Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement fil-Gudja u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Miżura biex persuni li jgħixu barra minn Malta jivvutaw f’Ambaxxati Maltin
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'passi qed jittieħdu biex titwettaq il-wegħda elettorali li persuni Maltin li jgħixu barra minn Malta u li għandhom id-dritt tal-vot, jivvutaw f’Ambaxxati Maltin? Jista' jikkonferma jekk il-miżura hix se tiddaħħal fil-ħin biex tkun tapplika għall-elezzjoni li jmiss tal-Membri tal-Parlament Ewropew?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li f'dan l-istadju l-gvern qed jistudja metodi varji dwar it-twettiq ta' din il-miżura.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement fil-Fgura u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement f’Santa Luċija u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Miżura biex persuni li jgħixu barra minn Malta jivvutaw f’Ambaxxati Maltin
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi qed jittieħdu biex titwettaq il-wegħda elettorali li persuni Maltin li jgħixu barra minn Malta u li għandhom id-dritt tal-vot, jivvutaw f’Ambaxxati Maltin? Jista' jikkonferma jekk il-miżura hix se tiddaħħal fil-ħin biex tkun tapplika għall-elezzjoni li jmiss tal-Membri tal-Parlament Ewropew?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta — roadmap
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-roadmap li saret referenza għaliha fl-aħħar rapport annwali tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Roadmap hekk kif maqbula mill-membri tal-Kunsill tal-Maltin li jgħixu barra fil-laqgħa tal-istess Kunsill li saret nhar it-13 u l-14 ta’ Ottubru 2017, hija hekk kif tidher hawn taħt:
Akkademiċi / Studenti / Riċerkaturi
Proposti
Għaliex
Bilbljografija tad-Dijaspora Maltija komprensiva tkun disponibbli għall-pubbliku in ġenerali
Sabiex tassisti u tinkoraġġixxi iktar akkademiċi/studenti/riċerkaturi jistudjaw dan il-qasam
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol (MEDE) jidħol fi ftehimiet ma’ stampaturi sabiex ipoġġi kemm jista’ jkun kotba bil-Malti, kotba tal-kurrikulu, publikazzjonijiet relatati mal-migrazzjoni u kwistjonijiet ta’ Dijaspora bħala kotba elettroniċi u l-pubblikazzjoni ta’ din il-lista
Aċċessibbli b’xejn jew bi ħlas minimu. Jiġu ffrankati spejjeż eżorbitanti relatati mal-posta tal-forma mitbuħa lejn pajjiżi tad-Dijaspora. Skejjel tal-lingwa Maltija jkunu jistgħu jniżżlu l-kotba fi ftit ħin minflok li jixtru onlajn u jistennew sabiex jitwasslu għandhom.
Tiġi kompilata lista ta’ teżijiet / dissertazzjonijiet / kotba / CDs / DVDs
Sabiex jiġi aġġornat u mtejjeb b’mod kontinwu l-ikbar Ċentru ta’ Riżorsi tad-Dijaspora Maltija fid-dinja – il-Mużew tal-Migrazzjoni Maltija
Opportunitajiet għal studenti tad-Dijaspora (mid-dinja kollha) sabiex jaħdmu mad-DMLA
Sabiex jiksbu esperjenza diretta fil-qasam tad-Dijaspora
Programm ta’ Visa għal Btala ta’ Xogħol (WHV) mal-Istati Uniti u l-Kanada
Bħall-eżempju Awstraljan, għandha tinħoloq WHV simili u miftehma mal-pajjiżi rispettivi
Istruzzjoni professjonali għal studenti u riċerkaturi fil-Qasam tad-Dijaspora
L-għajnuna għandha tiżdied u tiddiversifika f’forma ta’ istruzzjoni professjonali sabiex jintlaħqu l-għanijiet fi proġetti ta’ riċerka u
assignments
rispettivi
Lectures pubbliċi dwar il-Qasam tad-Dijaspora
DMLA għandha l-mira li tkompli toħloq kuxjenza pubblika permezz ta’
lectures
mogħtija mhux biss fl-Universitàta’ Malta imma wkoll fil-livell sekondarju, MCAST, ITS eċċ.
Il-Familja
Ċentri ta’ Programmi ta’ Ri-integrazzjoni ‘Welcome Back Home’ – wieħed ġewwa Malta u l-ieħor ġewwa Għawdex
Migranti Maltin u Għawdxin li jirritornaw fostna għandhom ikunu megħjuna b’informazzjoni u direzzjoni f’diversi oqsma sabiex jerġgħu jintegraw malajr kemm jista’ jkun fis-soċjetà Maltija. Xi eżempji jinkludu: għajnuna fl-importazzjoni ta’ affarijiet personali; postijiet għal tfal fl-iskejjel; il-kisba ta’ dokumenti tal-identità; it-tiftix ta’ impjieg; akkomodazzjoni; ftuħ ta’ kont bankarju eċċ.
Għandu jiġi mwaqqaf tribunal sabiex iwassal għal ftehim f’każ ta’ diżgwid familjari dwar postijiet battala f’Malta
Madwar 65,000 post abitabbli f’Malta huma battala li 75% minnhom huma relatati ma’ diżgwid familjari bejn familji b’membri Malta u oħrajn fid-Dijaspora. Tribunal simili jista’ jiffaċilita u jħaffef is-sejbien ta’ soluzzjoni għal tali nuqqas ta’ ftehim u proprjetà mitluqa u delapidata tkun tista’ terġa’ tibda tintuża.
Pensjonanti u Anzjani
Gvern jintervjeni għal dawk li jirċievu pensjoni mill-Istati Uniti
Migranti Maltin u Għawdxin li jerġgħu jiġu lura u jirċievu pensjoni mill-Istati Uniti ma jistgħux isarrfu ċ-ċekkijiet tagħhom lokalment jekk mhux fl-HSBC u meta jħallsu rati għolja.
Il-Gvern għandu jikkunsidra li jixtri biljetti tal-ajru Awstralja-Malta-Awstralja bl-ingrossa għal dawk il-Maltin anzjani (‘il fuq minn 65 sena?) li qatt ma reġgħu ġew lura Malta sabiex ikunu jistgħu jixtru biljetti tal-ajru b’irħas u jżuru l-qraba tagħhom f’Malta.
Mijiet ta’ anzjani Maltin, partikularment fl-Awstralja u New Zealand, qatt ma rnexxielhom jerġgħu lura u j¿uru lil Malta fi kważi nofs seklu. Il-Manifest elettorali jiddikjara li l-Gvern għandu jaħdem u jissielet kontra l-iżolazzjoni tal-anzjani Maltin.
Politika Nazzjonali tal-Anzjani
Il-Gvern ta’ Malta għandu jikkunsidra bis-serjetà il-ħolqien ta’ Politika Nazzjonali għall-Anzjani b’konsultazzjoni mill-qrib mas-CMLA sabiex jassikura l-inklużjoni tad-dimensjoni tad-Dijaspora.
Żgħażagħ
Il-Politika Nazzjonali ta’ Malta għaż-Żgħażagħ (2015-2020)
Aġġornament perjodiku tal-Politika Nazzjonali ta’ Malta għaż-Żgħażagħ.
Għandhom jitwaqqfu Skambji ta’ Żgħażagħ bejn il-pajjiżi prinċipali tad-Dijaspora u Malta preferibbilment bl-użu ta’ fondi mill-UE
Skambji transkulturali huma element ewlieni li jinkoraġġixxi iktar rabtiet futuri bejn il-popli, speċjalment iż-żgħażagħ. Oqsma li għandhom jiġu kkunsidrati jistgħu jinkludu: l-istħarriġ tal-għeruq f’Malta, il-kitba tal-istorja tal-familja, il-ġineoloġija u l-wirt ta’ titli nobbli
Gvern ta’ Malta
Punt ċentrali ta’ referenza f’kull Ministeru tal-Gvern għad-Dijaspora Maltija
Kwistjonijiet bħal sistema ta’ twissija bikrija (‘early warning system’); dwar konsultazzjonijiet, politika nazzjonali, emendi lokali, reġjonali, ċentrali u
bye-laws
, eċċ
Kors fl-Istitut għas-Servizz Pubbliku (IPS) dwar id-Dijaspora Maltija
Għandu jiġi fformulat Kors ta’ tliet sessjonijiet li jqajjem kuxjenza u jipprovdi informazzjoni u li jiġi mogħti perjodikament fl-IPS u skont fejn hemm bżonn
Ismijiet tad-Dijaspora Maltija fil-lista ta’ Unuri Bijannwali ta’ Malta
L-Uffiċċju tal-Kabinett tal-Prim Ministru ta’ Malta għandu jirrakkomanda li fuq kull lista ta’ Unuri għandu jkun hemm mill-inqas isem wieħed ta’ persuna Maltija minn kull pajjiż tad-Dijaspora Maltija (Awstralja, Kanada, Stati Uniti, Renju Unit u oħrajn) li ddistingwew ruħhom f’qasam partikulari
Kotba kurrikulari/CDs għat-tagħlim tal-lingwa Maltija
Sakemm il-kotba kurrikulari kollha għat-tagħlim tal-Malti ma jiġux trasferiti fil-format elettroniku, il-MEDE għandu jipprovdi klassijiet u skejjel tat-tagħlim tal-Malti (fl-Awstralja, il-Belġju, il-Kanada, iċ-Ċina, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti) b’kotba kurrikulari aġġornati fuq bażi regulari.
CMLA/DMLA għandhom ikunu rappreżentati f’ċerti Bordijiet tal-Gvern ta’ ċerta importanza
Il-Kunsilliera tas-CMLA u d-Direttur tad-DMLA għandhom jipparteċipaw f’Bordijiet tal-Gvern bħal: Il-Kunsill għall-Ilsien Malti; il-Bord tal-Akkomodazzjoni għall-Anzjani; il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ; il-Kunsill Reġjonali ta’ Għawdex; il-
Malta Enterprise
; u
Finance Malta
.
CMLA/DMLA għandhom jipproponu lill-Gvern, personalitajiet tad-Dijaspora li għandhom għarfien espert ta’ ċerti oqsma sabiex jiġu flimkien u jikkunsidraw possibiltajiet kummerċjali, kulturali eċċ.
DMLA iġġib flimkien personalitajiet u organizzazzjonijiet tad-Dijaspora Maltija f’oqsma bħal: l-industrija tal-films, informazzjoni teknoloġika, kummerċ,
niche markets
ġodda, turiżmu reliġjuż eċċ.
Pensjonanti li għandhom pensjoni ta’ inqas minn €600 fix-xahar
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti preżentement f’pajjiżna u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement f’Ħal Tarxien, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom, huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħol sar tul din is-sena fi Ġnien Dom Mintoff ġewwa Raħal il-Ġdid?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul din is-sena saru numru sostanzjali ta’ xogħlijiet fi Ġnien Duminku Mintoff.
· Saru passaġġi skont id-disinn il-ġdid b’
sub-base
li jinkludi fih is-servizzi kollha neċessarji ta’ dawl u ilma.
· Inbnew żewġ ġibjuni li flimkien jammontaw għal aktar minn 500 metru kubu ta’ ilma, bil-għan li jinġabar l-ilma tax-xita li jinġema’ fil-wied.
· Ġiet mibnija ukoll
pump room
bil-għan li l-ilma li jinġabar fil-ġibjuni jerġa’ jintuża għat-tisqija tal-pjanti u siġar, u anke biex jitħaddmu ż-żewġ
water features
li saru.
· Saru żewġ
water features -
waħda naturali u oħra magħmula apposta għad-divertiment tat-tfal.
· Sar ammont konsiderevoli ta’ xogħol ta’ tisbiħ u
landscaping.
· Inżabru s-siġar kollha tal-ġnien, tpoġġiet ħamrija ġdida, kif ukoll 50 siġra u 2000 pjanti ġodda.
· Ġiet installata ukoll sistema totalment ġdida ta’ irrigazzjoni, bankijiet,
bike racks
u kontenituri tar-reċiklaġġ.
Persuni li għaddew mill-eżami ta’ Second Secretaries — ingaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-persuni li għaddew mill-aħħar eżami għal Second Secretaries, ġewx kollha ingaġġati u jekk le għalfejn? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm sejħa oħra tul din is-sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin xi proċeduri min-naħa tal-Public Service Commission. Kif dawn jispiċċaw dawk li għaddew jiġu ngaġġati.
Il-ħsieb hu li fl-iqsar żmien toħroġ sejħa oħra għal Second Secretaries fil-Korp Diplomatiku.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li applikaw għall-pożizzjoni ta’ Post of Senior Manager (People Management) u f’liema stadju tinsab din is-sejħa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li dan il-proċess għadu għaddej allura jkun prematur li tingħata din l-informazzjoni qabel ma’ jagħlaq il- proċess.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — pubblikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kemm saru pubblikazzjonijiet taħt il-Ministeru tul dawn l-aħħar sentejn u kemm ġew jiswew?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar sentejn minn Ġunju 2016 sa Ottubru 2018 taħt il-Ministeru, saru sitt pubblikazzjonijiet u n-nefqa kienet ta’ €9,916.53
B’referenza għall-avviż li qiegħed jidher fil-gazzetti bit-titolu “Avviż importanti għall-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit”, jista’ l-Ministru jindika f’liema gazzetti lokali u barranin qed jidher? Kif ukoll jista’ jgħid kemm ġie jiswa sa issa u kemm persuni wieġbu għalih?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-avviż deher nhar il-Ħadd, 16 ta’ Settembru 2018, f’dawn il-gazzetti lokali: Sunday Times, Malta Today, Illum, Malta Independent, It-Torċa, Il-Mument u Kulħadd. L-avviż ma deherex f’gazzetti barranin. L-avviż fil-gazzetti lokali ta’ Malta ġie jiswa total ta’ €2542.73. S'issa, 74 persuna resqu għand il-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra biex jitolbu iktar tagħrif dwar l-iskema, fil-waqt li 17-il persuna oħra għamlu kuntatt mad-Direttorat tal-Maltin li Jgħixu Barra fil-Ministeru stess biex jitolbu l-istess għajnuna.
Belt Valletta – Palazzo Parisio – xogħlijiet fil-basement
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet li qed isiru fl-hekk imsejjaħ basement ġewwa Palazzo Parisio l-Belt?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li tlestew x-xogħlijiet ta’ tindif u skavar fl-hekk imsejjaħ basement ġewwa Palazzo Parisio l-Belt, għandi pjaċir ninforma li riċentement ħareġ il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar. Il-Ministeru beda l-preparamenti sabiex tkun tista' tiġi ppublikata t-tender.
Għoti ta’ ċittadinanza Maltija lill-persuni li jitilqu mill-Eġittu lejn l-Awstralja
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm żviluppi dwar l-għotja taċ-ċittadinanza lill-persuni ta’ Ċittadinanza Maltija li kienu telqu mill-Eġittu lejn l-Awstralja?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi ndirizzata lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet li qed isiru fi Strada Żakkarija l-Belt?
Response (ABELA, CARMELO)
Qed nifhem li l-Onor. Interpellant, meta qed jagħmel referenza għal Strada Zakkarija ġewwa l-Belt, qed jirreferi għall-binja li l-Ministeru issa għandu u mhux għal xi xogħlijiet li jistgħu qed isiru fit-triq.
Għaldaqstant, ninforma l-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li qed isiru f’din il-binja jinsabu fi stadju avvanzat.
Belt Valletta — Allied House – xogħlijiet fit-tielet sular
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet li qed isiru fit-tielet sular f’Allied House l-Belt mill-Ministeru?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol fuq it-tielet sular ta’ Allied House inbeda f’Ottubru 2018. Dan ikkonsista f’xogħolijiet ta’:-
Trunking;
Distribuzzjoni tal-Elettriku u light circuits – li huwa ippjanat li jiġi mqabbad mad-distribution board fi żmien qasir;
Se jiġi wkoll komplut fi żmien qasir xogħol ta’ cabling għat-telefonija u Data.
Huwa ippjanat illi fi żmien qarib jibda x-xogħol ta’ Fire detection cabling u f’Novembru għandha tiġi nstallata sistema ta’ Air Conditioning kif ukoll xi xogħol ta’ plumbing.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema pożizzjoni wasal il-proġett sabiex l-Auberge d’Italie ġewwa Triq il-Merkanti l-Belt Valletta ssir mużew tal-arti? Jista’ jinforma lill-Kamra kemm intefqu spejjeż s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-proġett wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu u li s’issa intefqu aktar min €6 miljun minn fondi Ewropej. Kif diġà ntqal, dan il-Muzew se jkun qed jiftaħ il-bibien tiegħu fil-ġimgħat li ġejjien.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5399, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba Triq iż-Żejtun f’Ħal Tarxien ġietx ippjanata li ssir tul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Gvern qed iwettaq pjan biex gradwalment it-toroq kollha, anke dawk li bħalissa jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali, jinbnew mill-ġdid kif meħtieġ minn Infrastructure Malta. Fil-fatt, diġa tħabbru l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser jinbnew mill-ġdid is-sena d-dieħla, bħala parti mill-investiment bla preċedent ta' €700 miljun li l-Gvern qed jalloka għal infrastruttura ta' kwalità fit-toroq Maltin.
Sadanittant, sakemm triq tinbena mill-ġdid, il-kunsilli lokali ser jibqgħu jieħdu ħsieb il-manutenzjoni u t-tiswijiet meħtieġa biex jiġu evitati perikli jew diffikultajiet oħra.