B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29441, jista’ l-Ministru jara li ż-Zebra Crossing f’Triq l-Isqajjaq, f'Ħal Tarxien issir peress li għadha ma saritx?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li hemm diffikultà biex issir iż-zebra crossing, peress li l-kaxxa tad-dawl tinsab man-naħa l-oħra tat-triq u ħadd mir-residenti ma jixtieq li jkollu l-kaxxa tad-dawl jew il-wires mal-faċċata tiegħu. Għaldaqstant, il-Kunsill qed jesplora soluzzjonijiet oħra f’dan ir-rigward sabiex tissolva s-sitwazzjoni.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29441, jista’ l-Ministru jara li ż-Zebra Crossing f’Triq l-Isqajjaq, f'Ħal Tarxien issir peress li għadha ma saritx?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30869 u jgħid kemm kien hemm ġurijiet pendenti sal-aħħar ta’ Lulju 2025? Jista’ jgħid kemm kien hemm persuni minnhom li jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u li kienu qed jistennew dawn il-proċeduri?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jgħixu Wied il-Għajn li qed jirċievu l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Awwissu 2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Lokalita'
Persuni qed jirċievu l-għajnuna soċjali (Awwissu 2025)
Wied il-Għajn
127
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jgħixu ż-Żejtun li qed jirċievu l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Awwissu 2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Lokalita'
Persuni qed jirċievu l-għajnuna soċjali (Awwissu 2025)
Żejtun
129
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jgħixu Marsaxlokk li qed jirċievu l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Awwissu 2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Lokalita'
Persuni qed jirċievu l-għajnuna soċjali (Awwissu 2025)
Marsaxlokk
24
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jgħixu Ħal Għaxaq li qed jirċievu l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Awwissu 2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Lokalita'
Persuni qed jirċievu l-għajnuna soċjali (Awwissu 2025)
Ħal Ghaxaq
63
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jgħixu l-Gudja li qed jirċievu l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Awwissu 2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Lokalita'
Persuni qed jirċievu l-għajnuna soċjali (Awwissu 2025)
Gudja
9
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jgħixu Santa Luċija li qed jirċievu l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Awwissu 2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Lokalita'
Persuni qed jirċievu l-għajnuna soċjali (Awwissu 2025)
Santa Lucija
54
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jgħixu Raħal Ġdid li qed jirċievu l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Awwissu 2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Lokalita'
Persuni qed jirċievu l-għajnuna soċjali (Awwissu 2025)
Raħal Ġdid
146
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Tarxien li qed jirċievu l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Awwissu 2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Lokalita'
Persuni qed jirċievu l-għajnuna soċjali (Awwissu 2025)
Ħal-Tarxien
105
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għall-għajnuna soċjali matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u kemm minnhom ġew konklużi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għall-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-Għajnuna Soċjali, hija kif qed tidher hawn taħt:
Total ta' Applikanti għall-għajnuna soċjali
357
Total ta' talbiet konklużi
349
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex isiru spezzjonijiet f’Pembroke marbuta mal-livell għoli ta’ trab u storbju li qed ikun hemm waqt il-kostruzzjoni li għaddej bħalissa? Jista’ jgħid ukoll jekk hux qed isiru insistenzi u rapporti da parti tal-Kunsilli Lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tindika għal liema kostruzzjoni qed issir referenza sabiex tkun tista’ tingħata t-tweġiba mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk humiex isiru spezzjonijiet f’Pembroke marbuta mal-livell għoli ta’ trab u storbju li qed ikun hemm waqt il-kostruzzjoni li għaddejja bħalissa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex isiru spezzjonijiet f’Pembroke marbuta mal-livell għoli ta’ trab u storbju li qed ikun hemm waqt il-kostruzzjoni li għaddejja bħalissa?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26967, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fl-iskateboard park fi Ġnien Tony Bezzina, f’Raħal Ġdid?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bini tal-iskatepark fi Triq Ġnien Bezzina, Raħal Ġdid huwa lest. Bħalissa qiegħed isir xogħol addizzjonali li jikkonsisti f’bini ta’ ħitan, servizzi u landscaping fuq is-sit.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa previst li ser idum għaddej ix-xogħol f’Cottonera Avenue, il-Fgura?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol hu previst li jkun lest sat-tieni nofs tas-sena 2026 sakemm ma jkunx hemm problemi li ma kienux previsti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28314 u jgħid jekk hemmx ħsieb li t-Torri tal-Arloġġ li hemm f’Pembroke, mibni fl-1903, jiġi restawrat?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28313 u jgħid jekk hemmx ħsieb li t-Torri tal-Arloġġ li hemm f’Pembroke, mibni fl-1903, jiġi restawrat?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28889, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett f’Tas-Silġ huwiex ser isir bil-bidla fit-triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li m’hemmx x’inżid mar-risposta tal-mistoqija parlamentari 28889. Ninsab infurmat li fir-rigward tat-triq li twassal lejn l-istess post, id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin mal-awtoritajiet konċernati.