Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid – Triq Żabbar — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-aħħar parti ta’ Triq Żabbar, Raħal Ġdid li saret reċentement?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qed iwettaq investiment bla preċedent sabiex pajjiżna jilħaq il-mira nazzjonali li gradwalment ikollna infrastruttura tat-toroq tal-aqwa kwalità, b’aktar effiċjenza u sikurezza għal dawk li jużawha u bil-kapaċità u s-sistemi kollha meħtieġa biex b’mod sostenibbli tibqa’ twieżen il-progress soċjali u ekonomiku ta’ pajjiżna anke fil-futur. Infrastructure Malta mill-ewwel bdiet ħidma bla heda f’ħafna toroq f’kull lokalità. Minbarra proġetti kbar f’toroq arterjali, għaddejja wkoll bi programm ta’ ħidma ta’ titjib ta’ mijjiet ta’ toroq oħra, kemm residenzjali kif ukoll dawk fil-kampanja. Bħalissa għaddej ġmielu x-xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ madwar 120 triq residenzjali f’ħafna lokalitajiet differenti li se jsiru din is-sena bħala parti mill-investiment ta’ €700 miljun. Qed jiġu aġġudikati wkoll is-sejħiet għall-offerti għal kuntratt ieħor li permezz tiegħu Infrastructure Malta se tkun qed tibda tibni mill-ġdid 170 triq residenzjali oħra aktar tard din is-sena. Minbarra xogħlijiet ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt, l-aġenzija qed twettaq ukoll programm ta’ manutenzjoni u tiswijiet ta’ ħafna toroq oħrajn li jkunu jeħtieġu li jsirilhom intervent urġenti sakemm jasal il-waqt biex dawn ukoll jinbnew mill-ġdid. Fost it-toroq li sarilhom intervent simili kien hemm parti minn Triq Żabbar, Raħal Ġdid. Ix-xogħlijiet, li saru billejl, laħqu l-valur ta’ €69,450.76 u kienu jinkludu tneħħija tal-wiċċ tat-triq fejn kien hemm il-ħsarat, tiswijiet ta’ tappieri u kisi mill-ġdid tat-triq b’diversi saffi t’asfalt.

Raħal Ġdid – Triq Dr Karl Chircop — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jsiru xi xogħlijiet biex Triq Dr Karl Chircop f’Raħal Ġdid tiġi aħjar milli hija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Fl-ewwel kuntratt b’valur totali ta’ €53.5 miljun iffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid hemm Triq il-Qalb ta’ Ġesù u Triq ix-Xewk li huma lesti, Triq il-Ġdida li qed issir bħalissa, kif ukoll Triq Sammat u Triq iċ-Ċimiterju li wkoll se jinbnew mill-ġdid din is-sena. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn f’Raħal Ġdid - Triq il-Wied u Triq Sultana. L-investiment bla preċedent li qed nagħmlu fit-toroq residenzjali huwa mifrux fuq seba’ snin u għaldaqstant, it-toroq residenzjali l-oħrajn f’din il-lokalità wkoll ser jinbnew mill-ġdid fiż-żmien li ġej. Biex tfassal il-listi tat-toroq u tiddeċiedi liema minnhom għandhom jingħataw priorità, Infrastructure Malta tikkonsulta mal-Kunsilli Lokali u entitajiet oħrajn konċernati, waqt li tikkunsidra wkoll talbiet għall-għajnuna li jsirulha direttament minn ħafna residenti. L-għażla ssir wara li jiġu meqjusin l-istat preżenti tat-toroq, il-konnessjonijiet ta’ triq ma’ toroq jew inħawi oħrajn fil-lokalità, il-frekwenza ta’ kemm jintużaw, kif ukoll attivitajiet fl-inħawi li jistgħu jintlaqtu ħażin mix-xogħlijiet skont meta jsiru, bħalma huwa l-każ ta’ toroq li jinsabu f’żoni turistiċi u dawk qrib l-iskejjel. Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f’dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.

Il-Gudja – Dawret il-Gudja u Triq Burglat — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Dawret il-Gudja u Triq Burglat fil-Gudja? Jista’ jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti li għadha fl-istadju ta’ aġġudikazzjoni, sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Fil-lokalità tal-Gudja hemm Triq Filippu Castagnia fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li diġà tlestiet u Triq il-Lewż li qed tinbena mill-ġdid bħalissa. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn fil-Gudja – Triq id-Dejqa, Triq Joseph Pace, Triq Santa Katerina u triq bla isem li tinsab bejn Triq Joseph Gravina u Triq Ħal Għaxaq. Bħalissa qed tinbena wkoll mill-ġdid Dawret il-Gudja, li hija waħda mir-rotot ewlenin lejn l-ajruport. Infrastructure Malta għaddejja wkoll b’xogħlijiet fi Triq Bur Glat, li tmiss magħha, bħala parti minn programm nazzjonali li qed twettaq biex ittejjeb anke t-toroq li jintużaw mill-bdiewa.

Il-Gudja – Triq il-Lewż — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Triq il-Lewż fil-Gudja? Jista’ jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti li għadha fl-istadju ta’ aġġudikazzjoni, sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Triq il-Lewż fil-Gudja hija fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali u din qed tinbena mill-ġdid bħalissa. F’din il-lista, mill-istess lokalità, kien hemm ukoll Triq Filippu Castagnia li diġà tlestiet. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn fil-Gudja - Triq Joseph Pace, Triq id-Dejqa u triq bla isem li tinsab bejn Triq Joseph Gravina u Triq Ħal Għaxaq.

Laqgħat barra mill-pajjiż — attendenza

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9046, jista’ l-Ministru jippreżenta lista tal-vjaġġi kollha li saru minnu fis-sena li għaddiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vjaġġi li seħħew matul is-sena li għaddiet huma: Pajjiż Dati Laqgħat Jannar Liechtenstein 14 ta’ Jannar 2018 14 ta’ Jannar 2018. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela, żar Vaduz fil- Prinċipat ta’ Liechtenstein fejn kellu laqgħa bilaterali mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin, il-Ġustizzja u l-Kultura, Aurelia Frick. L-Isvizzera 16 ta’ Jannar 2018 16 ta’ Jannar 2018. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela żar Bern, il-kapitali tal-Konfederazzjoni Svizzera, fejn kellu taħdidiet uffiċjali ma’ Ignazio Cassis, Kunsillier Federali u Kap tad-Dipartiment għall-Affarijiet Barranin tal-Konfederazzjoni Svizzera. Isvizzera 17 ta’ Jannar 2018 Laqgħa mal-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, William Lacy Swing Alġerija 21 ta’Jannar 2018 Laqgħa bilateral mall-ex Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Alġerija, l- E.T. Abdelkader Messahel fil-marġini tal- tal-Laqgħa Ministerjali tal-5+5 Alġerija 21 ta’ Jannar 2018 L-Onor. Ministru Carmelo Abela pparteċipa fl-Erbatax-il-Laqgħa Ministerjali tad-Djalogu tal-Punent tal-Mediterran magħruf bħala ‘Id-Djalogu 5+5’ Belġju 22 ta’ Jannar 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin Italja 29 ta’ Jannar 2018 Konferenza Internazzjonali tal-OSCE fuq ir-Responsabilita’ ta’ Stati, Instituzzjonijiet u Individwi fil-ġlieda kontra l-anti-Semitiżmu Frar Il-Bulgarija 5-6 ta’ Frar 2018 Bejn il-5 u 6 ta’ Frar 2018 l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, marret Sofija fuq ¯jara Statali. Waqt din iż-żjara l-E.T. il-President tar-Repubblika ta’ Malta, kienet akkumpanjata minn delegazzjoni li kienet komposta mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, fost oħrajn. Matul iż-Żjara ġew iffirmati ħames Memoranda ta’ Ftehim, fosthom wieħed bejn il-MEDAC u Università f’Sofija. 20 ta’ Frar Laqgħa Informali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin għall-Iżvillup Belġju 24-25 ta’ April 2018 Konferenza III fi Brussell għas-Sirja Belġju 26 ta’ Frar 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin Il-Kroazja 26-27 ta’ Frar 2018 Bejn is-26 u s-27 ta’ Frar 2018 kien hemm ¯jara Statali fil-Kroazja. L-E.T il-President tar-Repubblika ta’ Malta, kienet akkumpanjata mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, delegazzjoni ta’ Kummerċ, u uffiċjali oħra. Ġenevra 27 ta’ Frar 2018 Il-37 Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet Tal-Bniedem (Human Rights Council) Svizzera Fit-28 ta’ Frar 2018 L-Onor. Carmelo Abela ltaqa’ mad-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin l-E.T. Pham Binh Minh waqt is-37 Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem. Marzu Indja Mill-5 sat-8 ta’ Marzu 2018 Żjara uffiċjali ġewwa l-Indja fejn il-Ministru Abela mexxa delegazzjoni ta’ 26 negozjant Malti. Hu ltaqa’ wkoll mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Indjan l-E.T. Sushma Swaraj, mal-Ministru tal-Kummerċ u l-Industrija l-E.T. Suresh Prabhu u mal-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Barranin l-E.T. Mobashar Jawed Akbar. Italja 15 ta’ Marzu 2018 Konferenza Ministerjali Straordinarja ghal-UNRWA Belġju 19 ta’ Marzu 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin Awstralja Mill-28 ta’ Marzu sas-7 t’April 2018 L-Onor. Carmelo Abela akkumpanja lill-Onor. Prim Ministru Dott. Joseph Muscat għall-ftuħ uffiċjali tal-Gold Coast Commonwealth Games April Belġju 16 t’April 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin Ir-Renju Unit 16-20 April 2018 CHOGM Belġju, Brussell Fil-25 ta’ April 2018 Brussel Milll-24 sal-25 ta’ April 2018 Il-Ministru Carmelo Abela attenda it-Tieni Konferenza dwar is-Sirja Istati Uniti u l-Kanada 25 ta’ April – 7 ta’ Mejju 2018 Il-Ministru Carmelo Abela, akkumpanja lill-President ta’ Malta, l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca fuq żjara lill-komunitajiet Maltin f'Detroit u f'San Francisco kif ukoll lill-komunitajiet Maltin f’Toronto u Vancouver. Mejju Rabat 2 ta’ Mejju 2018 Laqgħa Ministerjali tal-Proċess tar-Rabat Belġju, Brussell 6 ta’ Mejju 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin flimkien mal-Ministri responsabbli għad-Difiża Belgju 14 ta’ Mejju 2018 Konferenza Dwar Il-Vittmi Tal-Vjolenza Etnika u Reliġjuża fil-Lvant Nofsani Il-Portugal 15-17 ta’ Mejju 2018 Bejn il-15 u s-17 ta’ Mejju 2018. L-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, marret il-Portugal fuq Żjara Statali u kienet akkumpanjata mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela li ltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Portugal, Augusto Santos Silva. Bratislava 17 ta’ Mejju 2018 Fis-17 ta’ Mejju 2018, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela pparteċipa fil-‘Globsec Forum 2018’ fejn kellu wkoll laqgħa bilaterali mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tas-Slovakkja, Miroslav Lajèák. Danimarka 17 – 18 ta’ Mejju Il-128 Sessjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa Belġju 22 Mejju 2018 Laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin għall-Iżvillup / Konferenza Internazzjonali għal Gambja Belġju 28 ta’ Mejju 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin Pariġi 29 ta’ Mejju 2018 L-Onor. Carmelo Abela akkumpanja lill-Prim Ministru ta’ Malta, l-Onor. Joseph Muscat għas-Summit fuq il-Libja Ġunju L-Italja 15 ta’ Ġunju 2018 Fil-15 ta’ Ġunju 2018. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela, żar il-belt kapitali Ruma, fejn iltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Italja Enzo Moavero Milanesi. It-tnejn urew ix-xewqa li jkomplu jsaħħu r-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi. Iżrael Mit-18 sal-20 ta’ Ġunju 2018 L-Onor. Carmelo Abela għamel żjara ufficjali l-Iżrael. Palestina Mill-20 sal-21 ta’ Ġunju 2018 L-Onor. Carmelo Abela għamel żjara ufficjali il-Palestina. Belġju 25 ta’ Ġunju 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin Lulju Franza 13 ta’ Lulju 2018 Fit-13 ta’ Lulju 2018. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela, żar Franza fejn kellu laqgħat uffiċjali mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Jean-Yves le Drian, f’Pariġi. Belġju 16 ta’ Lulju 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin Stati Uniti 18 ta’ Lulju -Forum Politiku ta’ Livell Għoli -Laqgħa mal-Uffiċċju ta’ Prof. Virginia Gamba, Rappreżentant Speċjali tal-Ġnus Maqgħuda għat-Tfal u l-Kunflitt Armat Bo¿nija-Ħerzegovina 23-24 ta’ Lulju 2018 Bejn it-23 u l-24 ta’ Lulju 2018, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela, żar Sarajevo fejn kellu laqgħat uffiċjali mal-E.T. Igor Crnadak, Ministru għall-Affarijiet Barranin, kif ukoll mad-Deputat Chairman tal-Kunsill tal-Ministri u l-Ministru tal-Kummerċ u r-Relazzjonijiet Ekonomiċi tal-Bożnija-Ħerzegovina, l-E.T. Mirko Šaroviæ. Ġappun, Tokyo Mit-30 ta’ Lulju 2018 sa t-2 t’Awwissu 2018 L-Onor. Ministru Carmelo Abela akkumpanja lill-Onor. Prim Ministru Joseph Muscat waqt ýjara ġewwa l-Ġappun bejn it-30 ta’ Lulju 2018 u t-2 t’Awwissu 2018. Waqt din iý-ýjara kien hemm laqgħat mal-Onor. Prim Ministru Shinzô Abe u mal-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Barranin l-Onor. Kazuyuki Nakaneto. Awwissu Dubrovnik Mill-31 t’Awwissu u sal-1 ta’ Settembru 2018 Il-Ministru Abela ltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterran l-E.T. Nasser Kamel fil-marġini tal-Forum ta’ Dubrovnik Settembru Bled Strategic Forum 10-11 ta’ Settembru 2018 Bejn l-10 u l-11 ta’ Settembru 2018. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela attenda l-Forum Strateġiku ta’ Bled, fejn kellu laqgħat ta’ korteżija mal-E.T. Miro Cerar, Prim Ministru tar-Repubblika tas-Slovenja, mal-E.T. Igor Darmanovic, Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Montenegro u l-E.T. Andrej Zhernovski, Deputat Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Maċedonja. Ċina, Beijing Mit-12 sal-15 ta’ Settembru 2018 l-Onor. Carmelo Abela matul din iż-żjara iltaqa’ mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin l-E.T. Wang Yi biex ukoll imexxi l-laqgħa tal-Medium Term Cooperation Plan. Matul iż-żjara iltaqa’ wkoll mal-Ministru tal-Kummerċ, l-E.T. Zhong Shan, u mal-Ministru tal-Kultura u Turiżmu l-E.T. Luo Shugang. New York 24-28 ta’ Settembru 2018 73Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda: -Nelson Mandela Summit -Global Call to Action on the World Drug Problem -High Level Side Event: The Global Compact for Refugees – A greater solidarity and cooperation, organised by UNHCR -High Level Event: Youth 2030 convened by UNICEF & UNSG Envoy for Youth -EU Foreign Affairs Meeting -High Level Panel on Migration and Structural Transformation in Africa -High Level Event on Action for Peacekeeping -Transatlantic Dinner -EU Hosted High Level Meeting on the Syria -Declaration of Human rights- A prevention tool to achieve peace adn sustainable development -High Level Debate: Africa-Open for Business -Opening of the United General Assembly (UNGA) -Ensuring justice for Syria and the role of the International, Impartial and Independent Mechansism (IIIM) in the process -Africa Forum- Sustaining a peaceful and prosperous Africa -Laqgħa ma’ Peter Thomson, Mibgħut Speċjali tal- tal-Ġnus Maqgħuda dwar l-Oċeani -Laqgħa ma’ Prof. Virginia Gamba, Rappreżentant Speċjali tal-Ġnus Maqgħuda għat-Tfal u l-Kunflitt Armat -17thCommonwealth Foreign Affairs Ministers’ Meeting (CFAMM) -Malta Side-Event: Giving Voice to Evidence: Overcoming a Distorted Narrative on Migration and Moving Towards Evidence Based Migration Policy Development -Fil-marġni tal-Laqgħa tal-Assemblea tal-Ġnus Magħquda, il-Ministru Abela kellhu laqgħa mal-President tal-Fondazzjoni Anna Lindh, is-Sinjura Elisabette Guigou -Waqt il-Laqgħa Ġenerali tal-Ġnus Magħquda ta’ Settembru saret laqgħa bilaterali bejn l-Onor. Carmelo Abela u d-Deputat Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin H.E. Pham Binh Minh waqt it-73 sessjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Ġnus Magħquda. -Fis-27 ta’ Settembru 2018 l-Onor. Ministru Carmelo Abela kellu laqgħa bilaterali mal-Onor. Shri Mobashar Jawed Akbar, Ministru tar-Relazzjonijiet Barranin tal-Indja, fil-marġini tat-73 Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fi New York. New York 26 ta’ Settembru 2018 Amerka, New York (UNGA) Mil-24 sas-27 ta’ Settembru 2018 Ottubru Emirati Għarab Magħquda Fl-1 ta’ Ottubru 2018 Fl-1 ta’ Ottubru 2018, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela żar l-Emirati Għarab Magħquda għall-laqgħat uffiċċjali mal-għola awtoritajiet. Matul din iż-żjara ta’ ħidma, huwa akkumpanja lill-E.T il-President tar-Repubblika li mexxiet delegazzjoni ta' livell għoli b’numru ta’ uffiċjali minn Property Malta u rappreżentanti kummerċjali li attendew is-Cityscape Global Expo f’Dubai. Kuwajt Fit-3 ta’Ottubru 2018 Fit-3 ta’Ottubru 2018, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela żar il-Kuwajt għall-laqgħat uffiċċjali mal-Emir, il-Prim Ministru u d-Deputat Prim Ministru u il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Kuwajt. Għal din iż-żjara, kien ukoll, akkumpanjat minn uffiċjali ta’ Trade Malta, Malta Enterprise, l-Universita’ ta’ Malta u l-MCAST. Waqt din iż-żjara, ġie ffirmat l-Memorandum of Understanding fil-qasam tal-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka Xjentifika bejn iż-żewġ pajjiżi. Barċelona 8 ta’ Ottubru 2018 L-Onor. Ministru Abela attenda t-Tielet Forum Reġjonali li jiġbor il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni għall-Mediterran bl-isem ta’ "Għaxar snin tal-Unjoni għall-Mediterran’ Belġju 15 ta’ Ottubru 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin Belġju, Brussell 18-19 ta’ Ottubru 2018 Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ akkumpanja lill-Onor. Prim Ministru Joseph Muscat għal-Laqgħa bejn il-Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi Asjatiċi (ASEM) waqt is-Summit Spanja 25-26 t’Ottubru 2018 Il-Konferenza Annwali tal-Mediterran tal-OSCE Ateni, Greċja Fid-29-30 ta' Ottubru 2018 Fid-29-30 ta' Ottubru 2018, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela attenda It-Tielet Samit Dinji bejn l-Unjoni Ewropea u l-Pajjiżi Għarab f' Ateni. Novembru Ċina, Shanghai 5-10 ta’ Novembru 2018 Fis-6 ta’ Novembru 2018, waqt żjara fiċ-Ċina mill-Onor. Prim Ministru Joseph Muscat, akkumpanjat mill-Onor. Carmelo Abela, ġie ffirmat Memorandum ta’ Ftehim fil-qafas tal-inizzjativa Ċiniza Belt and Road. Palermo Mit-12 sat-13 Novembru 2018 L-Onor. Carmelo Abela akkumpanja lill-Prim Ministru ta’ Malta, l-Onor. Joseph Muscat għall-Konferenza ghall-Libja Il-Maċedonja ta’ Fuq 14 ta’ Novembru 2018 14 ta’ Novembru. Il-Prim Ministru l-Onor Joseph Muscat, akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ, għamel l-ewwel żjara uffiċjali fil- Maċedonja ta’ Fuq, fejn kellu laqgħa mal-Prim Ministru tal-Maċedonja ta’ Fuq, l-E.T. Zoran Zaev. Belġju 19 ta’ Novembru 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin Belġju, Brussell 20 ta’ Novembru 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin flimkien mal-Ministri responsabbli għad-Difiża Italja 23 ta’ Novembru 2018 Laqgħa mal-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, António Vitorino Italja, Ruma 24 ta’ Novembru 2018 L-Onor. Ministru kellu laqgħa bilaterali fil-marġini tar- Raba’ Djalogu tal-Mediterran f’Ruma mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġappuniz l-Eċċellenza tiegħu Tarô Kôno, fejn ġew diskussi r-relazzjonijet bilaterali kif ukoll il-ftuħ ta’ Ambaxxata Maltija fil-Ġappun. Il-Polonja 25 ta’ Novembru 2018 Fil-25 ta’ Novembru 2018, l-Onor. Carmelo Abela, Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, kien kelliem ewlieni fil-ħames edizzjoni tal-Forum annwali tas-Sigurtà ta' Varsavja (Warsaw Security Forum) li sar fil-Varsavja. Belġju 26 ta’ Novembru 2018 Laqgħa Informali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin għall-Iżvillup Svizzera, Ġinevera 29 ta’ Novembru 2018 L-Onor. Carmelo Abela attenda it-13-il konferenza ministerjali dwar l-Afganistan f’Ġinevra. F’din l-okka¿joni, l-Ministru tkellem dwar il-progress li sar fejn jidħlu r-riformi mnehdija mill-gvern Afgan u l-iżviluppi lejn il-paċi fil-pajjiż. Diċembru Italja 6 ta’ Diċembru 2018 OSCE Laqgħa tal-Ministri f’Milan Belġju 10 ta’ Diċembru 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin Marokk 10 – 11 ta’ Diċembru Konferenza Intergovernattiva fuq il-Patt Globali għall-Migrazzjoni Laqgħa mal-Direttur Ġenerali taċ-Ċentru Internazzjonali għall-Iżviluppatur tal-Politika tal-Migrazzjoni (ICMPD), Michael Spindelegger Awstrija 17 - 18 ta’ Diċembru 2018 F’ Diċembru 2018. Il-Prim Ministru, l-Onor. Joseph Muscat, flimkien mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor.Carmelo Abela, kienu fi Vjenna ghall-Forum Afrika-Ewropa fuq koperazzjoni fl-era digitali.

Social Workers

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8624 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7204, jista’ l-Ministru jgħid fejn huma allokati l-254 social worker li qed jaħdmu fil-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali? Jista’ jgħid x’inhuwa l-irwol tas-social workers li jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ Mistoqsija Parlamentari 10373.

Ħal Tarxien – Triq is-Sorijiet — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex previst li tul din is-sena tiġi rranġata Triq is-Sorijiet f’Ħal Tarxien?

Response (BORG, IAN)

Ninnota b’sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Triq is-Sorijiet f’Ħal Tarxien tagħmel parti mil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li se jinbnew mill-ġdid din is-sena. Mill-istess lokalità hemm ukoll Triq iż-Żejtun li qed issir bħalissa u Triq Santa Marija li diġà tlestiet. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn f’Ħal Tarxien - Triq Marjanu Gerada, Triq it-Tempji Neolitiċi u Triq Paola.

Trade Malta – inizjattivi mar-Repubblika tal-Ghana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu minn Trade Malta mar-Repubblika tal-Ghana tul din is-sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2019 TradeMalta kompliet bil-ħidma tagħha biex tkattar iktar opportunitajiet ta' kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi. Għal dan il-għan TradeMalta ħadmet biex isir business forum bejn intrapriżi Maltin u Ghaniżi waqt iż-Żjara Statali ta’ l-E.T. il-President tar-Repubblika tal-Ghana. TradeMalta ltaqgħat ma numru ta’ intrapriżi li diġà qiegħdin jagħmlu kummerċ jew mħajjra jagħmlu negozju fil-Ghana biex iżżomm ruħa aġġornata ma' żviluppi li saru jew inkella biex tagħti pariri lil imprendituri fuq opportunitajiet fil-Ghana. Dan kollu dejjem jsir b’kollaborazzjoni stretta u b’konsultazzjoni mal-Kumissarju Għoli fil-Ghana.

Ħal Tarxien – Tempji Neolitiċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9188 u jgħid kemm persuni żaru t-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2018 u jista’ jinforma l-Kamra kemm studenti tal-primarja ttieħdu fih kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ viżitaturi ġewwa t-tempji ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2018 kien jammonta għal: · 78,298 bħala viżitaturi bi ħlas · 9,301 bħala viżitaturi bla ħlas, dan jinkludi l-open day li saret fi Frar 2018. In-numru ta’ studenti tal-primarja u sekondarja kien jammonta għal 529 (is-sistema ma tagħmilx distinzjoni bejn studenti tal-primarja u sekondarja). B’ referenza lejn l-ispejjeż relatati mat-tempji ta’ Ħal Tarxien ninfurmak li l-ispejjeż rikurenti relatati mal-post kienu jammontaw ghal € 73,517.

Ħal Tarxien – Triq Santa Tereża – xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9044, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li tiġi rranġata Triq Santa Tereża f’Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li din it-triq ġiet asfaltata u tlestiet.

Raħal Ġdid – Ġnien Pawlu Boffa — ġibjun

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba l-ġibjun li hemm f’Ġnien Pawlu Boffa, Raħal Ġdid huwiex jiġi użat u kkurat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid li l-ġibjun li hemm f’Ġnien Pawlu Boffa ser ikun qed jiġi użat biex isir drip irrigation.

Raħal Ġdid – lapida ta’ Ftuħ ta’ Ġnien

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8617, jista’ l-Ministru jgħid meta attwalment ġiet imwaħħla lura mill-ġdid il-lapida kommemorattiva?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid li l-lapida kommemorattiva ġiet imwaħħla lura mill-ġdid fis-26 ta' April 2019.

Proġett marbut mal-ISF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni jinsab il-proġett marbut mal-ISF (Fond għas-Sigurtà Interna) b’mod partikolari wara l-Avviż numru TMFA 002/2019?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-Tender TMFA 002/2019 Ex-Post Evaluation of Internal Security Funds (ISF) (2014-2020) projects implemented by the Ministry for Foreign Affairs and Trade Promotion jinkludi l-ingaġġ ta’ konsulenti biex jevalwaw proġetti li l-Ministeru ser ikun qed jimplimenta taħt il- Programm Fond ta’ Sigurta’ Interna 2014-2020. Taħt dan il-programm il-Ministeru ser ikun qed jimplimenta erba’ progetti: - 7.01: Training in Schengen and Immigration Matters - 7.02: Operational Costs - 7.03: Re-engineering and Operational Costs of the National Visa Information System (N-VIS) - 8.03: Upgrade and Refurbishment of Consular Posts Il-proġetti kollha għadhom fl-istadji inizjali. L-iskop tal-ingaġġ kmieni fil-proġetti huwa sabiex il-konsulent/i ikun/u qed jevalwa l-andament tal-proġetti tul it-twettiq tagħhom u mhux fl-aħħar meta jiġu konklużi.

Trade Malta — inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu minn Trade Malta tul din is-sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inizjattivi li ttieħdu minn TradeMalta minn Jannar sa Mejju ta’ din is-sena kienu dawn: 1. Implimentat il-‘ Go Global’ li hu taħriġ dwar l-esportazzjoni mifrux fuq għaxar ġimgħat bejn Jannar u Marzu, b’kollaborazzjoni mal-Universita’ ta' Malta u ma’ bank ewlieni. 2. TradeMalta akkumpanjat lill-Prim Ministru b’delegazzjoni ta’ kummerċ lejn Gujarat, l-Indja, bejn il-15 u l-20 ta’ Jannar. 3. F’Jannar ukoll, TradeMalta, flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ, tellgħet delegazzjoni ta’ kummerċ lejn Istanbul waqt iż-żjara statali fit-Turkija tal-President Emeritus l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca, fil-prezenza tiegħi bħala Ministru responsabbli mill-Promozzjoni tal-Kummerċ. 4. Fl-istess xahar ukoll, TradeMalta akkumpanjat lill-President Emeritus fuq żjara istituzzjonali ġewwa l-Iżrael u l-Palestina. 5. Business Seminar fit-28 ta’ Frar dwar l-esportazzjoni ta’ prodotti ta’ ikel u xorb, kif ukoll ħejjiet sessjoni ta’ informazzjoni fit-18 ta’ Marzu dwar it-Tieni Esebizzjoni ta’ Importazzjoni fiċ-Ċina ( Second China Import Expo ), flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ. 6. TradeMalta kkumplimentat iż-żjara statali tal-President Ganiż f’Malta waqt il- Malta-Ghana Business Forum fl-26 ta’ Marzu fejn tħejjew ukoll numru ta’ B2Bs bejn intrapriżi Maltin u dawk Ganiżi. 7. TradeMalta ħadet sehem f’delegazzjoni ta’ kummerċ lejn Seoul u Singapore bejn it-2 u l-10 ta’ April. 8. TradeMalta ħadmet mal-Ambaxxata Maltija f’Ruma biex intrapriżi Maltin jattendu taħriġ speċjalizzat fuq opportunitajiet ta' kummerċ man-Nazzjonijiet Magħquda fis-16 ta’ Mejju. 9. F’Mejju wkoll, fuq stedina tal-Gvern Etijopjan, il-Kap Eżekuttiv ta’ TradeMalta akkumpanja lill-Ambaxxatur Malti għall-Etijopja, l-E.T. Ronald Micallef, sal-Etijopja fuq żjara esplorattiva.