru tul dawn l-aħħar sentejn fil-Ministeru u jista’ jindika kemm ntefqu flus f’Palazzo Parisio?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ix-xogħolijiet li saru f'dawn l-aħħar sentejn ġewwa Palazzo Parisio huma:-
Upgrading ta' Sala Pardo, fejn ġew irranġati l-ħitan u anke d-dawl;
Irranġar ta' kamra biex tiġi wżata bħala Video Conference Room kif ukoll irranġar ta' uffiċini oħra fil-viċinanzi;
Irranġar tas-sotterran (basement), li involva xogħol ta' skavar u xogħlijiet oħra ġewwa, bħal tneħħija ta' materjal perikoluż (Asbestos), ispezzjoni mill-Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà, u monitoraġġ mill-arkeoloġi;
Tibdil tas-sistema tal-elettriku, ġewwa Palazzo Parisio għal waħda 3-phase, 4-way distribution board;
Bdil ta' madum fi kċejjen
Manutenzjoni fuq it-tromba ta' wieħed mit-turġien prinċipali;
Installazzjoni ta' apparat ġdid ta' Air Conditioning li ħa post apparat bil-ħsara jew li ma kienx aktar jaġdem effiċjenti;
Xogħlijiet ta' manutenzjoni oħra jinkludu;
- immodernizzar ta' sistema ta' elettriku fl-istores
- tiswijiet f'diversi twieqi, bibien u gallariji tal-injam
- bieb tal-ħġieġ fl-entrata prinċipali u fl-ewwel sular ta' Palazza Parisio
- panewijiet ġodda tal-aluminium fl-istores fejn jiġu maħżuna l-bnadar.
Dawn ix-xogħlijiet ġew jiswew it-totalo ta' €158, 627.51.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu u xi spejjeż intefqu tul din is-sena mill-High Commission ta’ pajjiżna ġewwa Londra?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kummizzjoni Għolja ta' Malta f'Londra kellha is-segwenti inizjattivi matul din is-sena:
Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Ċerimonja tal-ftuħ
€5,145.25
Laqgħat ta' kull xahar immexxija mill-Kummissarju Għoli Malta/Deputat tal-Kummissarju Għoli
€5,705.37
Riċeviment fil-Parlament Skoċċiż
€1,100.73
Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mad-Diaspora Maltija
Maltese Culture and Language Taster
€441.90
Kunċert għall-okkażjoni tal-
Europe Day
(9 May) organiżżat flimkien mar-Rappreżentanza tal-UE f'Londra
€749.06
Riċeviment relatat mal-Presidenza tal-UE
€633.11
Ċerimonja u kunċert għall-Għeluq tal-Presidenza Maltija
€3,978.89
Jum l-Indipendenza/Diaspora Maltija
Kunċert u Riċeviment fl-okkażjoni ta' Jum l-Indipendenza
€3,100.00
B’referenza għall-aħħar viżta tiegħu f’Novembru 2017 fil-Libja, jista’ l-Ministru jgħid minn min kienet komposta d-delegazzjoni Maltija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-delegazzjoni Maltija kienet komposta minni bħala Ministru, miċ-chief of staff u tlett (3) membri tas servizz tas-sigurtà.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2263, jista’ l-Ministru jgħid min huma s-Segretarji Permanenti maħtura bħala membri tal-Bord tal-Inkjesta li ġew inkarigati u jistax jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittra tal-ħatra tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant li s-Segretarji Permanenti mahtura bhala membri tal-Bord tal-Inkjesta huma: s- Sur Joseph Camilleri, Segretarju Permanenti Ministru ghall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, s- Sa Nancy Caruana, Segretarju Permanenti Ministru ghall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji z-Zghar, u s-Sur Joseph Cauruana, Segretarju Permanenti Ministeru ghall-Finanzi (Mergers u Amministrazzjoni)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta’ l-ittra tal-ħatra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-iskejjel Primarji tal-Fgura mhux qed jirċievu ħalib għat-tfal?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bħalissa mhux qiegħed jingħata ħalib fl-iskejjel msemmija. Bħal ħafna skejjel oħra f’Malta, l-iskola qed issegwi d-direzzjoni mogħtija skont l-iskema l-ġdida ta’ frott, ħaxix u ħalib. Skont l-Agriculture and Rural Payments Agency, l-iskema ser tidħol fis-seħħ lejn l-aħħar ta’ Novembru bidu ta’ Diċembru.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat tinsab fih Triq is-Sorijiet, Ħal Tarxien? Jista’ jgħid hux se ssir tul din is-sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista aġġornata ta’ interventi fil-lokalitajiet rispettivi li jkunu qed isiru skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.