Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fgura — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru u x’beħsiebhom isiru tul din il-leġiżlatura fil-Fgura? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hija ppjanata li tkun?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għamlet xogħlijiet f’dawn it-toroq imsemmija hawn taħt. Indikat ukoll l-istima tax-xoghlijiet li saru. Tul din il-legislatura, fil-Fgura, Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi , liema lista qed isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw. Triq il-Ġdida fi Triq il-Merħba, Fgura €50,000 Parti minn Triq Għarnuq, Fgura €25,000 Parti minn Triq Pawlu Micallef, Fgura €50,000 Titjieb fil-Junction fi Triq id-Dejma, Fgura €20,000

Ħal Tarxien — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru u x’beħsiebhom isiru tul din il-leġiżlatura f’Ħal Tarxien? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hija ppjanata li tkun?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru s’issa huma: · Tiswija ta’ central strip fi Triq San Anard, Tarxien. · Tiswija tal-boundary wall fi Triq Tal-Barrani, Tarxien. In-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet kienet ta’ € 899.01. Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi , liema lista qed isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni – każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni fl-aħħar tas-sena 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li sal-aħħar tas-sena 2017 l-Kummisjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni kellha 17-il każ pendenti quddiemha.

Qorti — Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri – persuni reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni reġistrati fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri fil-Qorti sal-aħħar tas-sena 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li 56 persuna kienu reġistrati fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri miżmum fil-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Volontarja) sal-aħħar tas-sena 2017. Pero` għandu jingħad illi fir-Reġistru hemm 57 reġistrazzjoni u dan peress li persuna partikolari hija reġistrata darbtejn minħabba li ġie kundannat darbtejn b’żewġ sentenzi li t-tnejn talbu r-reġistrazzjoni ta’ din il-persuna. Mill-56 persuna reġistrata persuna waħda hija mara filwaqt li 55 huma rġiel.
Leg 13 PQ #3776 Sitting 78 2018-02-05 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Att dwar is-Sigurtà Soċjali

Question

B’referenza għall-Avviż Legali numru 289/2016 li sar fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, jista’ l-Ministru jikkonsidra li dak li hemm stabbilit għas-settur privat, jiġi estiż ukoll għas-settur pubbliku kollu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Att dwar is-Sigurtà Soċjali

Question

B’referenza għall-Avviż Legali numru 289/2016 li sar fl-Att dwar is-Sigurtà Socjali jista’ l-Ministru jikkonsidra li dak li hemm stabbilit għas-settur privat jiġi estiż ukoll għas-settur pubbliku kollu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, kif hemm imwiegħed fil-Manifest Elettorali ta’ dan il-Gvern, il-miżura msemmija minnu ser tkun qed tiġi estiża għall-impjegati tas-servizz pubbliku matul din il-leġislatura.

Sptar Monte Carmeli – persuni ammessi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew ammessi persuni fl-Isptar Monte Carmeli tul is-sena 2017? Jista’ jindika kemm kien hemm persuni rikoverati fl-aħħar tas-sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2017 kien hemm 1,974 persuna li ġiet ammessa u 808 persuna li ġiet rikoverata fl-aħħar tal-istess sena, fl-isptar Monte Carmeli.

Sptar Monte Carmeli — ħaddiema

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni impjegati ġewwa l-Isptar Monte Carmeli tul is-sena 2017? Jista’ jindika l-iskala rispettiva tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar tas-sena tal-2017 kien hemm 719 persuni impjegati mas-servizz/settur pubbliku ġewwa l-Isptar Monte Carmeli.

Berġa ta’ Wied il-Għajn — rilokazzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Berġa tas-Saħħa ta’ Wied il-Għajn hijiex se tiġi rilokata? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni użaw is-servizzi tal-istess Berġa tul is-sena li għaddiet (2017)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-e¿erċizzju tad-divoluzzjoni ma japplikax għall-Berġa ta’ Wied il-Għajn għaliex din hija propjeta’ privata. Madanakollu, saru diversi xogħlijiet fosthom tiswijiet fil-membrane ta’ din l-imsemmija berġa. Ninfurmah ukoll illi matul is-sena 2017 kien hemm 1,976 persuni li użaw is-servizz ta’ tabib u 1,936 persuna li użat is-servizz tal-infermiera, ġewwa din il-berġa.

Requisition Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm requisition orders pendenti fl-aħħar tas-sena li għaddiet? Jista’ jgħid kemm kienu jirrigwardaw proprjetajiet f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, Santa Luċija u l-Fgura?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ requisition orders sal-aħħar tas-sena 2017 kien jammonta għal 164 li jinkludu dawn li ġejjin: Raħal Gdid 9 Hal Tarxien 3 Gudja 0 Santa Luċija 0 Fgura 2

Arbitru tas-Sigurtà Soċjali – każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem l-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali fl-aħħar tas-sena 2017? Jista’ jgħid kemm każijiet ġew deċiżi tul l-istess żmien?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Berġa tal-Fgura — rilokazzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Berġa tas-Saħħa tal-Fgura hijiex se tiġi rilokata u jista’ jgħid ukoll kemm persuni użaw is-servizzi tal-istess Berġa tul is-sena li għaddiet (2017)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi diġa kienu saru laqgħat mal-Kunsill Lokali tal-Fgura bil-għan li la darba titlesta l-binja l-ġdida għall-Kunsill Lokali, issir id-devoluzzjoni u l-Berġa timxi għal din il-binja ukoll. Ninfurmah ukoll illi matul is-sena 2017 kien hemm 2,105 persuni li użaw is-servizz ta’ tabib u 2,049 persuna li użat is-servizz tal-infermiera minn din l-istess berġa.

Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali tal-Fgura — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fl-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa l-Fgura u jista’ jindika kemm persuni użaw is-servizz tal-post tul is-sena 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.