Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ta’ Raħal Ġdid — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fl-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa Raħal Ġdid u jista’ jindika kemm persuni użaw is-servizz tal-post tul is-sena 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ħal Tarxien – Tempji Neolitiċi — żjarat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru t-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2017? Jista’ jgħid ukoll kemm ittieħdu studenti tal-primarja jżuruh? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Berġa ta’ Ħal Tarxien — rilokazzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Berġa tas-Saħħa ta’ Ħal Tarxien hijiex se tiġi rilokata u jista’ jgħid ukoll kemm persuni użaw is-servizzi tal-istess Berġa tul is-sena li għaddiet (2017)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Berġa ta’ Ħal Tarxien diġà hija devoluta lill-Kunsill Lokali ta’ dan l-istess raħal. Matul is-sena 2017 kien hemm 3,159 persuna li użat is-servizz ta’ tabib u 3,181 persuna li użat is-servizz tal-infermiera minn din il-berġa.

Ħal Saflieni – L-Ipoġew — żjarat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni tul is-sena 2017? Jista’ jgħid kemm ittieħdu studenti tal-primarja iżuruh, kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ħal Tarxien – Triq Santa Maria — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru preżentement fuq Triq Santa Maria, Ħal Tarxien? Jista’ jara li l-parti inizjali tal-istess triq tiġi rranġata wkoll?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ħal Tarxien – Bust tal-Pulizija Mark Farrugia

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2207 rigward il-bust tal-mibki pulizija Mark Farrugia, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan ġiex restawrat jew le?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li x-xogħol fuq il-bust mistenni jkun lest sal-aħħar ta’ Frar.

Qrati ta’ Malta – ħlas ta’ ikel u akkomodazzjoni tal-ġurati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset mill-Qrati ta’ Malta f’ikel u akkomodazzjoni ta’ ġurati fis-snin 2015, 2016 u 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-ispiża li tħallset mill-Qrati ta’ Malta f’ikel u akkomodazzjoni ta’ ġurati fis-snin 2015, 2016 u 2017 kienet kif muri hawn taħt. Akkomodazzjoni Sena Total 2015 € 40,718.10 2016 € 49,956.82 2017 € 74,121.27 Ikel Sena Total 2015 € 17,279.81 2016 € 15,431.53 2017 € 19,369.42

Pjazza ta’ Raħal Ġdid — xogħlijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2655 u 2656 dwar ix-xogħlijiet li qed isiru fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-informazzjoni mitluba ġietx miġbura u jekk iva tistax tingħata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ċentru tal-Arbitraġġi – arbitraġġi deċiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ tul is-sena 2017 u jista’ jindika kemm kienu volontarji, kemm mandatorji u kemm internazzjonali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li 285 każ ġew deċiżi matul is-sena 2017, jiġifieri każijiet fejn ingħatat deċiżjoni, li minnhom 268 kienu każijiet mandatorji; 12-il każ ta’ arbitraġġ volontarju u 5 każijiet internazzjonali.

Ċentru tal-Arbitraġġi – arbitraġġi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm arbitraġġi pendenti fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ tul is-sena 2017 u jista’ jindika kemm kienu volontarji, kemm mandatorji u kemm internazzjonali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li preżentament hemm 785 każ pendenti minn 5,270 każ li ġew irregistrati maċ-Ċentru tal-Arbitraġġ sa minn meta beda jopera dan iċ-Ċentru. Dawn jammontaw għal 15% tal-każijiet ipprezentati, li minnhom 608 huma każijiet mandatorji; 159 każ ta’arbitraġġ volontarju u 18-il każ internazzjonali.

Rapport f’gazzetta Taljana — Inkjesta interna

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3184, dwar allegazzjonijiet li dehru fil-gazzetta (online) ‘www.ilsole24ore.com’, ladarba ġie ppreżentat r-rapport jista’ l-Ministru jpoġġi dan l-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, CARMELO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-konkluzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta’ l-imsemmi rapport. Ir-rapport mhux qed jiġi ppubblikat sħiħ minħabba sensittivita b’rabta mal-ħidma fi ħdan il-Ministeru.

Ħal Tarxien – Triq iż-Żejtun – rapport tekniku tal-ħsarat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx rapport tekniku tal-ħsarat li hemm f’Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien, u fil-każ jista’ jpoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Tarxien – Triq il-Kbira – rapport tekniku tal-ħsarat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx rapport tekniku tal-ħsarat li hemm f’Triq il-Kbira, Ħal Tarxien, u fil-każ jista’ jpoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Tarxien – Triq Santa Maria – rapport tekniku tal-ħsarat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx rapport tekniku tal-ħsarat li hemm f’Triq Santa Maria, Ħal Tarxien, u fil-każ jista’ jpoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Għassa taż-Żejtun – rapporti ta’ delitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti fl-Għassa taż-Żejtun tul is-sena 2017 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalita taż-Żejtun u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizata tal-Pulizija fis-sena 2017, jammonta għal tlett mija u wieħed u sittin ( 361). Minn dawn mija u ħamsa u għoxrin (125) kienu każijiet ta’ serq.

Għassa ta’ Marsaxlokk – rapporti ta’ delitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti fl-Għassa ta’ Marsaxlokk tul is-sena 2017 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalità ta’ Marsaxlokk u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizata tal-Pulizija fis-sena 2017 jammonta għal mitejn u disgħa u ħamsin (259) . Minn dawn mija u disgħin (190) kienu każijiet ta’ serq.

Għassa ta’ Santa Luċija – rapporti ta’ delitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti fl-Għassa ta’ Santa Luċija tul is-sena 2017 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalita ta’ Santa Luċija u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija tul is-sena 2017, jammonta għal ħamsa u sittin (65). Minn dawn tmienja u għoxrin (28) kienu każijiet ta’ serq.

Għassa ta’ Wied il-Għajn – rapporti ta’ delitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti fl-Għassa ta’ Wied il-Għajn tul is-sena 2017 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalita ta’ Wied il-Għajn u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizata tal-Pulizija tul is-sena 2017, jammonta għal tlett mija u tlieta u għoxrin (323). Minn dawn mija u dsatax (119) kienu każijiet ta’ serq.

Għassa tal-Birgu – rapporti ta’ delitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti fl-Għassa tal-Birgu tul is-sena 2017 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalita tal-Birgu u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizata tal-Pulizija tul is-sena 2017 jammonta għal ħamsa u disgħin (95). Minn dawn tnejn u tletin (32) kienu każijiet ta’ serq.

Ċentru tal-Arbitraġġi – arbitraġġi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ tul is-sena 2017 u jista’ jindika kemm kienu volontarji, kemm mandatorji u kemm internazzjonali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li 314 każ ġew ipprenżentati fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ matul is-sena 2017, li minnhom 277 kienu każijiet mandatorji; 28 każ ta’ arbitraġġ volontarju u 9 każijiet internazzjonali.