Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #10290 Sitting 230 2019-06-03 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ġnien Dom Mintoff — xogħlijiet u nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol finalment sar fuq Ġnien Dom Mintoff ġewwa Raħal Ġdid? Jista' jindika kemm effettivament ġie minfuq fuq il-proġett kollu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn huma x-xogħlijiet kollha li saru fi Ġnien Duminku Mintoff: · Saru ’l fuq 2000 sqm ta’ passaġġi skont id-disinn il-ġdid b’ sub-base li jinkludi fih is-servizzi kollha neċessarji ta’ dawl u ilma. · Inbnew żewġ ġibjuni li flimkien jammontaw għal aktar minn 500 metru kubu ta’ ilma, bil-għan li jinġabar l-ilma tax-xita li jinġema’ fil-wied. · Ġiet mibnija ukoll pump room bil-għan li l-ilma li jinġabar fil-ġibjuni jerġa’ jintuża għat-tisqija tal-pjanti u siġar, u anke biex jitħaddmu ż-żewġ water features li saru. · Saru żewġ water features - waħda naturali li timtela’ mill-ġibjun u l-oħra magħmula apposta għad-divertiment tat-tfal li tuża ilma mill-provvista diretta tal-gvern biex ikun sigur għat-tfal; · Sar ammont konsiderevoli ta’ xogħol ta’ tisbiħ u landscaping. · Inżabru s-siġar kollha tal-ġnien, tpoġġiet ħamrija ġdida, kif ukoll 75 siġra u 23,000 pjanti u fjuri. · Ġiet installata ukoll sistema totalment ġdida ta’ irrigazzjoni b’tul ta’ aktar minn 4km, liema sistema tissupplixxi l-ilma għal pjanti u s-siġar skont il-bżonn tal-istaġun. · Twaħħlu total ta’ 53 bank ġdid. · Saru 3 bike racks ġodda. · Ġew installati 6 kontenituri tar-reċiklaġġ u 3 bins għal ħmieġ tal-klieb. · Saret bankina ġdida mad-dawra tal-ġnien twila kważi 400 metru. · Twaħħlu 14-il CCTV Camera li huma wireless u mgħammra apposta sabiex jissorveljaw iż-żona anke fid-dlam. · Il-ġnien ġie mgħammar b’dawl adekwat li jinkludi 60 bollard tad-dawl baxxi, 16-il pole tad-dawl għoljin u 11 uplighters tas-siġar. Dan l-investiment sewa miljun ewro.

Persuni — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fuq bażi part-time sal-aħħar ta’ April 2019? Jista’ jindika kemm minnhom kellhom l-impieg part-time bħala primary job? Kemm minnhom kellhom mal-part-time, full-time job? Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel? Kemm minnhom qabżu l-età tal-pensjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, iż-żewġ tabelli t’hawn taħt juru l-ammont ta’ nisa u rġiel li jaħdmu f’Malta u Għawdex fuq bażi part-time with full-time u part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom u kemm minnhom qabżu l-età tal-pensjoni (63+) fl-aħħar ta’ Novembru 2018. Tabella A: Part-Time with Full-Time Part-Time with Full-Time Nisa Irġiel Total Nisa Irġiel Total 9,532 18,772 28,304 20,395 14,819 35,214 Tabella B: Kemm minnhom qabżu l-et à tal-pensjoni (63+) Part-Time with Full-Time Part-Time bħala xogħol ewlieni Nisa Irġiel Total Nisa Irġiel Total 114 624 738 1,743 4,534 6,277 Nota: Dawn in-nies huma diġà inklużi f’tabella A. L-aħħar figuri ppubblikati huma ta' Novembru 2018.

Presidenza — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal-liema laqgħat barra minn pajjiżna u fl-Unjoni Ewropea huwa previst li se jattendi fit-tieni sitt xhur ta' din is-sena tul il-presidenza l-ġdida li ġejja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nifhem li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għal laqgħat barra minn pajjiżna fit-tieni sitt xhur tal-presidenza l-ġdida fl-2019 u li huma laqgħat relatati direttament mal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea. Skont il-kalendarju tal-Kunsill tal-Ministri provdut mill-Presidenza, il-laqgħat li huma relatati mal-edukazzjoni u x-xogħol huma dawn: Data Laqgħa 24 ta' Ottubru 2019 EPSCO Council (Lussemburgu) 8 ta' Novembru 2019 Joint Council Meeting (EDUC & ECOFIN) & Education Council Meeting 21 ta' Novembru 2019 EYCS Council 10 ta' Diċembru 2019 EPSCO Council Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li għadu kmieni wisq sabiex nikkonferma liema laqgħat sejjer nattendi partikolarment dwar dawk il-laqgħat li l-kompetenzi tagħhom jaqgħu taħt aktar minn Ministeru wieħed. Minbarra l-laqgħat imsemmija, hemm ukoll previst attendenza għat-tieni European Education Summit li se jsir fi Brussell fis-26 ta' Settembru 2019, organizzat mill-Kummissjoni Ewropea.

Jobsplus — Spezzjonijiet - Unlicensed Foreigners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm instabu persuni Unlicensed Foreigners fl-ispezzjonijiet tal-Jobsplus tul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena (Jannar sa April 2019), iċ-ċifra ta’ persuni barranin li nstabu jaħdmu illegalment minbarra l-Unjoni Ewropea kien ta’ 311-il persuna.

Persuni ta' Nazzjonalità barranija — permess għall-ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet pendenti fl-aħħar ta’ April 2019 għall-persuni ta’ nazzjonalità li mhix dik ta’ dawn l-gżejjer sabiex jingħataw il-permess biex jaħdmu ma' Jobsplus tul dan ix-xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar t’April 2019, Jobsplus kellha 66 talba pendenti għal permess biex jaħdmu (Employment Licence) minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Dawn l-applikazzjonijiet ġew prinċipalment sottomessi minn applikanti li qed ifittxu l-ażil f’Malta, benefiċjarji ta’ protezzjoni nazzjonali u internazzjonali, residenti fit-tul, u ċittadini oħra ta’ pajjiżi terzi li mhumiex eliġibbli biex japplikaw għal Single Residence/Work Permit. Sal-aħħar t’April 2019, Jobsplus kellha 718-il talba pendenti għal permess ta’ Single Residence/Work Permit.

Arbitru tas-Sigurtà Soċjali – każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem l-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali fl-aħħar tas-sena 2018? Jista’ jinforma wkoll kemm każijiet ġew deċiżi tul l-istess żmien?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fl-aħħar tas-sena 2018 kien hemm, 739 każ ta’ appell pendenti, quddiem l-Arbitru. B’kollox matul is-sena 2018 ġew deċiżi, 373 każ ta’ appell.

Università ta’ Malta – tranġar tal-kmamar tal-banju

Question

B’referenza għad-domandi parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li tul din is-sena, il-kmamar tal-banju li jinsabu fil-librerija tal-Università li huma aċċessibbli kemm għall-istudenti kif ukoll għall-ħaddiema, jiġu rranġati u possibbilment sostitwiti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif ikkomunikat fir-risposti għall-mistoqsijiet preċedenti, il-kmamar tal-banju kollha tal-Librerija tal-Università ser jiġu sostitwiti matul is-sena 2019. Għaldaqstant, infurmat li tħejjew il-pjanti ta' dawn il-kmamar tal-banju u bħalissa qegħdin fil-proċess sabiex jitħejja t-tender għal dawn ix-xogħlijiet.

Kawżi kriminali – spejjeż peritali

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inġabru lura mill-ispejjeż peritali f’kawżi kriminali tul is-sena li għaddiet 2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta inġabar l-ammont ta’ €173,767.17 bħala spejjeż peritali matul is-sena 2018. Fir-rigward tal-Qorti ta’ Għawdex inġabar l-ammont ta’ €4,880.13 bħala spejjeż peritali matul is-sena 2018.

Sptar Monte Carmeli — impjegati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra kemm kien hemm persuni impjegati ġewwa l-Isptar Monte Carmeli tul is-sena 2018 u jista’ jindika l-iskala rispettiva tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġewwa l-isptar Monte Carmeli fl-2018 kien hemm 409 ħaddiema li kellhom skala minn 1 sa 10 u 294 li kellhom skala minn 11 sa 18.

Requisition orders li jirrigwardjaw proprjetajiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm requisition orders pendenti fl-aħħar tas-sena 2018 li għaddiet u jista’ jinforma kemm kienu jirrigwardjaw proprjetajiet f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, Santa Luċija u l-Fgura?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-aħħar tas-sena 2018, l-Awtorità tad-Djar kellha 162 requisition order pendenti. Minn dawn 9 kienu jirrigwardjaw proprjetajiet f’Raħal Ġdid, 3 f’Ħal Tarxien u 2 fil-Fgura. Ma kien ebda requisition order fl-2018, ta’ proprjetajiet fil-Gudja u Santa Luċija.
Leg 13 PQ #9196 Sitting 210 2019-03-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Att dwar is-Sigurtà Soċjali

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti fir-rigward l-Avviż Legali Nru 289/2016 li sar fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, jista’ l-Ministru jikkonsidra li dak li hemm stabbilit għas-settur privat, jiġi estiż ukoll għas-settur pubbliku kollu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-proposta diġà tħabbret fid-Diskors tal-Baġit 2019 paġna 17.

Att dwar is-Sigurtà Soċjali

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti fir-rigward l-Avviż Legali Nru 289/2016 li sar fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jikkonsidra li dak li hemm stabbilit għas-settur privat jiġi estiż ukoll għas-settur pubbliku kollu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, dak li hemm stabbilit bl-Avviz Legali Numru 289/2016, issa huwa applikabbli wkoll għas-settur pubbliku b’effett minn Jannar 2019.

Fgura – uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni kien hemm jaħdmu fl-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa l-Fgura u jista’ jindika kemm persuni użaw is-servizz tal-post tul is-sena 2018?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fl-Uffiċċju Distrettwali tal-Fgura hemm jaħdmu Acting Manager tlett darbiet fil-ġimgħa u żewġ skrivani. In-numru ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi offruti mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, minn dan l-uffiċċju matul l-2018, kien jammonta għal 8,458.

Raħal il-Ġdid – uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni kien hemm jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa Raħal Ġdid u jista’ jindika kemm persuni użaw is-servizz tal-post tul is-sena 2018?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fl-Uffiċċju Distrettwali ta’ Raħal Ġdid hemm jaħdmu żewġ skrivani full time u persuna li tattendi darbtejn fil-ġimgħa, waqt illi l-pożizzjoni ta’ Manager qed timtela permezz ta’ roster minn Managers oħra li qed jintbagħtu minn uffiċċji distrettwali oħra. In-numru ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi offruti mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, minn dan l-uffiċċju kien ta’ 14,817.

Ħal Tarxien – Tempji Neolitiċi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni żaru t-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2018 u jista’ jinforma l-Kamra kemm studenti tal-primarja ttieħdu fih kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ħal Tarxien – użu tal-Berġa tas-Saħħa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra kemm persuni użaw is-servizzi tal-Berġa tas-Saħħa ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2018?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm madwar 2,819 il-persuna matul is-sena 2018 li użaw is-servizz ta’ tabib mill-Berġa tas-Saħħa ta’ Ħal Tarxien.

Ipoġew ta’ Ħal Saflieni

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni żaru l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni tul is-sena 2018? Jista’ jinforma wkoll lill-Kamra kemm studenti tal-primarja ttieħdu fih, kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-amont ta’ viżitaturi li żaru li l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni kien jammonta għall-33,033 viżitatur u d-dħul totali mill-bejgħ ta' biljetti kien jammonta għal €715,906. Intant infurmat li l-ispejjeż relatati mal-post kienu jammontaw għal €180,056. Skejjel primarji ma jżurux dan is-sit.

Sptar Monte Carmeli – persuni rikoverati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra kemm persuni ġew ammessi fl-Isptar Monte Carmeli tul is-sena 2018 u jista’ jindika kemm kien hemm persuni rikoverati fl-aħħar tas-sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2018 kien hemm 2,154 persuni li ġew ammessi fl-isptar Monte Carmeli li minnhom 1,366 kienu ammessi għal aktar minn darba. Fl-aħħar ġurnata tas-sena 2018 kien hemm 367 persuni li kienu qed jiġu rikoverati fl-istess sptar.

Wied il-Għajn – delitti rappurtati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew rappurtati delitti ġewwa l-Għassa ta’ Wied il-Għajn tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalità ta’ Marsaskala u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija jammonta għal tliet mija u wieħed u erbgħin (341). Minn dawn mija u tnax (112) kienu każijiet ta’ serq.