Legislature:
Category:
Reset
Active:

Jobsplus – korsijiet għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni b’diżabilità li ġew offruti kors mill-Jobsplus sabiex jgħinhom isibu impjieg matul is-sena li għaddiet? Fuqiex kien jikkonsisti l-kors u fejn sar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2018, in-numru ta’ persuni b’diżabilità li ġew offruti kors mill-Jobsplus kien ta’ 806, kif indikat fit-tabella hawn taħt: TaħriġNumru li ġew offruti Sheltered Employment Training48 Pre-Employment Training585 Taħriġ ieħor173 Total806 Il-Programm Sheltered Employment Training, li huwa parzjalment iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, jipprovdi taħriġ assistit għall-persuni b’diżabilità l-aktar severa bl-għan li jtejbu l-ħiliet tagħhom għad-dinja tax-xogħol. Diversi Job Coaches huma assenjati sabiex jissapportjaw lill-persuni li jattendu programm ta’ taħrig tul is-sena li jinkludi perjodu f’ambjent reali tax-xogħol. Dan it-taħriġ isir fil-fergħa ta’ Jobsplus l-Imsida u Għajnsielem Għawdex. Il-Pre-Employment Training huwa taħriġ speċifiku li jiffoka fuq ħiliet ta’ impjegabilità, komunikazzjoni, soċjali, kif ukoll ħiliet għal ħajja indipendenti. Dan it-taħriġ huwa parzjalment iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u jiġi offrut fil-fergħa ta’ Jobsplus Pembroke u Għajnsielem Għawdex. Taħriġ ieħor li ġie offrut lill-persuni b’diżabilità matul l-2018 kien jikkonsisti f’: · Basic ICT Skills · Food Handling B · Award in First Aid · ECDL · Maltese Language for foreigners · Numeracy · Sage Accounts · Award for Call Centre Agents · Award in Principles of Gardening & Landscapes · Award in Principles of Plumbing · Award in Private Security Guard Dan it-taħriġ isir f’Ħal Far kif ukoll f’Għawdex.

Servizz tal-Family Therapy u s-Servizz ta’ Psychology Team

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mis-Servizz tal-Family Therapy u s-Servizz ta’ Psychology Team matul is-sena li għaddiet? Hemm xi lista ta’ stennija għal dawn is-servizzi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, matul l-2018, is-Psychological Services fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), illi jiġbor fih tim multi-dixxiplinarju magħmul minn psikoterapisti, terapisti tal-familja, psikologi u counsellors, ħadem ma’ 320 individwu u 180 familja. Is-servizz jaħdem fuq bażi ta’ stennija u bħalissa hemm 15-il familja u 23 individwu jistennew illi jingħataw servizz. Attwalment qed isir proċess ta’ reklutaġġ biex jimtlew postijiet vakanti ta’ 5 psikologi / psikoterapisti u 2 terapisti tal-familja.

Awtorità tad-Djar – applikazzjoni għall-post

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7280, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma dawk il-kriterji stabbiliti mill-Awtorità tad-Djar sabiex kull individwu jkun jista’ japplika għall-post?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-kriterji sabiex individwu jkun jista’ japplika għall-akkomodazzjoni soċjali huma s-segwenti : 1) Ikun ċittadin Malti / tal-Unjoni Ewropea jew stat ta’ refuġjat; 2) F’każ ta’ separazzjoni, is-separazzjoni għandha tkun finalizzata; 3) Id-dħul ma jridx jeċċedi €10,000 għal persuna waħedha jew €12,000 + €700 għal kull wild taħt it-tmintax-il sena għal ġenitur wieħed/separat/koppja miżżewġa; 4) F’każ ta’ aħwa li jgħixu flimkien, id-dħul tagħhom ikun ikkunsidrat daqs ta’ koppja miżżewġa; 5) L-assi tal-applikant m’għandhomx jeċċedu t-€28,000 minn tliet snin qabel id-data tal-applikazzjoni; 6) Irid ikun ilu residenti Malta għal 12-il xahar konsekuttivi matul l-aħħar 18-il xahar; 7) Applikanti li jgħixu fil-kera privata, irid ikollhom titlu legali, jiġifieri irċevuta tal-kera dettaljata u kuntratt tal-kera validu.

Kunsilli Lokali – Karta tas-Servizz ta’ Kwalità

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li għandhom il-“Karta ta’ Servizz ta’ Kwalità”/“Quality Service Charter”?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellent li l-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, il-Mosta u Ħal Għargħur huma dawk il-Kunsilli Lokali li għandhom il-“Karta ta’ Servizz ta’ Kwalità”/“Quality Service Charter".

Kunsill tal-Ewropa — European Convention on Spectator Violence and Misbehaviour at Sports Events and in particular Football Matches- trattati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ulterjuri ttieħdu wara t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7328 rigward l-implimentazzjoni tal-European Convention on Spectator Violence and Misbehaviour at Sports Events and in particular Football Matches?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara diskussjonijiet bejn il-Ministeri li taħthom taqa’ l-Konvenzjoni bl-isem ta’ ‘European Convention on Spectator Violence and Misbehaviour at Sports Events and in particular at Football Matches’ tal-1985, ġie deċiż li Malta ser tkun qed tħares lejn Konvenzjoni oħra bl-isem ‘Council of Europe Convention on an Integrated Safety, Security and Service Approach at Football Matches and Other Sports Events’ li tibni fuq il-Konvenzjoni li semma l-Onor. Interpellant filwaqt li tolqot objettivi ġodda.

Ħal Tarxien – Triq il-Kbira — spejjeż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa Triq il-Kbira f’Ħal Tarxien, li reċentement saret bit-tarmak?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li bħalissa għaddejja konsultazzjoni bejn il-periti taż-żewġ naħat, u għaldaqstant ix-xogħol ta din it-triq għadu mhux konkluż u mhux possibbli li jingħata l-ammont f’dan l-istadju.

Ħal Tarxien – Triq Santa Maria — spejjeż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa Triq Santa Maria f’Ħal Tarxien, li reċentement saret bit-tarmak?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li mhux possibbli tingħata l-istima għal kemm ġiet tiswa Triq Santa Marija, peress li l-proġett kollu kien jinkorpora fih ż-żona ta’ Triq Santa Marija, Triq Betta u Vjal Simmons. L-ammont globali tal-proġett kien ta’ €107,043.20.
Leg 13 PQ #8638 Sitting 196 2019-02-12 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

NEET – żgħażagħ reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ reġistrati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training) preżentement?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-indikatur tan-NEET jinħadem fuq informazzjoni ta’ sena kompluta u għaldaqstant l-aktar informazzjoni riċenti li teżisti hi għas-sena 2017. F’din is-sena r-rata ta’ persuni ta’ bejn il-15 u l-24 sena li kienu meqjusin bħala NEET kienet ta’ 8.6%.

European Landscape Convention — ratifikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba hiex se tiġi ratifikata l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 176, “European Landscape Convention”?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2010 il-Gvern ta’ dak iż-żmien kien iddeċieda li din il-Konvenzjoni ma tkunx ratifikata.

Rapport tal-Awditur Ġenerali fuq ħruġ ta’ Viżas — passi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jieħu b’referenza għar-rapport preżentat mill-Awditur Ġenerali dwar il-Konsolat tal-Alġerija ntitolat ‘An Investigation of Visa issued by the Maltese Consulate in Algiers’?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-Ministeru ħa l-passi korrettivi fuq il-proċedura wżata fil-Konsolat ġewwa l-Alġerija ħafna qabel ma ġie publikat ir-rapport tal-Awditur Ġenerali. L-istess rapport tal-Awditur Ġenerali jikkonferma li l-Ministeru fiż-żmien li kienu saru l-allegazzjonijiet kien aġixxa b’mod korrett. Dan l-imsemmi rapport jagħmel ukoll referenza għal rapport ta’ evalwazzjoni li kienet għamlet il-Kummissjoni Ewropea f’Settembru 2016 fejn anke hawn dan ir-rapport ma sab l-ebda rregolaritajiet ħlief xi wħud operazzjonali. B’referenża għan-nuqqas ta’ riżorsi, din hija sfida li l-Ministeru ilu jħabbat wiċċu magħha snin twal u qed isiru l-isforzi biex nimpjegaw diplomatiċi ħalli jkunu jistgħu jservu kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta fid-diversi missjonijiet u konsolati li għandna. Tajjeb li ngħid li fil-preżent ġewwa l-Konsolat tagħna fl-Alġerija hemm Commercial Attaché mibgħut mill-Malta Enterprise u Konslu ġdid li huwa Konslu tal-karriera. Issa li r-rapport tal-Awditur Ġenerali ġie ppubblikat, nassigura lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru se jkompli janalizza l-partijiet li huma relevanti għall-Ministeru tiegħi u mhux spekulattivi ta’ dan l-istess rapport, ħalli fejn nistgħu nkomplu ntejjbu l-operat konsolari.

Ħal Tarxien – pensjonanti reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7702 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement f’Ħal Tarxien, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom, huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej; Tip ta’ Pensjoni Numru ta’ Pensjonanti Pensjonanti li qabżu s-70 sena Nisa Irġiel Pensjoni Kontributorja 374 143 32 Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)* 178 19 71 Pensjoni Mhux Kontributorja 64 26 4 Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)* 0 0 0 * Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija. Il-persuni hawn fuq msemmija jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra bħall-Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża, li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba. Fil-każ tal-persuni kkwotati fit-tabella t’hawn fuq, li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar. L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom, ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar. Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hija ogħla minn €600 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.

Pensjonanti li għandhom pensjoni ta’ inqas minn €600 fix-xahar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7700 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti preżentement f’pajjiżna, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ pensjonanti li d-dħul tagħhom mill-pensjoni jew pensjonijiet imma eskluż kull dħul ieħor, kien ta’ inqas minn €600, inkluż ukoll il-pensjoni mhux kontributorja u pensjoni mhux kontributorja (Pensjoni tas-Servizz), huwa kif ġej; Tip ta’ Pensjoni Numru ta’ Pensjonanti Pensjoni Kontributorja 21,069 Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz) 8197* Pensjoni Mhux Kontributorja 4,024 Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz) 7* Total 33,297 * Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija. Il-persuni hawn fuq msemmija jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra, bħall-Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba. Fil-każ tat-8,197 persuna li qed ikunu kkwotati hawn fuq, illi għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx illi dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar. L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar. Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hija ogħla minn €600 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.

Santa Luċija – pensjonanti reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7709 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement f’Santa Luċija, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej; Tip ta’ Pensjoni Numru ta’ Pensjonanti Pensjonanti li qabżu s-70 sena Nisa Irġiel Pensjoni Kontributorja 154 42 9 Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)* 86 7 46 Pensjoni Mhux Kontributorja 27 6 1 Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)* 0 0 0 * Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija. Il-persuni hawn fuq msemmija jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra bħal Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba. Fil-każ tal-persuni li qed ikunu kkwotati fit-tabella t’hawn fuq, li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar. L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar. Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €600 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.

Fgura – pensjonanti reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7708 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement fil-Fgura, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej; Tip ta’ Pensjoni Numru ta’ Pensjonanti Pensjonanti li qabżu s-70 sena Nisa Irġiel Pensjoni Kontributorja 458 124 37 Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)* 269 23 106 Pensjoni Mhux Kontributorja 58 23 2 Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)* 3 2 0 * Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija. Il-persuni hawn fuq msemmija jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra bħal Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba. Fil-każ tal-persuni li qed ikunu kkwotati fit-tabella t’hawn fuq, li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar. L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar. Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €600 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.

Gudja – pensjonanti reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7706 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement fil-Gudja,li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej; Tip ta’ Pensjoni Numru ta’ Pensjonanti Pensjonanti li qabżu s-70 sena Nisa Irġiel Pensjoni Kontributorja 127 39 7 Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)* 75 3 24 Pensjoni Mhux Kontributorja 18 11 3 Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)* 0 0 0 * Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija. Il-persuni hawn fuq msemmija jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra bħal Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba. Fil-każ tal-persuni li qed ikunu kkwotati fit-tabella t’hawn fuq, li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar. L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar. Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €600 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.

Raħal il-Ġdid – pensjonanti reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7704 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement f’Raħal il-Ġdid, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej; Tip ta’ Pensjoni Numru ta’ Pensjonanti Pensjonanti li qabżu s-70 sena Nisa Irġiel Pensjoni Kontributorja 466 175 47 Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)* 187 24 85 Pensjoni Mhux Kontributorja 125 49 9 Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)* 0 0 0 * Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija. Il-persuni hawn fuq msemmija jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra bħal Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba. Fil-każ tal-persuni li qed ikunu kkwotati fit-tabella t’hawn fuq, li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar. L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar. Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €600 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.

Social Workers

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7204, jista’ l-Ministru jgħid fejn huma allokati l-254 social worker li qed jaħdmu fil-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali? Jista’ jgħid x’inhuwa l-irwol tas-social workers li jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Miżuri għall-konformità ma’ Regolament UE 2016/1191 tal-Parlament Ewropew

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri se jittieħdu biex Malta tiġi konformi ma' Regolament (UE) 2016/1191 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini permezz tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' ċerti dokumenti pubbliċi fl-UE u li jibda japplika fl-intier tiegħu fis-16 ta' Frar 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.