Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal il-Ġdid – kotba mixtrija u mogħtija lil-librerija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Raħal Ġdid tul is-sena 2018? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika f'Raħal Ġdid għas-sena 2018 hu kif se nsemmi: Xiri ta' kotba ġodda - 203 Donazzjonijiet - 297 Kotba mislufa - 41,692

Santa Luċija – kotba mixtrija u mogħtija lil-librerija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Santa Luċija tul is-sena 2018? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika f'Santa Luċija għas-sena 2018 hu kif se nsemmi: Xiri ta' kotba ġodda - 222 Donazzjonijiet - 653 Kotba mislufa - 16,125

Birgu – kotba mixtrija u mogħtija lil-librerija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa l-Birgu tul is-sena 2018? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika fil-Birgu għas-sena 2018 hu kif se nsemmi: Xiri ta' kotba ġodda - 64 Donazzjonijiet - 113 Kotba mislufa - 2,481

Il-Gudja – Triq Castagna Filippu — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni tinsab Triq Castagna Filippu fil-Gudja u x’passi se jittieħdu biex issir?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li dan ix-xogħol beda u saret naħa waħda ta’ bankina minn Infrastructure Malta. Dan ix-xogħol għandu jitkompla minn Infrastructure Malta.

Qrati – ittri uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew preżentati ittri uffiċjali fil-Qrati tagħna tul is-sena 2018 u jista’ jindika kemm minnhom ġew preżentati kemm quddiem il-Qorti tal-Maġistrati kif ukoll quddiem il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili f’Malta u Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li fis-sena 2018 ġew ippreżentati dawn l-ittri uffiċjali fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili u fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Malta: Prim Awla tal-Qorti Ċivili 4,522 Qorti tal-Maġistrati (Malta) 3,906 Fis-sena 2018 ġew ippreżentati dawn l-ittri uffiċjali fil-Qorti tal-Maġistrati Għawdex: Qorti tal-Maġistrati Ġurisdizzjoni Superjuri Sezzjoni Ġenerali 515 Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) 180

Rapporti ta’ serq ta’ passaporti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm persuni li tul is-sena 2018, irrappurtaw lill-Ministeru u lill-Ambaxxati, li kien insterqilhom il-passaport?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2018 kien hemm erbatax (14)-il rapport ta’ serq ta’ passaporti.

Birgu – ħsara fil-Kappella tal-Qalb ta’ Ġesu

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra xi ħsara saret lill-Kappella tal-Qalb ta’ Ġesu fi Triq il-Qalb ta’ Ġesu, il-Birgu u jekk kemm-il darba humiex ser isiru t-tiswijiet neċessarji fiha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Kappella mhijiex proprjetà tal-Gvern. Mhux eskluż li d-Direttorat tar-Restawr għad li mhumiex proprjetà tal-Gvern jirrestawra kappelli partikolari partikolarment jekk jiġu suġġeriti minn Kunsilli Lokali skont skemi apposta.

Qorti — Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – ittri uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew preżentati ittri uffiċjali ai termini tal-artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili fil-Qrati tagħna tul is-sena 2018 u jista’ jindika kemm minnhom ġew preżentati kemm quddiem il-Qorti tal-Maġistrati kif ukoll quddiem il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili f’Malta u Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li fis-sena 2018 l-ittri uffiċjali ppreżentati ai termini tal-Artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili u fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Malta kienu dawn: Prim Awla tal-Qorti Ċivili 208 Qorti tal-Maġistrati (Malta) 2,716 Fis-sena 2018 l-ittri uffiċjali ppreżentati ai termini tal-Artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili fil-Qorti tal-Maġistrati Għawdex kienu dawn: Qorti tal-Maġistrati Ġurisdizzjoni Superjuri Sezzjoni Ġenerali 9 Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) 104

Qrati – Kodiċi Ċivili — rikorsi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew preżentati rikorsi quddiem il-Qrati tagħna taħt l-artikolu 495A tal-Kodiċi Ċivili tul l-2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fis-sena 2018 ġew ippreżentati 39 rikors taħt l-Artikolu 495A tal-Kodiċi Ċivili fil-Qorti ta’ Malta ppreżentati fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili. Apparti dawn kien hemm 2 rikorsi ta’ appell ippreżentati fil-Qorti tal-Appell sabiex jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili. Fil- Qorti ta’ Għawdex, matul is-sena 2018 ġew preżentati 13-il rikors ai termini tal-artiklu 495A tal-Kodiċi Ċivili.

Talbiet għall-bidu ta’ proċeduri ta’ separazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm saru talbiet għall-bidu ta’ proċeduri ta’ separazzjoni permezz tal-medjazzjoni fil-qrati tagħna tul is-sena 2018 u jista’ jindika dan quddiem il-Qrati ta’ Malta u Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

Fil-Qorti ta’ Malta, matul is-sena 2018 ġew preżentati 1197 proċedura ta’ separazzjoni permezz tal-medjazzjoni, 907 nbdew permezz ta’ ittra u 290 inbdew permezz ta’ nota konġunta. Fil-Qorti ta’ Għawdex matul is-sena 2018 ġew preżentati 45 proċedura ta’ separazzjoni permezz tal-medjazzjoni, 34 nbdew permezz ta’ ittra u 11 inbdew permezz ta' nota kunġunta.
Leg 13 PQ #9047 Sitting 202 2019-02-26 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Laqgħat barra mill-pajjiż — attendenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema laqgħat barra minn pajjiżna attenda u huwa previst li jattendi tul din is-sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni rigward il-laqgħat li diġa saru s’issa matul is-sena 2019 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għall-bqija tas-sena, il-Ministru ser jattendi kull laqgħa li titqies ta’ mportanza għal pajji¿na u l-finanzi tiegħu, inklu¿ dawk tal-Unjoni Ewropea, u ta’ Banek Internazzjonali għall-I¿vilupp.

Bormla – Triq il-Pellegrinaġġ — balavostri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-balavostri fi Triq il-Pellegrinaġġ, Bormla jitlestew?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla illi fl-laqgħa li saret ftit tal-ġranet ilu tħabbar li x-xogħol fuq il-balavostri miexi u kif jitlestew ser jitkopmla x-xogħol. Il-Kunsill Lokali għamel pressjoni sabiex dan ix-xogħol jitlesta fl-iqsar żmien possibbli.

Bormla — Knisja ta’ San Pawl – restawr u tindif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex previst li l-Knisja ta’ San Pawl Bormla tiġi restawrata u mnaddfa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Knisja ta’ San Pawl f’Bormla, propjeta tal-Knisja, kienet ġiet irrestawrata fl-2002 u inawgurata fil-bidu tal-2003. Ix-xogħol kien ikkummisjonat mill-Uffiċċju tar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera, taħt id-direzzjoni teknika tat-Taqsima tar-Restawr.
Leg 13 PQ #9041 Sitting 201 2019-02-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Raħal Ġdid — Ġnien Dom Mintoff - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar tul is-sena li għaddiet, kemm intnefaq s’issa u x’se jsir tul din is-sena fi Ġnien Dom Mintoff ġewwa Raħal Ġdid?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru numru sostanzjali ta’ xogħlijiet fi Ġnien Duminku Mintoff. · Saru passaġġi skont id-disinn il-ġdid b’ sub-base li jinkludi fih is-servizzi kollha neċessarji ta’ dawl u ilma. · Inbnew żewġ ġibjuni li flimkien jammontaw għal aktar minn 500 metru kubu ta’ ilma, bil-għan li jinġabar l-ilma tax-xita li jinġema’ fil-wied. · Ġiet mibnija ukoll pump room bil-għan li l-ilma li jinġabar fil-ġibjuni jerġa’ jintuża għat-tisqija tal-pjanti u siġar, u anke biex jitħaddmu ż-żewġ water features li saru. · Saru żewġ water features - waħda naturali u oħra magħmula apposta għad-divertiment tat-tfal. · Sar ammont konsiderevoli ta’ xogħol ta’ tisbiħ u landscaping. · Inżabru s-siġar kollha tal-ġnien, tpoġġiet ħamrija ġdida, kif ukoll 75 siġra u 3000 pjanti ġodda. · Ġiet installata ukoll sistema totalment ġdida ta’ irrigazzjoni, bankijiet, bike racks u kontenituri tar-reċiklaġġ. · Fil-ġimgħat li ġejjin se tiġi ffinaliżżata l-installazzjoni ġdida tad-dawl, kif ukoll iż-żona ta’ rikreazzjoni għat-tfal. S’issa, in-nefqa totali hija ta’ madwar €670,000.

Ħal Tarxien – Vjal Simmons — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u għad iridu jsiru fi Vjal Simmons u Triq Betta Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal tarxien li fi Vjal Simmons u Triq Betta, sar u għadu għaddej ix-xogħol ta’ Resurfacing.

Ħal Tarxien – Triq is-Sorijiet u Triq Santa Teresa — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq is-Sorijiet u Triq Santa Teresa f’Ħal Tarxien humiex se jsiru jew le mill-ġdid?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsilli Lokali ta’ Ħal Tarxien li Triq is-Sorijiet mhux ħa ssir mil-kunsill imma min-naħa tal-Infrastructure Malta. Intant infurmat li Triq Santa Tereża, qiegħda fil-pjanijiet biex issir min-naħa tal-Kunsill Lokali fil-futur qrib.

Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri fil-Qrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri fil-Qorti sal-aħħar tas-sena 2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta kien hemm 64 persuni reġistrati fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri fil-Qorti sal-aħħar tas-sena 2018. Tajjeb li jingħad li pero hemm 65 reġistrazzjoni peress li persuna waħda kienet reġistrata darbtejn b’żewġ sentenzi.

Laqgħat barra mill-pajjiż — attendenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il laqgħa attenda barra minn pajjiżna tul is-sena li għaddiet sija fi ħdan l-Unjoni Ewropea u sija għal laqgħat oħra?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ attenda disgħa u sebgħin (79) laqgħa barra minn Malta matul l-2018.

Kunsilli Lokali – ħaddiema b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema b’diżabilità fil-Kunsilli Lokali? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-ħatriet tagħhom u f’liema kunsilli jaħdmu?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taht hawn tabella li turi kemm hemm persuni bi b¿onnijiet speċjali f’kull Kunsill Lokali. L-Onor. Interpellant jifhem li l-ħatra ta’ dawn l-individwi m’għandiex tingħata għal protezzjoni tal-identita’ tagħhom. Kunsill Lokali Ammont Il-Belt Valletta Nil L-Imdina Il-Birgu 1 L-Isla Nil Bormla 1 Ħal Qormi 2 Ħa¿-¯ebbug Nil Ħa¿-¯abbar 2 Is-Siġġiewi Nil I¿-¯ejtun Ir-Rabat (G) 1 Ħ’Attard Nil Ħal Balzan Birkirkara Bir¿ebbuġa Ħad-Dingli 1 Il-Fgura Nil Floriana Il-Fontana Il-Gudja Il-G¿ira Għajnsielem 1 L-Għarb 2 Ħal Għargħur Nil L-Għasri Ħal Għaxaq Il-Ħamrun 1 L-Iklin Nil Il-Kalkara Ta’ Kerċem 1 Ħal Kirkop Nil Ħal Lija Ħal Luqa 1 Il-Marsa Nil Marsaskala 1 Marsaxlokk Nil Il-Mellieħa L-Imġarr Il-Mosta L-Imqabba L-Imsida Il-Munxar In-Nadur In-Naxxar 1 Paola Nil Pembroke Tal-Pietà 1 Il-Qala Nil Il-Qrendi Ir-Rabat (M) Ħal Safi 1 San Ġiljan Nil San Ġwann San Lawrenz San Pawl il-Baħar Ta’ Sannat 1 Santa Luċija 1 Santa Venera Nil Tas-Sliema Is-Swieqi Ta’ Xbiex Ħal Tarxien 1 Ix-Xagħra Nil Ix-Xewkija Ix-Xgħajra 1 I¿-¯ebbuġ 1 I¿-¯urrieq Nil L-Imtarfa Total: 23