Libreriji pubbliċi — Kotba bil-Lingwa Ġermaniża mislufa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba bil-lingwa Ġermaniża li jinsabu fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna tul dawn l-aħħar erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat minn Malta Libraries li s-sistema preżenti għalissa ma tipprovdix it-tip ta’ informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għas-snin bejn l-2014 u l-2017. Infurmat ukoll li n-numru ta’ Ebooks bil-lingwa Ġermaniża li ġew mislufa minn Jannar sal-aħħar ta’ Settembru 2018 kien ta’ 9.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li rriżenjaw mill-Ministeru tul dawn l-aħħar erba’ snin u jista’ jindika l-iskala tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt.
2014
Substantive Grade
Scale
Total of Employees
First Counsellor
5
1
First Secretary
9
5
Second Secretary
10
2
Communications Secretary
on contract
1
Resigned in 2014
9
2015
Scale
Total of Employees
Ambassador on Contract
3
2
First Counsellor
5
3
Counsellor
7
3
ICT Support Officer
7
1
Officer in Scale 7
7
1
EU Fund Officer
9
1
First Secretary
9
5
Secretariat Pool
10
1
Senior Clerk
14
1
Casual Substitute Clerk
16
1
Clerk
16
1
General Hand Scale 19
19
1
Resigned in 2015
21
2016
Scale
Total of Employees
Ambassador
3
1
Officer in Scale 5
5
1
Counsellor
7
1
Principal
7
1
First Secretary
9
6
Policy Officer
9
6
Resigned in 2016
16
2017
Scale
Total of Employees
First Counsellor
5
1
EU Fund Officer
9
1
Policy Officer
9
4
Principal
9
1
Clerk
16
1
Resigned in 2017
8
2018
Scale
Total of Employees
First Secretary
9
3
Programme Officer
9
1
EU Security Coomunicator
10
1
Principal Security Officer
11
1
Clerk
15
1
EC-Las Liaison Officer
On contract
1
Adviser
On contract
1
Resigned in 2018
9
Jista’ l-Ministru jgħid liema siġar indiġeni u arkeofati qed jiġu protetti mill-Ministeru u l-Awtorità tal-Ambjent u jista’ jindika x’passi effettivi ttieħdu għal dan il-għan?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ERA ħarġet regolament ġdid fuq il-protezzjoni tas-siġar u msaġar, SL 549.123, li fih hemm ukoll inkluża lista ta’ siġar indiġeni u arkeofiti li huma protetti jew f’kull sit jew inkella f’ċertu siti skond l-ispeċi. Wieħed jista’ jirreferi għall-lista ta’ siġar protetti kif muri fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan il-regolament għandu multi għola mir-regolament li kien fis-seħħ qablu bħala miżura biex ikunu protetti dawn is-siġar.
L-istess regolament jagħti għodda lill-ERA biex tipproteġi ċerti siġar bħala żoni għal ħarsien ta’ siġar. L-ERA diġà rduppjat iż-żoni ta’ ħarsien ta’ siġar kemm ilha imwaqqfa, minn tlettin (30) sit għal sittin (60) sit.
L-ERA u Ambjent Malta qegħdin ukoll jaħdmu flimkien fuq it-tkattir ta’ dawn is-siġar, partikolarment dawk mhedda u rari ħafna, u saħansitra daħħlu lura fis-selvaġġ siġar li kienu nqerdu (bħall-imbragla) jew li minnhom kien għad fadal biss ftit eżemplari biss fis-selvaġġ (bħall-olivastru u l-ġummar) permezz ta’ numru ta’ proġetti ta’ afforestazzjoni u restawr f’numru ta’ nħawi fil-Gżejjer Maltin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba’ snin f’Santa Luċija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss fuq statisika li għandu dan il-Ministeru, b’ mod partikulari t’ Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment Landscape Project – MELP, li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC). Dan qed jigi kjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta’ siġar u arbuxxel fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta. Eżempju ta dan huwa li kull Kunsill Lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma’ soft landscaping fil-lokalità rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati direttament minn naħa tiegħu. Hemm wkoll interventi li jsiru minn entitajiet mhux governattivi fejn jitħawwlu numru ta speċi f’diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet.
Mill-Ministeru tiegħi fil-lokalità ta’ Santa Luċija f’dawn l-aħħar erba’ snin ġew maqlugħa 20 Lantana Montevidensis u ġew imħawwla 20 Lantana Montevidensis.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kotba bil-lingwa Spanjola fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna? Jista’ jgħid ukoll kemm kotba ġodda bl-istess lingwa nxtraw tul dawn l-aħħar erba’ snin u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li s-sistema preżenti ta’ Malta Libraries bħalissa ma tipprovdix l-informazzjoni li turi kemm hemm kotba bil-lingwa Spanjola fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi.
Rigward kotba ġodda mixtrija, infurmat li matul dawn l-aħħar erba’ snin inxtraw 43 ktieb bil-lingwa Spanjola, filwaqt li ebda ktieb ma ngħata b’donazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba’ snin f’Raħal Ġdid?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss fuq statisika li għandu dan il-Ministeru, b’ mod partikulari t’ Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment Landscape Project – MELP, li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC). Dan qed jigi kjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta’ siġar u arbuxxel fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta. Eżempju ta dan huwa li kull Kunsill Lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma’ soft landscaping fil-lokalità rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati direttament minn naħa tiegħu. Hemm wkoll interventi li jsiru min entitajiet mhux governattivi fejn jitħawwlu numru ta speċi f’diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet.
Mill-Ministeru tiegħi fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid f’dawn l-aħħar erba’ snin ġew maqlugħa 266 Nerium Oleander u ġew imħawwla 334 Nerium Oleander.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba’ snin?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss fuq statisika li għandu dan il-Ministeru, b’ mod partikulari t’ Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment Landscape Project – MELP, li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC). Dan qed jigi kjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta’ siġar u arbuxxel fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta. Eżempju ta’ dan huwa li kull Kunsill Lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma’ soft landscaping fil-lokalità rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati direttament minn naħa tiegħu. Hemm wkoll interventi li jsiru minn entitajiet mhux governattivi fejn jitħawwlu numru ta speċi f’diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet.
Mill-Ministeru tiegħi f’dawn l-aħħar erba’ snin ġew maqlugħa 3,090 arbuxelli u tħawwlu 61,667 arbuxelli.
Libreriji pubbliċi — Kotba bil-Lingwa Spanjola mislufa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba bil-lingwa Spanjola li jinsabu fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna, tul dawn l-aħħar erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat minn Malta Libraries li s-sistema preżenti għalissa ma tipprovdix it-tip ta’ informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għas-snin bejn l-2014 u l-2017. Infurmat ukoll li n-numru ta’ ebooks bil-lingwa Spanjola li ġew mislufa minn Jannar sal-aħħar ta’ Settembru 2018 kien ta’ 4.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kotba bil-lingwa Taljana fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna? Jista’ jgħid ukoll kemm kotba ġodda bl-istess lingwa nxtraw tul dawn l-aħħar erba’ snin u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li s-sistema preżenti ta’ Malta Libraries bħalissa ma tipprovdix l-informazzjoni li turi kemm hemm kotba bil-lingwa Taljana fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi.
Rigward kotba ġodda mixtrija, infurmat li matul dawn l-aħħar erba’ snin inxtraw 157 ktieb bil-lingwa Taljana, filwaqt li 15-il ktieb ieħor ġew mogħtija b’donazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba’ snin fil-Fgura?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss fuq statisika li għandu dan il-Ministeru, b’ mod partikolari t’Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment Landscape Project – MELP, li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC). Dan qed jiġi kkjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta’ siġar u arbuxxel fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta. Eżempju ta’ dan huwa li kull Kunsill Lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma’ soft landscaping fil-lokalità rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati direttament min-naħa tiegħu. Hemm ukoll interventi li jsiru minn entitajiet mhux governattivi fejn jitħawlu numru ta’ speċi f’diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet.
Mill-Ministeru tiegħi fil-lokalità tal-Fgura f’dawn l-aħħar erba’ snin ma ġewx maqlugħa arbuxelli imma ġew imħawla 150 arbuxell li 135 minnhom kienu virgi u 15 riħan.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kotba bil-lingwa Franċiża fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna? Jista’ jgħid ukoll kemm kotba ġodda bl-istess lingwa nxtraw tul dawn l-aħħar erba’ snin u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li s-sistema preżenti ta’ Malta Libraries bħalissa ma tipprovdix l-informazzjoni li turi kemm hemm kotba bil-lingwa Franċiża fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi.
Rigward kotba ġodda mixtrija, infurmat li matul dawn l-aħħar erba’ snin inxtraw 105 ktieb bil-lingwa Franċiża, filwaqt li 13-il ktieb ieħor ġew mogħtija b’donazzjoni.
Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea – diskussjonijiet u analiżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi, x’diskussjonijiet u x’analiżi qegħdin isiru fi ħdan il-Ministeru dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interepellant li hekk kif tħabbar ir-riżultat tal-referendum f’Ġunju 2016, li r-Renju Unit mhux se jibqa Stat Membru fl-Unjoni Ewropea, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ nieda inizjattivi sabiex jagħraf x’inhuma l-effetti, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, tal-Brexit fuq pajjiżna. Kumitat fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ġie stabbilit sabiex iħares aktar mill-qrib lejn l-iżviluppi tal-Brexit. Ir-rapport li ħareġ minn dan il-Kumitat kien parti minn eżerċizzju li mexxa il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza ma’ kull Ministeru sabiex jinftiehem iktar l-impatt ħolistiku tal-Brexit.
Eżerċizzju biex jiġu elenkati il-ftehim bilaterali kollha li ġew iffirmati bejn Malta u r-Renju Unit sar fl-2016. Dan l-eżerċizzju qed jiġi rivedut bħalissa, sabiex eventwalment mal-awtoritajiet tar-Renju Unit, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jistħarreġ kif jistaw jiġu żviluppati iktar ‘il quddiem ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.
F’dan l-isfond aktar kmieni din is-sena fit-3 ta’ Frar 2018, u fl-20 ta’ April 2018, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ iltaqa’ mal-Ministru għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, Lord Callanan, u mal-Ministru ta' l-Istat tar-Renju Unit għall-Ewropa u l-Amerika Latina, Sir Alan Duncan, rispettivament. Magħhom iddiskuta l-impatt mistenni tal-Brexit fuq ir-relazzjonijiet bilaterali ekonomici, soċjali, kummerċjali u politici bejn Malta u r-Renju Unit, kif ukoll l-impatt li dan mistenni jkollu fuq Maltin li jgħixu, jaħdmu, jistudjaw, jew jirċievu kura fl-Ingilterra.
Fit-8 ta’ Ġunju 2018 saret ukoll laqgħa bilaterali bejn id-Direttur Generali għall-Affarijiet Politiċi fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u il-Viċi Kap tad-Direttorat għall-Punent u n-Nofsinhar tal-Ewropa fi ħdan il-Foreign and Commonwealth Office Ingliż. It-tnejn iddiskutew mezzi dwar kif ir-relazzjonijiet bilaterali bejn ir-Renju Unit u Malta jistgħu jimxu 'l quddiem.
Aktar ricenti, fit-30 ta’ Awissu 2018, il-Ministru Abela kellu laqgħa bilaterali man-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni Ewropea għall-Brexit, Michel Barnier, f’Dubrovnik, fejn ġie diskuss l-aħħar żvilluppi fit-taħdidiet mar-Renju Unit, u l-impatt tal-Brexit fuq ftehim bilaterali bejn Malta u r-Renju Unit.
Waħda mill-prioritajiet ewlenin ta’ Malta fit-taħdidiet fuq Brexit fuq livell Ewropew kienet li tħares id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin li qed jgħxu fir-Renju Unit. Hija prijorità tal-Ministeru li jwassal bl-iktar mod wiesa’ lill-Maltin fl-Ingilterra, tagħrif dwar id-drittijiet tagħhom
in vista
tal-Brexit u kif jistgħu jiksbu s-“
Settled Status Scheme
”. Dan sabiex ikunu jistgħu jibqgħu residenti fir-Renju Unit wara l-Brexit għal raġunijiet varji.
F’dan ir-rigward il-Ministeru flimkien mal-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra, f'Ġunju 2018, nieda kampanja ta’ informazzjoni li tinkludi dawn li ġejjin:
· Avviżi u laqgħat sabiex iżżomm id-dijaspora Maltija fir-Renju Unit infurmata dwar l-iżviluppi relatati ma' Brexit fir-rigward id-drittijiet taċ-ċittadini u l-iSkema tas
-“Settled Status”
.
· Il-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra organizzat laqgħa għall-Maltin li jgħixu fl-Ingilterra nhar id-19 ta’ Ġunju 2018 u li għaliha attendew ukoll il-Ministru għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, Lord Callanan, kif ukoll uffiċjali mill-
Home Office
tar-Renju Unit sabiex jindirrizzaw il-mistoqsijiet imressqa mill-Maltin fl-Ingilterra.
· Nhar il-Ħadd, 15 ta’ Settembru 2018, il-Ministeru ppublika avviżi fil-gazzetti lokali kollha f’Malta sabiex iżomm il-familjari f’Malta aġġornati biex ikunu jistgħu jinfurmaw lill-qraba tagħhom fl-Ingilterra.
· Nhar it-Tlieta 18 ta’ Settembru u s-Sibt 22 ta’ Settembru 2018, il-Ministeru nieda wkoll avvizi simili fuq il-medja televiżiva permezz tax-xandir tal-aħbarijiet.
· Inizzjattivi oħra qegħdin jiġu mfassla għas-sena 2019.
Il-Maltin fl-Ingilterra ser ikollhom ċans sa sentejn wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea sabiex jirregolarizzaw rwieħhom permezz tas-“Settled Status Scheme”.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba’ snin fil-Gudja?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss fuq statisika li għandu dan il-Ministeru, b’ mod partikulari t’Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment Landscape Project – MELP, li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC). Dan qed jiġi kkjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta’ siġar u arbuxxel fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta. Eżempju ta’ dan huwa li kull Kunsill Lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma’ soft landscaping fil-lokalità rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati direttament min-naħa tiegħu. Hemm ukoll interventi li jsiru min entitajiet mhux governattivi fejn jitħawlu numru ta’ speċi f’diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet.
Mill-Ministeru tiegħi fil-lokalità tal-Gudja f’dawn l-aħħar erba’ snin ġew maqlugħa 30 Lantana Montevidensis u ġew imħawla 30 Lantana Montevidensis.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kotba bil-lingwa Ġermaniża fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna? Jista’ jgħid ukoll kemm kotba ġodda bl-istess lingwa nxtraw tul dawn l-aħħar erba’ snin u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li s-sistema preżenti ta’ Malta Libraries bħalissa ma tipprovdix l-informazzjoni li turi kemm hemm kotba bil-lingwa Ġermaniża fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi.
Rigward kotba ġodda mixtrija, infurmat li matul dawn l-aħħar erba’ snin inxtraw 92 ktieb bil-lingwa Ġermaniża, filwaqt li 27 ktieb ieħor ġew mogħtija b’donazzjoni.
American University of Malta – tabella mal-ħajt ta’ Baċir Numru Wieħed
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ‘l hekk imsejħa American University of Malta kellhiex il-jedd li twaħħal tabella tagħha mal-parti esterna tal-ħajt tal-Baċir Numru Wieħed f’Bormla?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li t-tabella li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant twaħħlet wara li nkisbu l-permessi meħtieġa. Infurmat mill-istess Kunsill Lokali li ma sab l-ebda oġġezzjoni meta ntalab il-kunsens tiegħu.
Raħal Ġdid – Bini tal-proġett tal-Pjazza de Paule – spejjeż tal-kont finali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-kont finali tal-ispejjeż inkorsi fil-bini tal-proġett tal-Pjazza de Paule f’Raħal Ġdid?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-proġett tal-pjazza de Paule f’Raħal Ġdid s’issa sewa €2,251,745.47. Din is-somma għada mhux finali peress li għad iridu jitħallsu xi pagamenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba’ snin f’Ħal Tarxien?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss fuq statisika li għandu dan il-Ministeru, b’mod partikolari t’Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment Landscape Project – MELP, li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC). Dan qed jiġi kjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta’ siġar u arbuxxel fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta. Eżempju ta' dan huwa li kull Kunsill Lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma soft landscaping fil-lokalitá rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati direttament min-naħa tiegħu. Hemm ukoll interventi li jsiru minn entitajiet mhux governativi fejn jitħawwlu numru ta speċi f’diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet.
Mill-Ministeru tiegħi fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien f’dawn l-aħħar erba’ snin ġew maqlugħa 21 Nerium Oleander u ġew imħawwla 80 Nerium Oleander.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siġra nqagħlet mill-Pjazza de Paule f’Raħal Ġdid qabel il-proġett li sar? Jista jgħid ukoll jekk is-siġar kollha maqlugħa ġewx imħawla lura mill-ġdid u jekk kollha ħadux?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-pjazza kien hemm 40 siġra ħafna minnhom tħawlu fi ġnien il-Mediterran u l-oħrajn fejn Ċimiterju ta l-Addolorata.