Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba r-roundabout il-ġdida li hemm fil-Fgura fl-aħħar ta’ Triq il-Karmnu ġewwa Triq id-Dejma hiex sejra tiġi rranġata b’fjuri u b’siġar addattati?
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol se jsir mill-Ministeru fil-Ġnien Raymond Caruana fil-Gudja fix-xhur li ġejjin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta' tisbieħ fi Ġnien Raymond Caruana fil-Gudja jinsab fi stadji ta' pjanar avvanzat. Tlestew id-disinji u saret l-applikazjoni għall-permessi tal-PA u anke beda x-xogħol fuq it-tħejjija tat-tender għal dawn ix-xogħlijiet. Dan il-proġett jifforma parti mill-programm ta' xogħlijiet ippjanati li jibdew jiġu esegwiti s-sena dieħla.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol se jsir fil-Ġnien Ġilormu Cassar il-Gudja fix-xhur li ġejjin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xhur li ġejjin se jkunu qed isuru xogħlijiet ta’ tisbieħ f’dan il-ġnien li jinkludu twapet ġodda u aktar siguri, orjentazzjoni ġdida u iktar moderna, kif ukoll spazji ta’ rikreazzjoni għal persuni ta’ etajiet differenti. Ħa jkun qed jiġi inkluż spazju limitat fejn wieħed jista’ jipprattika l-isports, liema spazju kien tant mitlub però qatt ma kien offrut.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jiġu miżrugħa jew imħawla pjanti jew siġar ġodda tul din is-sena ġewwa l-Gudja u jekk iva, jista’ jgħid x’se jkunu dawn? Jista’ jgħid ukoll jekk sarx jew hux se jsir żbir ta’ siġar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xhur li ġejjin il-Monitoring Environment Landscape Projects (MELP) ser tkun qed tagħmel survey madwar Malta u Għawdex sabiex tidentifika dawk il-postijiet f’toroq arterjali u distributorji fejn hemm siġar nieqsa jew mejta u dan sabiex fiż-żmien bejn Ottubru u Novembru jsir it-taħwil ta’ siġar u arbuxell indiġeni. Iż-żbir jsir skond fejn ikun meħtieġ.
Raħal Ġdid – zuntier tal-Knisja Parrokkjali — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ix-xogħlijiet li qed isiru fiz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali f’Raħal il-Ġdid humiex ser ikunu lesti qabel l-aħħar tax-xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt laqgħa bejn il-kuntrattur tal-proġett u l-kappillan ġie deċiż li x-xogħol li jkopri t-tqegħid tal-pavimentar li jikkonsisti f’biċċiet tal-lava għat-taraġ taz-zuntier ikun lest sal-aħħar tax-xahar.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba huwiex previst li tul din is-sena jsiru t-tiswijiet u l-kura neċessarja fil-ġonna pubbliċi li hemm fil-Gudja, peress li dawn ix-xogħlijiet issa ilhom ix-xhur sabiex isiru u mhux ċert min għandu jesegwixxi tali xogħol?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ġonna ġewwa l-Gudja kienu ġew devoluti lill-Kunsill Lokali ta’ l-istess lokalità u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il-darba huwiex previst li tul din is-sena jsiru t-tiswijiet u l-kura neċessarja fil-ġonna pubbliċi li hemm fil-Gudja peress li dawn ix-xogħlijiet issa ilhom ix-xhur sabiex isiru?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li l-Kunsill jinsab f’kuntatt mal-Ministeru tal-Infrastruttura u Proġetti Kapitali dwar ir-riġenerazzjoni ta’ Ġnien Raymond Caruana u ma’ Projects Malta dwar Ġnien Ġlormu Cassar.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba huwiex previst li tul din is-sena jsiru t-tiswijiet neċessarji fit-toroq fil-Gudja peress li dawn issa ilhom xhur sabiex isiru b’detriment għar-residenti anzjani?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li regolarment jagħmel xogħlijiet ta’ tiswija ta’ toroq.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inġabru mill-ispejjeż peritali f’kawżi kriminali lura tul is-sena li għaddiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-Qrati Kriminali ta’ Malta inġabru €116,836.87 mill-ispejjeż peritali f’kawżi kriminali matul is-sena 2017, filwaqt li fil-Qorti Kriminali ta’ Għawdex inġabru €5,743.60 mill-spejjeż peritali f’kawżi kriminali matul is-sena 2017.
Università ta’ Malta — Kmamar tal-Banju għall-istudenti
Question
Jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li tul din is-sena, il-kmamar tal-banju li jinsabu fil-librerija tal-Università u li huma aċċessibbli għall-istudenti, jiġu rranġati u possibbilment sostitwiti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fil-librerija tal-Università hemm diversi kmamar tal-banju li huma aċċessibbli għall-istudenti. F’ċirkustanzi fejn ikun hemm xi ħsarat, dawn jiġu immedjatament irrappurtati lill-Uffiċċju tal-Estates, Facilities and Capital Development sabiex tittieħed azzjoni biex dawn il-ħsarat jiġu rranġati minnufih. Infurmat ukoll li hemm pjan li dawn l-istess kmamar tal-banju jiġu sostitwiti fis-sajf tal-2019.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm trattati mal-Kunsill tal-Ewropa li pajjiżna huwa firmatarju tagħhom, però ma rratifikahomx jew anke jekk irratifikahom baqgħu ma ġewx fis-seħħ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum, Malta ffirmat sittax-il trattat tal-Kunsill tal-Ewropa li ma ġewx ratifikati. Minn dawn, trattat wieħed ma daħalx fis-seħħ u ieħor se jiġi rratifikat nhar l-Erbgħa, 14 ta' Marzu 2018.
Kunsill tal-Ewropa — European Convention on the Abolition of Legalisation of Documents executed by Diplomatic Agents or Consular Officers
Question
Jista’ l-Ministru jara jekk il-European Convention on the Abolition of Legalisation of Documents executed by Diplomatic Agents or Consular Officers (ETS 63) mal-Kunsill tal-Ewropa li pajjiżna ffirma fl-1968, tistax tiġi rratifikata?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li riċentament saret it-talba lill-Kunsill tal-Ewropa sabiex l-Konvenzjoni hawn fuq imsemmija tiġi rratifikata. Fil-preżent, il-Ministeru, permezz tar-Rappreżentanza permanenti tiegħu fi Strasburgu qed jistenna data mill-Kunsill tal-Ewropa biex Malta tiddepożita l-Istrument ta’ Ratifika għal din il-Konvenzjoni, liema strument ġie ffirmat minni fit-2 ta’ Marzu ta’ din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm trattati taħt il-Hague Convention, dejjem jekk huwa l-każ, li pajjiżna huwa firmatarju tagħhom, però ma rratifikahomx jew anke jekk irratifikahom baqgħu ma ġewx fis-seħħ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ma hemm l-ebda trattat taħt il-Hague Convention li pajjiżna ffirma imma m’aċċedhiex għalih, jew li rrattifika imma li ma ġewx fis-seħħ.
B’kollox pajjiżna aċċeda għal 8 Konvenzjonijiet tal-Hague Convention. Barra minn hekk, żewġ Konvenzjonijiet oħra u Protokol tal-Hague Convention japplikaw għal Malta, bħala Membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea.
Refuġjati – programmi edukattivi u ta’ taħriġ għax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’programmi edukattivi u ta’ taħriġ għax-xogħol huma għad-dispożizzjoni ta’ applikanti għall-istatus ta’ refuġjat u jistax jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba dawn jiġux imħallsa u pprovduti mill-Istat jew le?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma immigranti irregolari li ġew rikonoxxuti fi status ta’ refuġjati jew sussidarju li ġew rilokati minn pajjiżna lejn pajjiżi oħra tul dawn l-aħħar tliet snin? Jista’ jiġi indikat lejn fejn?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant illi bejn l-2015 u l-2017 ġew rilokati 1,185 persuna bi protezzjoni internazzjonali maħruġa minn Malta. Kollha minbarra 4 persuni ġew rilokati lejn l-Istati Uniti. L-4 persuni l-oħra ġew rilokati lejn il-Kanada. Fl-2018 ħadd għadu ma ġie rilokat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li huma immigranti irregolari li ġew rikonoxxuti fi status ta’ refuġjati jew sussidarju li ġew rilokati minn pajjiżna lejn l-Istati Uniti tal-Amerika tul l-2014, l-2015 u l-2016? Jista’ jiġi indikat jekk huwiex minnu li dan il-programm jinsab preżentement wieqaf?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant illi bejn l-2014 u l-2016 ġew rilokati 1,605 persuna bi status irregolari jew bi protezzjoni internazzjonali maħruġa minn Malta lejn l-Istati Uniti. Huwa minnu li bħalissa l-programm ta’ rilokazzjoni lejn l-Istati Unitu huwa wieqaf minħabba deċiżjoni meħuda unilaterment mill-Istati Uniti fil-bidu tal-2017, mill-amministrazzjoni preżeti, sabiex jiġi sospiż dan il-programm.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru u x’beħsiebhom isiru tul din il-leġiżlatura fil-Gudja? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hija ppjanata li tkun?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru s’issa huma:
· Tiswijiet fil-
Boundary Wall
Triq il-Ġibjun, Gudja By-pass. In-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet kienet dik ta’ € 1,954.99.
· Filwaqt wkoll fil-Gudja saru xogħlijiet ta’
patching
u manutenzjoni tal-infrastruttura. Il-parti l-kbira ta’ dawn ix-xogħlijiet saru f’Dawret il-Gudja. In-nefqa sa issa hija stmata €15,000.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru u x’beħsiebhom isiru tul din il-leġiżlatura f’Ħal-Għaxaq? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hija ppjanata li tkun?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Ħal Għaxaq saru xogħlijiet ta’ patching u manutenzjoni tal-infrastruttura. Il-parti l-kbira ta’ dawn ix-xogħlijiet saru f’Dawret Ħal Għaxaq. In-nefqa sa issa hija stmata €15,000.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru u x’beħsiebhom isiru tul din il-leġiżlatura f’Raħal Ġdid? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hija ppjanata li tkun?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru s’issa huma:
· Tiswija ta’ ħajt fi Triq il-Perit Mintoff.
· Tiswija tar-rounabout fi Triq il-Baċir, Kordin.
· Tiswija ta’ traffic island fl-area ta’ Kordin.
In-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet kienet dik ta’ € 2,369.32.
Barra minn hekk, x-xogħlijiet li beħsiebhom isiru huma:
· Kostruzzjoni ta’ uffiċini u faċilitajiet anċillari f’Laboratory Wharf- (xogħol li qed isir għad-Dipartiment tad-Dwana).
· Xogħlijiet ta’ alterazzjoni f’bini (ex- Quality Control Section) ġewwa Kordin – (xogħol li qed isir għall-Building Regulations Office).
In-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet hija stmata li tkun dik ta’ € 981,408.