Kunsill tal-Ewropa — European Convention on Spectator Violence and Misbehaviour at Sports Events and in particular Football Matches- trattati
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5355 rigward it-trattati tal-Kunsill tal-Ewropa, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi ttieħdu biex dik magħrufa bħala 120 - European Convention on Spectator Violence and Misbehaviour at Sports Events and in particular Football Matches, tiġi fis-seħħ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar jekk Malta għandiex tirratifika din il-Konvenzjoni għadu għaddej.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema pitturi qed jiġu preżentement restawrati mill-kollezzjoni li għandna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-laboratorju tar-restawr tal-pitturi ta’ Heritage Malta jirrestawra kostantement pitturi mill-mużewijiet kollha amministrati minnha. Madankollu l-enfasi tvarja skont il-proġetti ewlenin li jkunu għaddejjin. Għaldaqstant, f’dawn l-aħħar snin sar ħafna xogħol fuq il-kollezzjoni ta’ pitturi li se tkun esibita fil-mużew ġdid il-MUZA, filwaqt li fis-snin li ġejjin l-enfasi se tkun fuq il-kollezzjoni ta’ pitturi tal-Palazz tal-Gran Mastru, fost l-oħrajn.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li l-pitturi kollha li jinsabu fl-arkivji tagħna, jiġu esebiti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-ebda mużew ma jesibixxi l-pitturi kollha fi ħdan il-kollezzjoni tiegħu, għal għadd ta’ raġunijiet, li fost oħrajn jinkludu spazju, kwalita’ ta’ studju, konservazzjoni, u rotazzjoni ta’ opri skond wirjiet temporanji skond il-każ.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5398, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba Triq il-Kbira f’Ħal Tarxien ġietx ippjanata li ssir tul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li Triq il-Kbira ħa ssir sa tmiem din is-sena.
Bormla – self ta’ kotba mil-librerija pubblika — inizzjattivi
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ittieħdux inizjattivi ġodda sabiex ikun hemm iktar residenti u studenti li jissellfu kotba mil-Librerija Pubblika ta’ Bormla u jekk le jistgħux jittieħdu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva, ittieħdu inizjattivi ġodda li jinkludu:
· Kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litterizmu sabiex isiru sessjonijiet ta’ qari għat-tfal ta’ etajiet varji. Minn din is-sena wkoll investejna f’kollezzjoni ta’ comics u novelli grafiċi, kif ukoll kotba dyslexic friendly.
· Sar ftehim ukoll mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex isir rinovar f’kull librerija permezz ta’ skema li ħarġu. Ġibna ukoll prezz speċjali mingħand l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni biex f’kull librerija jkun hemm WIFI b’xejn.
· Żidna l-ammont ta’ kotba li jistgħu jissellfu t-tfal minn sitta għal tmienja.
· Provdejna sapport kontinwu lil-librara biex ikunu jistgħu jagħtu servizz aħjar lill-komunità.
Għat-tieni sena konsekuttiva, inġieb sponsor minn banek ewlenin sabiex jinxtraw iktar kotba għall-komunità.
L-Isla – self ta’ kotba mil-librerija pubblika — inizzjattivi
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ttieħdux inizjattivi ġodda sabiex ikun hemm iktar residenti u studenti li jissellfu kotba mil-Librerija Pubblika tal-belt Senglejana u jekk le jistgħux jittieħdu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li iva, ittieħdu inizjattivi ġodda li jinkludu:
· Kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litterizmu sabiex isiru sessjonijiet ta’ qari għat-tfal ta’ etajiet varji. Minn din is-sena wkoll investejna f’kollezzjoni ta’ comics u novelli grafiċi, kif ukoll kotba dyslexic friendly.
· Sar ftehim ukoll mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex isir rinovar f’kull librerija permezz ta’ skema li ħarġu. Ġibna wkoll prezz speċjali mingħand l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni biex f’kull librerija jkun hemm WIFI b’xejn.
· Żidna l-ammont ta’ kotba li jistgħu jissellfu t-tfal minn sitta għal tmienja.
· Provdejna sapport kontinwu lil-librara biex ikunu jistgħu jagħtu servizz aħjar lill-komunità.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6865 dwar landscaping tar-roundabout f’Triq id-Dejma Fgura, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm din ġiet tiswa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur bagħat il-claim għall-pagament ta’ €9,753.60, għax-xogħol ta’ landscaping tar-roundabout fi Triq id-Dejma, Tarxien, fit-18 ta’ Ottubru 2018. Fil-frattemp qed isiru l-verifiki neċessarji mid-Dipartiment sabiex ikun jista’ jinħareġ il-kont finali biex ikun jista’ jsir il-ħlas neċessarju.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5773, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk it-trattattivi biex jagħtu bidu għax-xogħlijiet fi Triq Ħaż-Żabbar Raħal Ġdid ġewx konklużi jew le?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Gvern qed iwettaq pjan biex gradwalment it-toroq kollha, anke dawk li bħalissa jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali, jinbnew mill-ġdid kif meħtieġ minn Infrastructure Malta. Fil-fatt, diġà tħabbru l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li se jinbnew mill-ġdid is-sena d-dieħla, bħala parti mill-investiment bla preċedent ta' €700 miljun li l-Gvern qed jalloka għal infrastruttura ta' kwalità fit-toroq Maltin.
Sadanittant, sakemm triq tinbena mill-ġdid, il-kunsilli lokali se jibqgħu jieħdu ħsieb il-manutenzjoni u t-tiswijiet meħtieġa biex jiġu evitati perikli jew diffikultajiet oħra.
Kunsill tal-Ewrtopa — European Landscape Convention - trattati
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5355 rigward it-trattati tal-Kunsill tal-Ewropa, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’passi ttieħdu biex dik magħrufa bħala 176 - European Landscape Convention, tiġi fis-seħħ?
Universitá – Kors tad-Dottorat fil-Mediċina wara kors tal-B.Sc. Biology
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk jistax jikkonferma li l-istudenti li ggradwaw fil-B.Sc. Biology u li ngħataw l-istipendju matul il-kors tagħhom, u issa li se jsegwu kors fid-Dottorat fil-Mediċina M.D. (tobba) mhumiex se jkunu ntitolati għall-istipendju? Jekk fl-affermattiv, jista’ jindika r-raġunijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li kif stabbilit fl-Artiklu 13 tal-Avviż Legali 308 tal-2006 studenti li jkunu qed isegwu t-tieni kors jew kors sussegwenti fuq livell magħruf aktar baxx jew wara li jkunu lestew jew parzjalment segwew kors ieħor ta’ studji fuq l-istess livell ma jkunux intitolati li jirċievu l-għotjiet ta’ manteniment għall-istudenti għal dak il-perjodu ta’ żmien li hu ekwivalenti għall-perjodu li jkunu għamlu fil-kors ta’ studju preċedenti, jekk għal dak il-kors ta’ studju preċedenti kienu jirċievu l-għotjiet ta’ manteniment għall-istudenti.
Matul it-tieni kors jew dak sussegwenti dawn l-istudenti jkunu intitolati biss għall-għotjiet ta’ manteniment għall-istudenti għall-perjodu ta’ żmien li jkun għad jonqos wara tmiem il-perjodu tal-kors preċedenti jew għad-differenza fl-ammont tal-għotjiet ta’ manteniment għall-istudenti jekk għat-tieni kors jew dak sussegwenti l-ammont ta’ għotjiet ta’ manteniment għall-istudenti jkunu ogħla.
Dan jgħodd għal studenti li ggradwaw fil-BSc Biology u li ngħataw għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti matul l-ewwel kors tagħhom peress dawn jitqiesu fl-ambitu ta’ dan ir-regolament.
Fgura – trasport tal-iskejjel – pick up u drop off point
Question
Jista’ l-Ministru jinforma u jispjega għaliex is-sezzjoni tat-trasport tal-iskejjel u l-istess Segretarjat tal-Ministeru mhux qed tappoġja tnax-il familja mill-Fgura sabiex uliedhom jiġu miġbura u mniżżla fuq tabella eżisteni ta’ Pick up u Drop off point magħmula s-sena li għaddiet mill-Kunsill Lokali tal-Fgura fi Triq San Tumas, Fgura u qed iħallu lill-operatur iwaqqaf lit-tfal fejn hu konvenjenti għalih, bil-perikli li dan iġib għalihom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt informazzjoni dwar din il-mistoqsija mid-Dipartiment konċernat. Malli tingħatali aktar informazzjoni nkun nista’ npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL 2481 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 165 tal-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2018)
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra minn min kien akkumpanjat meta attenda għall-aħħar Assemblea tan-Nazzjonijiet Magħquda? Jista’ jinforma x’laqgħat kellu? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diskorsi li saru minnu? Jista’ jindika kemm kienet l-ispiża finanzjarja involuta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-Ministeru tiegħi jien kont akkumpanjat miċ-Chief of Staff u mis-Segretarju Privat li vvjaġġaw minn Malta,filwaqt li f’kull laqgħa li kelli kien hemm prezenti jew l-Ambaxxatur li jinsab fi New York jew xi uffiċċjal ieħor mill-istess Rapprezentanza.
Dawn huma il-laqgħat li kelli:
1) Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- UNHCR bit-tema: The Global Compact for Refugees – A greater solidarity and cooperation
2) Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- UNICEF u Rapprezentant tas-SG tal-UN ghaz-Zghazagh bit-tema: Youth 2030
3) Attendejt u pparteċipajt fl-EU Foreign Ministers Meeting fejn is –sitwazzjoni fil-Libya u fis-Syria gew diskussi
4) Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- UNCTAD, Marokk u Rwanda bit-tema: Migration and Structural Transformation in Africa
5) Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mis Segretarju Generali tal-UN bit-tema: Action for Peacekeeping
6) Attendejt u pparteċipajt fit –Transatlantic Dinner organizzat mill- Istati Uniti tal-Amerika
7) Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- Unjoni Ewropeja bit-tema: Syria
8) Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- UNHR, Franza, Germanja, Repubblika tal-Korea u Costa Rica bit-tema: Declaration of Human rights- A prevention tool to achieve peace adn sustainable development
9) Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- UN Global Compact Office bit-tema: Africa Open for Business
10) Attendejt u pparteċipajt fil-Commonwealth Foreign Affairs Minsiters Meeting (CFAMM) organizzat mill- Commonwelath Secretariat
11) Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- Liechtenstein bit-tema: Ensuring justice for Syria and the role of the International, Impartial and Independent Mechansism (IIIM) in the process
12) Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- Commonwealth Africa Initiative bit-tema: Africa Forum- Sustaining a peaceful and prosperous Africa
13) Event organizzat mill-Istati Unit tal-Amerka bit-tema: Global Call to Action on the World Drug Problem fejn Malta issieħbet ma’ bosta pajjiżi oħra fid-Dikjarazzjoni mahruga ghal din l-okkazjoni
Għall-ewwel darba waqt id-Dibattitu Ġenerali tan- Nazzjonijiet Maqgħuda, Malta f’kollaborazzjoni mat-Tuneżija, Franza, l-Unjoni Ewropeja u l- International Centre for Migration Policy Development (ICMPD) organiżżat Event bit-tema: Giving voice to evidence- oercoming a distorted narrative on migration towards evidence based migration policy development
Il-laqgħat bilaterali li kelli huma s-segwenti:
Kelli laqgħat mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tas-São Tomé & Príncipe l-E.T. Urbino Jose Goncalves Botelho kif ukoll mas-Segretarju tal-Affarijiet Barranin tal-Mikronesja l-E.T. Lorin S. Robert fejn ġew stabiliti relazzjonijiet diplomatiċi ma’dawn iż-żewġ pajjiżi. Kelli wkoll laqgħat mar-rappreżentant Għoli tas-Segretarju Ġenerali għall-Oċeani l-E.T. Peter Thomson, mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Libja, l-E.T. Mohammed Siala, mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Istati tal-Golf Għarbi (GCC) l-E.T. Abdul Latif bin Rashid Al-Zayani, mar-Rappreżentanta Għolja għat-Tfal f’Kunflitti Armati l-E.T. Virginia Gamba, mal-President tal-Anna Lindh Foundation, l-E.T. Elisabeth Guigou, mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Monako l-E.T. Gilles Tonelli, mal-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Viet Nam l-E.T. Pham Binh Minh, mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Azerbaijan l-E.T. Elmar Mammadyarov, mas-Segretarju Assistent Deputat mid-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti David Peyman, mas-Segretarju Assistent Deputat mid-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti Robert Strayer u mal-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Esterni tal-India l-E.T. MJ Akbar,
Barra minn dan, akkumpanjajt lill-Prim Ministru f’dan li ġej:
(1) Ftuħ uffiċjali tad-Dibattitu Ġenerali tan-Nazzjonijiet Maqgħuda
(2) Id-dikors ta’ Malta mogħti mill- Prim Ministru waqt id- Dibattitu Ġenerali
(3) Event orgnaizzat mill–Assemblea tal-Ġnus Maqgħuda bit–tema: Nelson Mandela Peace Summit,fejn il-Prim Ministru kellu diskors.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispiża finanzjarja bejn it-23 u d-29 ta’ Settembru kienet tammonta għal €31,720.67
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5396, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-bidu ta’ Triq Santa Marija ma’ Triq is-Sorijiet Ħal Tarxien, ġie ppjanat li ssir tul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Gvern qed iwettaq pjan biex gradwalment it-toroq kollha, anke dawk li bħalissa jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali, jinbnew mill-ġdid kif meħtieġ minn Infrastructure Malta. Fil-fatt, diġa tħabbru l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser jinbnew mill-ġdid is-sena d-dieħla, bħala parti mill-investiment bla preċedent ta' €700 miljun li l-Gvern qed jalloka għal infrastruttura ta' kwalità fit-toroq Maltin.
Sadanittant, sakemm triq tinbena mill-ġdid, il-kunsilli lokali ser jibqgħu jieħdu ħsieb il-manutenzjoni u t-tiswijiet meħtieġa biex jiġu evitati perikli jew diffikultajiet oħra.
L-effetti tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea – rapporti u riċerka
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti u r-riċerka li saret mill-Ministeru dwar l-effetti tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea?
Response (ABELA, CARMELO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interepellant li hekk kif tħabbar ir-riżultat tal-referendum f’Ġunju 2016, li r-Renju Unit mhux se jibqa Stat Membru fl-Unjoni Ewropea, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin (hekk kif kien imsejjaħ dak iż-żmien) nieda inizjattivi sabiex jagħraf x’inhuma l-effetti, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, tal-Brexit fuq pajjiżna partikolarment l-impatt fuq ir-relazzjonijiet bilaterali ta’ Malta mar-Renju Unit. Dan sar sabiex flimkien mal-Ministeri koncernati, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jistħarreġ jekk hemmx bżonn ta’ reviżjoni fid-dawl tal-eventwali konklużjoni u r-riżultat tan-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-UE.
Ħal Tarxien – self ta’ kotba mil-librerija pubblika — inizzjattivi
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ittieħdux inizjattivi ġodda sabiex ikun hemm iktar residenti u studenti li jisselfu kotba mil-Librerija Pubblika ta’ Ħal Tarxien u jekk le jistgħux jittieħdu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva, ittieħdu inizjattivi ġodda li jinkludu:
· Kollaborazzjoni mal-aġenzija Nazzjonali tal-Litterizmu sabiex isiru sessjonijiet ta’ qari għat-tfal ta’ etajiet varji. Minn din is-sena wkoll investejna f’kollezzjoni ta’ comics u novelli grafiċi, kif ukoll kotba dyslexic friendly.
· Sar ftehim ukoll mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex isir rinovar f’kull librerija permezz ta’ skema li ħarġu. Ġibna ukoll prezz speċjali mingħand l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni biex f’kull librerija jkun hemm WIFI b’xejn.
· Żidna l-ammont ta’ kotba li jistgħu jissellfu t-tfal minn sitta għal tmienja.
· Provdejna sapport kontinwu lil-librara biex ikunu jistgħu jagħtu servizz aħjar lill-komunità.
Inizjattiva oħra tinkludi l-proġett pilota ta’ tmien skejjel fosthom Ħal Tarxien fejn is-sistema tal-librerija tal-iskola ser tiġi magħquda ma’ Malta Libraries u b’hekk il-komunità kollha ser tkun qed tibbenefika minn dawn ir-riżorsi.
Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea – diskussjonijiet u analiżi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’passi, x’diskussjonijiet u x’analiżi qegħdin isiru fi ħdan il-Ministeru dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, HELENA)
Wara li twaqqaf Unit dedikat biex isegwi d-diskussjonijiet li qed isiru fuq livell Ewropew marbuta ma’ Brexit, bdiet ħidma iffukata biex ikun hemm koordinament fil-Gvern dwar Brexit. F’dan ir-rigward, il-Ministeru:
- Segwa d-diskussjonijiet kollha relatati ma’
Brexit
li saru fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-livelli kollha tal-konfigurazzjoni ta’ Artiklu 50;
- ¯amm kuntatt kontinwu mat-
Task Force
mmexxija minn Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni, Michel Barnier, biex jiddiskuti oqsma speċifiċi li jista’ jkollhom impatt fuq Malta;
- ¯amm kuntatt kontinwu mal-Kummissarju Għoli tar-Renju Unit f’Malta biex ikun jista’ jifhem aħjar il-pożizzjoni tar-Renju Unit f’dawn in-negozjati;
- Ikkonsulta mal-Ministeri kollha l-oħra biex jistudja x’jista’ jkun l-impatt fuq Malta fid-dekasteri differenti;
- Ikkonsulta ma’ Ministeri differenti biex fassal il-pożizzjonijiet tal-Gvern għal-laqgħat dwar in-negozjati li saru dwar temi differenti fil-konfigurazzjoni ta’ Artiklu 50;
- Kien parteċipi, flimkien ma’ esperti minn Ministeri differenti, f’laqgħat organizzati mill-Kummissjoni dwar l-impatt li
Brexit
jista’ jkollu f’setturi differenti;
- Kien parteċipi f’laqgħat mal-imsieħba soċjali biex jispjega x’kien għaddej fil-laqgħat li qed isiru fi Brussel b’rabta ma’ dawn in-negozjati u kif jistgħu jintlaqtu n-negozji u ċ-ċittadini Maltin;
- Kien parteċipi f’laqgħat tat-
Task Force
tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru imwaqqfa
biex tattira l-investiment mir-Renju Unit biex jispjega l-mod kif qiegħda tiġi mfassla r-relazzjoni futura bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea, u biex jagħti rendikont ta’ fejn waslu n-negozjati;
- Iċċirkola materjal informattiv mħejji mill-Kummissjoni Ewropea lill-Ministeri differenti tal-Gvern u l-entitajiet tagħhom b’rabta mal-impatt li diversi xenarji marbuta ma’
Brexit
jista’ jkollhom;
- Beda proċess ta’ koordinazzjoni interna fil-Gvern biex jibdew il-preparamenti fil-każ li ma jkunx hemm qbil fin-negozjati mal-Unjoni Ewropea;
- Ħadem mill-qrib mal-Aġenzija
Identity Malta
biex ikunu mħejjija l-proċeduri interni tal-Gvern biex ikun implimentat l-arranġament tat-tluq;
- Beda ħidma flimkien mal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali biex jidentifika liġijiet nazzjonali li jista’ jkun jeħtieġ li jiġu riveduti minħabba t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea;
F’din il-ħidma, l-uffiċjali fil-Ministeru ħadmu u ħejjew diversi analiżi – skont il-ħtieġa tan-negozjati f’dak iż-żmien u l-proposti mressqa (kemm mill-Kummissjoni u kif ukoll mit-tim tan-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni) f’perjodi differenti. Uħud minn dawn l-analiżi kienu settorali u saru f’konsultazzjoni ma’ esperti f’oqsma differenti bi tħejjija għal-laqgħat li kienu qed isiru fi Brussell, filwaqt li oħrajn kienu aktar orizzontali. Dan ix-xogħol hu kontinwu u se jibqa’ għaddej sakemm ir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea.
Libreriji pubbliċi — Kotba bil-Lingwa Taljana mislufa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba bil-lingwa Taljana li jinsabu fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna, tul dawn l-aħħar erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat minn Malta Libraries li s-sistema preżenti għalissa ma tipprovdix it-tip ta’ informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għas-snin bejn l-2014 u l-2017. Infurmat ukoll li n-numru ta’ Ebooks bil-lingwa Taljana li ġew mislufa minn Jannar sal-aħħar ta’ Settembru 2018 kien ta’ 29.
Libreriji pubbliċi — Kotba bil-Lingwa Franċiża mislufa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba bil-lingwa Franċiża li jinsabu fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna, tul dawn l-aħħar erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat minn Malta Libraries li s-sistema preżenti għalissa ma tipprovdix it-tip ta’ informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għas-snin bejn l-2014 u l-2017. Infurmat ukoll li n-numru ta’ Ebooks bil-lingwa Franċiża li ġew mislufa minn Jannar sal-aħħar ta’ Settembru 2018 kien ta’ 23.