Kummissjoni Elettorali – ġurament għal votazzjoni kmieni — persuni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Elettorali hux se taħtar persuni barra minn Malta li quddiemhom jista' jittieħed ġurament skont l-Art. 77(3A)(a) tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354) biex elettur jivvota kmieni fl-elezzjonijiet Ewropej u lokali f'Mejju li ġej bħalma kien ġara fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7710 u jgħid kemm hemm persuni u immigranti rregolari fiċ-Ċentri Miftuħa? Jista’ jindika fejn huma mqassma u ta’ liema nazzjonalità huma?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7737 u jgħid kemm persuni bbenefikaw mill-hekk imsejħa in-work benefit tul is-sena 2017 u s-sena 2018 u jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li kienu benefiċjarji tal-In Work Benefit fis-snin imsemmija huwa kif ġej;
2017
2018
Nisa
1238
1482
Irġiel
2112
2822
Grazzi għal dan il-benefiċju ġdid, matul is-sena 2017 kien hemm total ta’ 3,350 persuna, li bbenefikaw. Matul is-sena 2018 kien hemm total ta’ 4,304 persuna li bbenefikaw, żieda ta’ 954 persuna fuq is-sena 2017.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-lapida li kienet tqiegħdet mill-Onor. Prim Ministru Dr Eddie Fenech Adami u l-Onor. Segretarju Parlamentari Stanley Zammit fl-1995 fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-Ġnien Pawlu Boffa, Raħal Ġdid, hiex ser titqiegħed lura f’postha jew le?
Fgura – trasport tal-iskejjel – pick up u drop off point
Question
B’referenza għall-informazzjoni addizzjonali mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7313, jista’ l-Ministru jibgħat għall-ġenituri biex jispjega għalfejn ix-xufier qiegħed jiddetermina huwa fejn hija ’l hekk imsejħa pickup u drop off point bi skuża ta’ traffic management jew li qiegħed jieqaf fit-triq biex studenti jmorru jixtru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi fil-ġranet li ġejjin uffiċjali tad-Dipartiment se jiltaqgħu mal-ġenituri kkonċernati.
Miżuri għall-konformità ma’ Regolament UE 2016/1191 tal-Parlament Ewropew
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri se jittieħdu biex Malta tiġi konformi ma' Regolament (UE) 2016/1191 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini permezz tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' ċerti dokumenti pubbliċi fl-UE u li jibda japplika fl-intier tiegħu fis-16 ta' Frar 2019?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kummissjoni Elettorali – ġurament għal votazzjoni kmieni — persuni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Elettorali hux se taħtar persuni barra minn Malta li quddiemhom jista' jittieħed ġurament skont l-Art. 77(3A)(a) tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354) biex elettur jivvota kmieni fl-elezzjonijiet Ewropej u lokali f'Mejju li ġej bħalma kien ġara fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita Kostituzzjonali indipendenti u ma taqax taht il-gurisdizzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew ta’ xi Ministeru iehor.
Ċentru taż-Żejtun – persuni li jattendu u li għandhom nuqqas ta’ saħħa mentali
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7791, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mill-24 persuna li għandhom nuqqas ta’ saħħa mentali jattendu kull ġimgħa fiċ-Ċentru taż-Żejtun? X’attivitajiet qegħdin jiġu organizzati lil dawn il-persuni matul il-ġimgħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-24 persuna li għandhom nuqqas ta’ saħħa mentali jattendu regolarment kull ġimgħa fiċ-Ċentru taż-Żejtun. Dawn il-persuni isirilhom OT assessment, Taħriġ tal-ADLs inklużi l-impjiegi, l-edukazzjoni, il-kura personali u l-ħiliet domestiċi, jagħtu s-setgħa lill-utenti tas-servizzi biex jimpenjaw ruħhom f'attivitajiet offruti mill-gruppi soċjali preferuti tagħhom kif ukoll carer programs.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw fondi lis-settur tal-volontarjat is-sena l-oħra biex isiru proġetti? Xi proġetti twettqu mill-flus mogħtija u lil min ingħataw dawn il-fondi?
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li applikaw sabiex jingħataw l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet 2017 u kemm sa issa fis-sena 2018? Kemm persuni ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju fl-istess żmien?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-nunru ta’ persuni li applikaw sabiex jingħataw l-Għajnuna Soċjali (SA), Għajnuna għad-Diżimpjieg (UA), Għajnuna Soċjali għall-ommijiet singoli (SUP), Għajnuna Soċjali għal dawk illi jgawdu Protezzjoni Sussidjarja (SUA) u Għajnuna Soċjali lil min ikun qed jattendi Programm ta’ rijabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga jew alkoħol (DAD), matul l-2017 kien ta’ 2,052 persuna, filwaqt illi matul l-2018, sal-ġurnata preżenti kien ta’ 1,510 persuni.
Mill-banda l-oħra n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-istess benefiċċji msemmija u ma baqgħux, matul is-sena 2017 kien jammonta għal 3,133 persuna, filwaqt illi matul din is-sena sal-lum, kien hemm 2,981 persuna.
Santa Luċija — Housing Estate - djar ta’ abitazzjoni proprjetà tal-Gvern mikrija b’titolu – ħsarat strutturali
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm djar ta’ abitazzjoni proprjetà tal-Gvern mikrija b’titolu ta’ kera fil-Housing Estates ta’ Santa Luċija li fihom ħsarat strutturali u kemm minnhom sarulhom tul din is-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu għas-sena 2018, dwar ħsarat strutturali fi djar mikrija mill-Gvern, jew l-Awtorita` tad-Djar f’Santa Luċija, hija kif ġej ;
- 33 każ fejn tlestew it-tiswijiet illi kien hemm bżonn li jsiru,
- 4 każijiet fejn għaddejjin bit-tiswijiet bħalissa,
- 37 każ fejn it-tiswijiet illi qed isiru bħalissa huma parti minn proġett sħiħ ta’ tiswijiet u tisbieħ fil-blokok sħaħ;
- U 25 każ illi għadhom pendenti quddiem l-Awtorita` tad-Djar.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni ta’ sess femminil li bdew jaħdmu tul din sena 2018? Jista’ jgħid kemm minnhom bdew jaħdmu għall-ewwel darba u kemm minnhom irritornaw lura għad-dinja tax-xogħol? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati bħala full-time u kemm bħala part-time?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba u li reġgħu irritornaw fid-dinja tax-xogħol wara ħames snin jew aktar bejn Jannar u Ġunju 2018, fuq bażi ta’ Full-Time u Part-Time bħala xogħol ewlieni tagħhom, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt:
Nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba bejn Jannar u Ġunju ta' 2018
Nisa li reġgħu irritornaw fid-dinja tax-xogħol bejn Jannar u Ġunju ta' 2018
Full-Time
Part-Time
bħala xogħol ewlieni
Total
Full-Time
Part-Time
bħala xogħol ewlieni
Total
3,483
1,401
4,884
382
421
803
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni bbenefikaw mill-hekk imsejħa in-work benefit tul is-sena 2017 u tul din is-sena, sal-aħħar ta’ Ottubru 2018 u jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Fgura – trasport tal-iskejjel – pick up u drop off point
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7313 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jinforma u jispjega għaliex is-sezzjoni tat-trasport tal-iskejjel u l-istess Segretarjat tal-Ministeru mhux qed tappoġja tnax-il familja mill-Fgura sabiex uliedhom jiġu miġbura u mniżżla fuq tabella eżisteni ta’ Pick up u Drop off point magħmula s-sena li għaddiet mill-Kunsill Lokali tal-Fgura fi Triq San Tumas, Fgura u qed iħallu lill-operatur iwaqqaf lit-tfal fejn hu konvenjenti għalih, bil-perikli li dan iġib għalihom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fis-7 ta' Novembru 2018, f'seduta numru 165.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm djar ta’ abitazzjoni proprjetà tal-Gvern mikrija b’titolu ta’ kera fil-Housing Estate tal-Fgura li fihom ħsarat strutturali u kemm minnhom sarulhom tul din is-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu għas-sena 2018, dwar ħsarat strutturali fid-djar mikrija mill-Gvern jew l-Awtorità tad-Djar, fil-Fgura, hija kif ġej ;
- 10 każijiet fejn tlestew it-tiswijiet li kien hemm bżonn illi jsiru
- 7 każijiet fejn qed isiru x-xogħlijiet bħalissa
- 11-il każ illi għadhom pendenti quddiem l-Awtorità tad-Djar
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu l-persuni li ħallsu biex daħlu jaraw id-Domus Romana ġewwa r-Rabat Malta tul is-snin 2016, 2017 u sa issa fis-sena 2018 u jista’ jindika jekk kemm-il darba kienx hemm viżti ta’ tfal tal-iskola u jekk iva kemm marru u jekk ġewx minn skejjel primarji jew sekondarji? Jista’ jindika wkoll jekk ittieħdux inizjattivi ġodda?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bejn l-2016, l-2017, u Jannar sa Settembru tal-2018 in-numru ta’ persuni li ħallsu biex żaru d-Domus Romana kien ta' 29,039, 31,187, 26,147. rispettivament. Intant infurmat li bejn l-2016 u l-2017 ma kinitx tinżamm statistika preċiża ta’ kemm żaru studenti dan is-sit. Madanakollu din is-sistema ġiet modifikata matul din is-sena u b’ hekk jidher li minn Jannar sa Settembru 2018 żaru dan is-sit 435 student minn skejjel primarji/sekondarji u 11-il student post- sekondarji. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li 130 student attendew għat-thematic events ġewwa d-Domus Romana
Infurmat ukoll li mill-2016 il-quddiem ġie maħdum programm tematiku li huwa adattat għas-seba’ sena u huwa marbut mal-curriculum tal-istorja ta’ dik is-sena. Dan jinkludi treasure hunt u hands on activity li għandha x’ taqsam mal-mosaic u re-enactment tal-każ Caius Verres.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm tressqu persuni l-Qorti mill-Pulizija akkużati b’reati kriminali (kumpilazzjonijiet) tul is-sena 2017 u jista’ jinforma b’liema reati ġew akkużati?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2017 tressqu elf, mitejn u erbgħa (1204) persuni l-Qorti mill-Pulizija akkużati b’reati kriminali (kumpilazzjonijiet).
Infurmat illi kien hemm firxa wiesgħa ta’ tip ta’ reati li bihom ġew akkużati dawn il-persuni li fost oħrajn kienu jinkludu :
- Omiċidji
- attentat ta’ omiċidji
- reati relatati ma’ serq
- riċettazzjoni
- offiżi volontarji u nvolontarji fuq il-persuna
- vjolenza jew reżistenza fuq uffiċjali pubbliċi
- stupru
- korruzzjoni ta’ minuri
- usura
- ħsarat volontarji
- reati relatati ma’ ħsarat fil-propjeta’
- abbandun ta’ minuri
- reati relatati ma’ frodi
- reati relatati ma’ drogi
- theddid
- pussess ta’ armi
- trattament mhux xieraq fuq annimali
- użu ħażin ta’ mezzi ta’ telekomunikazzjoni
- misapproprijazzjoni
- ħasil ta’ flus
- reati oħra ekonomiċi
- falsifikar ta’ flus
- ofiżi relatati ma’ immigrazzjoni illegali ta’ persuni
- falsifikazzjoni ta’ dokumenti
- reati relatati ma’ sigurta’ fuq ix-xogħol
- sekwestru
- prostituzzjoni
- żamma ta’ burdell
- rapporti foloz
- ġuramenti foloz
- fabbrikazzjoni ta’ evidenza falza
- reati relatati ma’ pornografija tat-tfal
- reati ta’ atti sesswali ma’ minorenni u reati oħra provduti mill-Kodiċi Kriminali jew liġijiet speċifici oħra.
F’ħafna mill-kumpilazzjonijiet il-persuni akkużati jittressqu fuq aktar minn reat wieħed.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni ta’ sess femminil li bdew jaħdmu fis-sena 2017? Kemm minnhom bdew jaħdmu għall-ewwel darba u kemm minnhom irritornaw lura għad-dinja tax-xogħol? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati full-time u kemm ġew impjegati part-time?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba u li reġgħu irritornaw fid-dinja tax-xogħol wara ħames snin jew aktar bejn Jannar u Diċembru 2017, fuq bażi ta’ Full-Time u Part-Time bħala xogħol ewlieni tagħhom, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt:
Nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba bejn Jannar u Diċembru tal-2017
Nisa li reġgħu irritornaw fid-dinja tax-xogħol bejn Jannar u Diċembru tal-2017
Full-Time
Part-Time
bħala xogħol ewlieni
Total
Full-Time
Part-Time
bħala xogħol ewlieni
Total
6,169
3,290
9,459
813
886
1,699
Triq li minn Ħaż-Żabbar tagħti għaż-Żejtun – xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju waslet it-triq li qed issir minn Ħaż-Żabbar saż-Żejtun? Jista’ jgħid kemm intefaq fiha sa issa u kemm huwa previst li ser jintefaq?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – impjegati li jaħdmu fuq kuntratt definittiv
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni fil-Ministeru u fid-dekasteri kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li jaħdmu fuq kuntratt tax-xogħol definittiv sal-aħħar tas-sena 2017? Jista’ jindika kemm kuntratti hemm li huma minn sitt xhur għal sitt xhur, kemm minn sena għal sena, u kemm iktar? Jista’ jindika kemm persuni kienu ta’ sess maskil u kemm femminil?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar tas-sena 2017, kien hemm 83 persuna li kellhom kuntratt ta’ xogħol definittiv fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ. Fost dawn kien hemm 46 li kellhom kuntratt minn sena sa sena filwaqt li 37 kellhom kuntratt ta’ tliet snin. Fost il-persuni kollha li kellhom kuntratt definittiv, kien hemm 21-il persuna ta’ sess femminili u 62 ta’ sess maskili.
Fi ħdan l-Ambaxxati ta’ Malta kien hemm 65 persuna li jaħdmu fuq kuntratt tax-xogħol definittiv. Kien hemm kuntratt wieħed ta' sitt xhur għal sitt xhur (kuntratt ta' 6 xhur u wara jsir indefinit), kif ukoll 61 kuntratt validu għal sena li jiġġedded kull sena. Kien hemm ukoll żewġ kuntratti validi għal sentejn li jiġġeddu kull sentejn, u kuntratt wieħed li kien għal sena u ma jiġġeddidx. Minn dawn kien hemm 51 persuna ta’ sess femminili u 14 ta’ sess maskili.
Ġewwa Trade Malta kien hemm żewġ impjegati fuq kuntratt tax-xogħol definittiv għal perjodu ta’ 3 snin. Dawn kienu persuna ta’ sess maskili u persuna ta’ sess feminili.