Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pembroke - Livell għoli ta’ trab u storbju

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31143, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30878 u 30879 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika rispettivament u jgħid jekk humiex isiru spezzjonijiet f’Pembroke marbuta mal-livell għoli ta’ trab u storbju li qed ikun hemm waqt il-kostruzzjoni li għaddej bħalissa?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li kemm l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurta u l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni jagħmlu spezzjonijiet regolari marbuta mal-livell għoli ta’ trab u storbju ġewwa Pembroke.

Ġurijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30869 u 31099 u jgħid kemm kien hemm ġurijiet pendenti sal-aħħar ta’ Lulju 2025?  Jista’ jgħid kemm kien hemm persuni minnhom li jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u li kienu qed jistennew dawn il-proċeduri?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 31328.

Bormla - Pjazza Gavino Gulia - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30324, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi progress fix-xogħlijiet fi Pjazza Gavino Gulia, f’Bormla?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorveli Interpellant li wara testijiet li saru, ser tinħareġ sejħa għall-offerti biex issir it-tiswija neċessarja.

Il-Kalkara - Rinella - Restawr fil-ħajt fil-kumpless ta’ Bighi

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 30312 u 30313 jista’ l-Ministru jgħid xi progress kien hemm fix-xogħlijiet fuq il-ħajt fil-kumpless ta’ Bighi, fir-Rinella l-Kalkara, issa li naqas l-istaġun tal-għawm?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li x-xogħol fiż-żona wasal fi stadju fejn qed jitnaddaf il-blat biex tkun tista’ tibda tinbena l-pjattaforma li ser isservi ta’ pediment għall-ħajt.  Fix-xhur li ġejjin, ser jitkompla x-xogħol delikat fiż-żona biex eventwalment jerġa’ jinbena mill-ġdid il-ħajt li iġġarraf fil-maltemp. Intant, inbeda xogħol ieħor ta’ rinfurzar f’żoni oħra tal-peninsula biex jitneħħa l-periklu li hemm fiż-żona.

Il-Kalkara - Triq li tagħti mill-Bajja tar-Rinella għall-Fortizza - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30314, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi progress dwar ix-xogħlijiet biex it-triq li mill-Bajja tar-Rinella tagħti għall-Fortizza fil-Kalkara tiġi rranġata ?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t- tender documents għax-xogħlijiet ta’ tisħiħ tal-pedamenti, rikostruzzjoni tal-parti imwaqqa’, parti mill-pont u xogħlijiet oħra strutturali fuq dan l-aċċess antik li twasslek lejn il-bieb prinċipali tal-Fortizza Ricasoli, għadu qed jiġi ppreparat.

Ħal Tarxien – Triq Giuseppe Cali - Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Giuseppe Cali, Ħal Tarxien? Tista’ tgħid ukoll kemm ser jiswew u meta se jkunu lesti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet fit-triq indikata qed ikunu kkordinati minn Infrastructure Malta. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Ħal Tarxien – Triq Giuseppe Cali - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Giuseppe Cali, Ħal Tarxien? Jista’ jgħid ukoll kemm ser jiswew u meta se jkunu lesti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Ħal Tarxien – Triq Giuseppe Cali - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara x’xogħlijiet qed jsiru fi Triq Giuseppe Cali Ħal Tarxien, kemm ser jiswew u meta ser ikuni lesti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol infrastrutturali fi Triq Giuseppe Cali Ħal Tarxien jikkonsisti f’rikostruzzjoni ta’ sistema ta’ drenaġġ, sistema ta’ ilma u dawl kif ukoll pavimentar u bini mill-ġdid tat-triq. Ix-xogħol hu previst li jkun lest fl-ewwel kwart ta’ sena 2026 . Spiża tax-xogħolijiet għadha ma ġietx ikkwantifikata.

Ġurijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30869 u 31099 u jgħid kemm kien hemm ġurijiet pendenti sal-aħħar ta’ Lulju 2025?  Jista’ jgħid kemm kien hemm persuni minnhom li jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u li kienu qed jistennew dawn il-proċeduri?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sad-9 ta’ Ottubru, 2025 kien hemm 34 ġuri appuntat (39 akkuzat) u 22 ġuri (28 akkuzat) li mmatturaw u li qed jistennew sabiex jiġu appuntati. Hemm ukoll 98 ġuri li ma jistgħux jiġu appuntati minħabba li qed jistennew l-eżitu ta’ proċeduri oħrajn, fosthom kawżi Kostituzzjonali, filwaqt li hemm ukoll 99 att t’akkuża preżentement fil-proċess ta’ eċċezzjonijiet sabiex sussegwetment in segwitu għad-deċiżjonijiet dwar l-istess eċezzjonijiet jiġi appuntat il-ġuri. It-tieni parti tad-domanda għandha tiġi indirizzata lill-Ministru kkonċernat.

Santa Luċija - Triq Bice Mizzi Vassallo - Parking Bays Ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30209, jista’ l-Ministru jara li d-direzzjoni li jitneħħew t-tliet parking bays u jinġieb kollox kif kien qabel, tiġi effettwata billi sa issa tneħħiet waħda biss u dan b’diffikultajiet varji għar-residenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Commercial Vessel Certificate – dgħajjes reġistrati li għandhom siġill aħmar

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm dgħajjes magħrufa bħala tal-pass li kienu reġistrati sal-aħħar ta’ Settembru 2025 mal-awtoritajiet taħt l-Commercial Vessel Certificate u li għandhom dak li jissejjaħ is-siġill aħmar, kif ukoll jgħid kemm kien hemm dgħajjes li huma reġistrati taħt l-Commercial Vessel Certificate sal-aħħar ta’ Settembru 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Pembroke – Livell għoli ta’ trab u storbju

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30880, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux ilmenti minn residenti lill-Kunsill Lokali ta’ Pembroke dwar dan u jindika x’passi ttieħdu?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li l-Kunsill Lokali jieħu nota tal-ilmenti li jirċievi u jgħaddihom lill-entitajiet ikkonċernati skont in-natura tal-każ.

Il-Fgura – Triq Kottoner – tneħħija ta’ boulders tal-concrete

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-inkonvenjent li nħoloq fi Triq Kottoner Fgura bit-tqegħid ta’ boulders tal-concrete fin-nofs tagħha, jiġi mneħħi jew imtaffi, peress li diversi persuni ma jistgħux jaqsmu minn naħa għall-oħra tat-triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn il-boulders saru biex jipproteġu lis-sewwieqa mix-xogħlijiet li għaddejjin fit-triq imsemmija.  Sakemm kienu jippermettu x-xogħlijiet, kien hemm spazju bejn il-boulders sabiex persuna tista’ tgħaddi.  Minn din il-ġimgħa inbeda x-xogħol tal-iskavar fuq naħa minnhom u għaldaqstant, għas-sigurta’ ta’ kulħadd, ma jistax jiġi permess li persuna taqsam min-naħa għall-oħra tat-triq minn bejn dawn il-boulders.  Min ikollu bżonn jaqsam min-naħa għall-oħra tat-triq għandu jsegwi id-devjazzjonijiet indikati.

Il-Fgura - Triq Bormla u Triq Valperga - Ilqugħ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30585, jista’ l-Ministru jara li t-tarf ta’ Triq Valperga fil-Fgura , kif ukoll taħt l-mina, jiġi mdawwal aħjar peress li bħalissa ma tantx huwa mdawwal? Jista’ jara wkoll li jsir ilqugħ tal-ħadid fuq il-bankini taż-żewġ naħat sabiex jipproteġu lil min ikun qiegħed jaqsam?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Il-Fgura - Triq Bormla u Triq Valperga - Ilqugħ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30585, jista’ l-Ministru jara li t-tarf ta’ Triq Valperga fil-Fgura , kif ukoll taħt l-mina, jiġi mdawwal aħjar peress li bħalissa ma tantx huwa mdawwal? Jista’ jara wkoll li jsir ilqugħ tal-ħadid fuq il-bankini taż-żewġ naħat sabiex jipproteġu lil min ikun qiegħed jaqsam?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Il-Fgura - Triq Bormla u Triq Valperga - Ilqugħ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30585, jista’ l-Ministru jara li t-tarf ta’ Triq Valperga fil-Fgura , kif ukoll taħt l-mina, jiġi mdawwal aħjar peress li bħalissa ma tantx huwa mdawwal? Jista’ jara wkoll li jsir ilqugħ tal-ħadid fuq il-bankini taż-żewġ naħat sabiex jipproteġu lil min ikun qiegħed jaqsam?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ilqugħ protettiv ser jiġi installat fuq il-bankina prinċipali, liema bankina hi wiesgħa biżżejjed biex isservi l-iskop tagħha. Fir-rigward tal-ewwel mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Il-Fgura - Triq Bormla u Triq Valperga - Ilqugħ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30585, tista’ l-Ministru tara li t-tarf ta’ Triq Valperga fil-Fgura, kif ukoll taħt l-mina, jiġi mdawwal aħjar peress li bħalissa ma tantx huwa mdawwal? Tista’ tara wkoll li jsir ilqugħ tal-ħadid fuq il-bankini taż-żewġ naħat sabiex jipproteġu lil min ikun qiegħed jaqsam?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li saret spezzjoni mit-tekniċi tal-Enemalta fiż-żona indikata u nbidlu l-lampi li kien hemm maqtugħin kemm ġewwa kif ukoll barra l-mina. Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi t-tieni parti tal-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Pembroke - Livell għoli ta’ trab u storbju

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30878 u 30879 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid min huwa responsabbli sabiex ikun hemm għarfien aħjar ta’ dak li r-residenti ġewwa Pembroke għaddejjin minnu, u t-trab u storbju marbut mal-kostruzzjoni li għaddejja bħalissa jkun ikkontrollat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Pembroke - Livell għoli ta’ trab u storbju

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30878 u 30879 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid min huwa responsabbli sabiex ikun hemm għarfien aħjar ta’ dak li r-residenti ġewwa Pembroke għaddejjin minnu, u t-trab u storbju marbut mal-kostruzzjoni li għaddejja bħalissa jkun ikkontrollat?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill Onor.Interpellant li l-Ministeru responsabbli huwa dak għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni.

Il-Birgu - Parti ta’ Sant Anġlu - Tindif

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30867, jista’ l-Ministru jara li l-parti magħrufa bħala d-De Guiral Battery taħt Sant Anġlu fil-Birgu tinżamm aħjar mis-CWG Consortium imsemmija fl-istess tweġiba?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f’seduta oħra.