Legislature:
Category:
Reset
Active:

Spezzjonijiet minn JobsPlus – unlicensed foreigners

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm instabu persuni li kienu bħala unlicensed foreigners fl-ispezzjonijiet tal-Jobsplus tul din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar kemm instabu persuni barranin jaħdmu bla formola ta` bidu ta` impjieg, fl-ispezzjonijiet li saru mill-ispetturi tal-Jobsplus bejn Jannar sa Settembru 2018, huwa kif se nsemmi: Ksur ta’ Liġi minn persuni barranin 2018Barranin mill-EU Barranin li mhux ġejjin mill-EU Total ta’ Barranin Minn Jannar sa Settembru 20188421,1211,963

Persuni ta’ nazzjonalità barranija – permess biex jaħdmu

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm talbiet pendenti għall-persuni ta’ nazzjonalità li ma hijiex dik ta’ dawn il-gżejjer sabiex jingħataw il-permess biex jaħdmu ma' Jobsplus tul dan ix-xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ta’ Ottubru, Jobsplus kellha pendenti 2327 liċenzja tal-impjieg għal Single Permit li tinħareġ minn Identity Malta u 218 liċenzja tal-impjieg li toħroġ minn Jobsplus għal kategoriji varji ta‘ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Persuni mressqa l-Qorti akkużati b’reati kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm tressqu persuni l-Qorti mill-Pulizija akkużati b’reati kriminali (kumpilazzjonijiet) tul din s-sena 2018 sa issa u jista’ jinforma b’liema reati ġew akkużati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi sal-aħħar ta’ Ottubru 2018 tressqu tmien mija u sebgħa u erbgħin (847) persuna l-Qorti mill-Pulizija akkużati b’reati kriminali (kumpilazzjonijiet). Infurmat illi bħala reati għas-sena 2017, kien hemm firxa wiesgħa ta’ tip ta’ reati li bihom ġew akkużati dawn il-persuni li fost oħrajn kienu jinkludu: - omiċidji – attentat ta’ omiċidji – reati relatati ma’ serq – riċettazzjoni - offiżi volontarji u nvolontarji fuq il-persuna - vjolenza jew reżistenza fuq uffiċjali pubbliċi - traffikar ta` persuni – stupru – korruzzjoni ta’ minuri - usura – ħsarat volontarji – reati relatati ma’ ħsarat fil-propjeta’ - abbandun ta’ minuri – reati relatati ma’ frodi – reati relatati ma’ drogi – theddid - pussess ta’ armi - trattament mhux xieraq fuq annimali – użu ħazin ta’ mezzi ta’ telekomunikazzjoni – misapprorijazzjoni – ħasil ta’ flus - falsifikar ta’ flus – offizi relatati ma’ immigrazzjoni llegali ta’ persuni - falsifikazzjoni ta’ dokumenti – reati relatati ma’ sigurtà fuq ix-xogħol – sekwestru – prostituzzjoni – żamma ta’ burdelli – rapporti foloz - ġuramenti foloz - fabbrikazzjoni ta’ evidenza falza – reati relatati ma’ pornografija tat-tfal – reati ta’ atti sesswali ma’ minorenni u reati oħra provduti mill-Kodici Kriminali jew liġijiet speċifici oħra. F’ħafna mill-kumpilazzjonijiet il-persuni akkużati jittressqu fuq aktar min reat wieħed.

Raħal il-Ġdid — djar ta’ abitazzjoni proprjetà tal-Gvern mikrija b’titolu – ħsarat strutturali

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm djar ta’ abitazzjoni proprjetà tal-Gvern mikrija b’titolu ta’ kera fid-djar tal-Gvern f’Raħal il-Ġdid li fihom ħsarat strutturali u kemm minnhom sarulhom tul din is-sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu għas-sena 2018, dwar ħsarat strutturali fid-djar mikrija mill-Gvern jew l-Awtorita` tad-Djar, f’Raħal Ġdid, hija kif ġej ; - 7 każijiet fejn tlestew it-tiswijiet illi kien hemm bżonn illi jsiru - 5 każijiet fejn għaddejjin bit-tiswijiet bħalissa - 15-il każ, fejn it-tiswijiet se jkunu qed jibdew dalwaqt, bħala parti minn proġett sħiħ ta’ tiswijiet u tisbieħ fil-blokok sħaħ; - 25 każ illi għadhom pendenti quddiem l-Awtorita` tad-Djar.

Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni — każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni u kemm daħlu każijiet fis-snin 2016, 2017 u sa issa fl-2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 10 każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni. Intant hawn taħt hawn tabella li turi kemm daħlu każijiet għand il-Kummissjoni mill-2016 sal-2018. SenaNumru ta’ każijiet 20166 20176 20181

Persuni ta’ nazzjonalità barranija – permess biex jaħdmu

Question

Jista’ l-Minsitru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet għall-persuni ta’ nazzjonalità li ma hijiex dik ta’ dawn il-gżejjer sabiex jingħataw il-permess biex jaħdmu ma’ Jobsplus tul din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sal-aħħar ta’ Ottubru, Jobsplus kienet irċeviet 21,435 applikazzjoni għal Single Permit li tintbagħat minn Identity Malta u 6,201 applikazzjoni għal-liċenzja tal-impjieg li toħroġ minn Jobsplus mingħand kategoriji varji ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Żgħażagħ li qed jiġu klassifikati bħala NEET

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm żgħażagħ li qed jiġu kklassifikati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training)? Jista’ jindika s-sess tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba toħroġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Għaldaqstant, ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Wied il-Għajn – Għassa tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-Għassa tal-Pulizija l-antika ġewwa Wied il-Għajn għadhiex f’idejn il-Korp inkella għaddietx lura f’idejn il-Lands Department?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-Għassa tal-Pulizija l-antika ta’ Wied il-Għajn m’għadhiex f’idejn il-Korp u ċ-ċwievet għaddew f’idejn il-Lands Department (illum L-Awtorità tal-Artijiet).

Belt Valletta — Mużew Nazzjonali tal-Arti – ħlas minn viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm viżitaturi li ħallsu fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti l-Belt fis-sena 2017 u sa issa fl-2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bejn l-2017 u 2018 il-Mużew Nazzjonali tal-Arti kien magħluq peress li kienu qed ssiru il-preparamenti biex jinfetah il-Mużew il-ġdid tal-Arti, il-MUZA, li ġie inawgurat nhar is-Sibt 10 ta’ Novembru 2018.

Belt Valletta – Mużew tal-Arkeoloġija – ħlas minn viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm viżitaturi li ħallsu fil-Mużew tal-Arkeoloġija tal-Arti l-Belt fis-sena 2017 u sa issa fl-2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bejn l- 2017 u Jannar sa Settembru 2018 fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija l-ammont ta’ viżitaturi bi ħlas kienu 73,325 u 57,688 rispettivament.

Laqgħat barra minn pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għal-liema laqgħat barra minn pajjiżna u fl-Unjoni Ewropea huwa previst li ser jattendi fl-ewwel sitt xhur li tibda l-presidenza l-ġdida s-sena li ġejja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nifhem li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għal laqgħat barra minn pajjiżna fl-ewwel sitt xhur tal-presidenza l-ġdida fl-2019 u li huma laqgħat relatati direttament mal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea. Skont il-kalendarju tal-Kunsill tal-Ministri provdut mill-Presidenza, il-laqgħat li huma relatati mal-edukazzjoni u x-xogħol huma dawn: Data Laqgħa 15 ta' Frar 2019 EYCS (Education) Council 15 ta' Marzu 2019 Employment, Social Policy, Health and Consumer Affairs Council 10 - 11 ta' April 2019 Informal EPSCO 22 ta' Mejju 2019 EYCS (Education) Council 13 ta' Ġunju 2019 EPSCO Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li għadu kmieni wisq sabiex nikkonferma liema laqgħat sejjer nattendi partikolarment dwar dawk il-laqgħat li l-kompetenzi tagħhom jaqgħu taħt aktar minn Ministeru wieħed.

Laqgħat barra minn pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għal-liema laqgħat barra minn pajjiżna u fl-Unjoni Ewropea huwa previst li ser jattendi fl-ewwel sitt xhur li tibda l-presidenza l-ġdida s-sena li ġejja?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laqgħat li ser nattendi huma dawk il-laqgħat li normalment jirrekjedu l-presenza tal-Ministru. Skont il-programm tal-presidenza l-ġdida fis-sena li ġejja, hemm previsti laqgħat informali u formali tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni (JHA) filwaqt li hemm ukoll il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport (EYCS). Dwar l-EYCS l-attendenza tiegħi għal din il-laqgħa tiddependi mill-aġenda li ser tkun diskussa. Mhux eskluz li jista’ jkun hemm laqgħat oħra fejn il-presenza tiegħi tkun mitluba iżda li s’issa għadhom ma jidhrux fil-kalendarju propost mill-presidenza l-ġdida.

Ċentri Miftuħa – persuni u immigranti rregolari

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra fil-preżent kemm hemm persuni u immigranti rregolari fiċ-Ċentri Miftuħa? Jista’ jindika fejn huma mqassma u ta’ liema nazzjonalità huma?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ċentri ta’ detenzjoni — persuni

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni? Jista’ l-Ministru jgħid meta waslu f’pajjiżna l-persuni u l-immigranti rregolari li preżentement huma fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li preżentament sas-6 ta’ Novembru 2018, il-popolazzjoni ġewwa Safi Barracks hija ta’ 11-il persuna. Id-data tal-wasla hija li ġej : 11 ta’ Ottubru 2017 persuna waħda 10 ta’ Jannar, 2018 2 persuni 5 ta’ Mejju 2018 persuna waħda 13 ta’ April 2018 persuna waħda 8 ta’ Awwissu 2018 2 persuni 15 ta’ Settembru, 2018 persuna waħda 23 ta’ Ottubru 2018 persuna waħda 30 ta’ Ottubru 2018 persuna waħda 6 ta’ Novembru 2018 persuna waħda Tajjeb li wieħed jgħid li uffiċjali tad-Detenzjoni jipparteċipaw f’xogħol ieħor biex jassistu l-AWAS u anke xogħol ieħor fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni.

Żgħażagħ li ma komplewx fl-istudji tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm żgħażagħ li ma komplewx fl-istudji tagħhom wara li spiċċaw mill-iskola sekondarja fl-aħħar sena akkademika? Jista’ jindika l-ammont li ġew ikklassifikati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training)? Jista’ jindika s-sess tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba toħroġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Għaldaqstant, ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Wied il-Għajn – Għassa tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-Għassa tal-Pulizija ġewwa Wied il-Għajn hux ser tiċċaqlaq minn fejn qiegħda u tinbena oħra? Jekk iva, meta huwa previst li ser tinbeda?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li kif diġà ngħad fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari fuq dan is-suġġett, bl-aħħar tweġiba f’Mejju ta’ din is-sena, nikkonferma li l-għassa tal-Pulizija f’Wied il-Għajn mhux ser tibqa’ fejn kienet u ser tinbena oħra flokha f’sit fejn diġà hemm il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar. Ix-xogħol tal-bini hu previst li jinbeda malli l-proċessi ta’ tendering li diġà bdew, jintemmu.

Persuni li jaħdmu part-time

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni jaħdmu fuq bażi part-time sal-aħħar ta’ Ottubru 2018? Jista’ jindika kemm minnhom kellhom l-impjieg part-time bħala primary job? Jista’ jgħid kemm minnhom kellhom part-time job mal-full-time job? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom qabżu l-età tal-pensjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, l-għadd ta’ nisa u rġiel li jaħdmu f’Malta u Għawdex fuq bażi ta’ part-time mal-full-time u part-time bħala xogħol ewlieni sa l-aħħar ta’ Ġunju 2018, li huma l-aħħar ċifri ppublikati, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt. P ersuni li jaħdmu fuq bażi ta' part-time f'Malta u Għawdex Part-timers li għandhom xogħol Full-Time Part-Time bħala xogħol ewlieni Total ta' persuni li jaħdmu fuq bażi part-time Nisa Rġiel Total Nisa Rġiel Total Nisa Rġiel Total Ġunju 2018 18,158 9,080 27,238 15,116 20,748 35,864 33,274 29,828 63,102 It-tabella t’hawn taħt turi l-għadd ta’ nisa u rġiel li qabżu l-età tal-pensjoni mill-età ta’ 61 sena `l fuq, u li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus għadhom jaħdmu fuq bażi ta' part-time mal-full-time jew part-time bħala xogħol ewlieni, f’Malta u Għawdex, sal-aħħar ta' Ġunju 2018. Età Part-timers li għandhom xogħol Full-Time Part-Time bħala xogħol ewlieni Total ta' persuni li jaħdmu fuq bażi part-time Nisa Rġiel Total Nisa Rġiel Total Nisa Rġiel Total 61 56 205 261 295 97 392 351 302 653 62 44 172 216 219 217 436 263 389 652 63 37 104 141 226 325 551 263 429 692 64+ 56 478 534 1,431 4,070 5,501 1,487 4,548 6,035 Total 193 959 1,152 2,171 4,709 6,880 2,364 5,668 8,032

Raħal il-Ġdid – pensjonanti reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement f’Raħal il-Ġdid u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Fgura – Triq Hompesch – bus stop

Question

In vista tal-istaġun partikolari fejn qed tagħmel iktar xita, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex possibbli li l-bus stop li hemm f’Triq Hompesch il-Fgura fil-parti tal-aħħar ta’ Triq Cottoner tiġi mkabbra u estiża?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni.