Ħal Tarxien — skola primarja - xogħlijiet ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja se jsiru fl-iskola primarja Ħal Tarxien tul dan is-sajf?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskola primarja ta’ Ħal Tarxien dan is-sajf kienu kif se nsemmi:
· Xogħol ta’ gradi
· Xogħol ta’ tikħil u żebgħa
· Installazzjoni ta’
shading devices
· Irranġar ta’ soqfa
· Irranġar ta’ faċilitajiet sanitarji
Il-Gudja — skola primarja - xogħlijiet ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja ser jsiru fl-iskola primarja fil-Gudja tul dan is-sajf?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskola primarja tal-Gudja dan is-sajf kienu jinvolvu:
· Xogħol ta’ tikħil u żebgħa
· Installazzjoni ta’
shading devices
· Xogħol ta’
plumbing
· Xogħol ta’ ġardinaġġ
· Irranġar ta’ għamara
Santa Luċija — skola sekondarja - xogħlijiet ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja se jsiru fl-iskola sekondarja Santa Luċija Malta tul dan is-sajf?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf l-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskola sekondarja ta’ Santa Luċija dan is-sajf kienu kif se nsemmi:
· Xogħol ta’ tikħil u żebgħa
· Xogħol ta’ ristrutturar f’parti mill-binja sabiex tospita l-uffiċċju tal-Prinċipal tal-Kulleġġ, inkluż aperturi, xogħol ta’ tikħil u żebgħa, xogħol ta’
partitions
u installazzjoni ta’ faċilitajiet sanitarji
· Installazzjoni ta’ gradi ġodda
· Tlestija ta’ xogħol f’sitt
workshops
ġodda
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni pubblika iktar ċara wara l-aħħar ċirkolari datata t-18 ta’ Ġunju 2019 dwar x’uniformi jistgħu jilbsu l-istudenti għas-sena akkademika li ġejja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ċ-ċirkolari tat-18 ta’ Ġunju 2019 hija ċara. Għas-sena skolastika 2019/20 l-istudenti jistgħu jilbsu t-tracksuit kuljum, li tinkludi poloshirt, t-shirt, shorts, beritta u ġakketta għax-xitwa tal-uniformi attwali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm studenti fl-iskejjel sekondarji li studjaw u resqu għall-eżami fil-Latin jew il-Grieg?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda studenti fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat li jistudjaw il-Latin jew il-Grieg. Infurmat ukoll li m’hemmx studenti fl-iskejjel Sekondarji Non-Statali li jitgħallmu dawn is-suġġetti.
Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jsir it-tindif neċessarju fiż-Żona Industrijali ta’ Kordin u l-madwar tagħha, għax għalkemm iffrekwentata sew, inkluż minn diversi sportivi, mhix mogħtija l-kura u l-attenzjoni neċessarja?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm manutenzjoni tax-Xatt tax-Xgħajra, iktar issa li ġej is-sajf, peress li hemm bankijiet mhux miżbugħa u ħadid li daħal is-sadid għalih?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ – ingaġġ ta’ persuni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10399 u jgħid kemm ġew ingaġġati persuni ġodda mal-Ministeru fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena? X’sejħiet pubbliċi hemm pendenti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li matul fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena gew ngaġġati persuni ġodda f’dawn il-pożizzjonijiet:
- Project Officer (fondi mill-EU) b’effett mill-15.01.19
- EU Fund Officer b’effett mit-22.01.19
- Senior Manager (People Management) b’effett mit-22.01.19
- Officer in Grade 6 b’effett mill-01.04.19
- Officer in Grade 4 b’effett mill-01.04.19
-
Ma hemm l-ebda sejħa publika pendenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10400 u jgħid kemm hemm persuni li ma baqgħux jaħdmu mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u għaddew f’pożizzjonijiet oħra tul dawn l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm ħamsa (5) impjegati li mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ għaddew f’pożizzjonijiet oħra tul dawn l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena.
Il-Fgura — skejjel primarji - xogħlijiet ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja se jsiru fl-iskejjel primarji fil-Fgura tul dan is-sajf?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskejjel primarji tal-Fgura dan is-sajf kienu:
· Xogħol ta’ tikħil u żebgħa
· Irranġar ta’ sistemi ta’ drenaġġ u ilma
· Xogħol fuq turġien biex jinħoloq aċċess għall-bejt
Raħal Ġdid — skola Primarja - xogħlijiet ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja se jsiru fl-iskola primarja f'Raħal Ġdid tul dan is-sajf?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskola primarja f’Raħal Ġdid dan is-sajf kienu:
· Gradi tal-ħadid ġodda.
· Tiswija fil-faċċata tal-iskola.
· Xogħol ta’
plumbing
· Faċilitajiet sanitarji ġodda
· Xogħol ta’ tikħil u żebgħa
· Tiswija fis-soqfa
Il-Fgura – Triq Valperga – tindif u rijabilitazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu għat-tindif u rijabilitazzjoni taż-żona u t-Triq Valperga, fil-Fgura?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li ż-żona msemmija, fejn jidħlu toroq u bankini dawn qegħdin jitnaddfu fuq bażi kontinwa u d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni twettaq xogħol ta' qtugħ ta’ ħaxix u tneħħija ta’ rimi ta skart illegali meta jkun meħtieġ.
Intant infurmat ukoll li d-Direttorat tar-Restawr qed jagħmel xogħol ta’ dokumentazzjoni fuq is-sur ta’ San Ġwann li jinstab fil-viċinanzi ta’ Triq Valperga. Dan qed isir bil-ħsieb li jinħareġ tender għar-restawr ta’ dan is-sur fix-xhur li ġejjin, kif ukoll infurmat li hemm l-intenzjoni li jinħareġ tender ieħor għar-restawr ta’ parti oħra tal-istess sur matul is-sena d-dieħla.
Il-Fgura – Triq Valperga – tindif u rijabilitazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu għat-tindif u rijabilitazzjoni taż-żona u t-Triq Valperga, fil-Fgura?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li materjal, kif wkoll ħaxix ħażin u skart ieħor li gie mormi fil-passaġġ li jagħti min Triq Valperga għal Għajn Dwieli ġie mneħħi f'April 2019 biex dan il-passaġġ ikun aċċessibli mill-publiku. L-aċċess tal-vetturi fil-wied min naħa ta' Għajn Dwieli ngħalaq biex jonqos rimi ta skart goff fil-wied u magħtul dan il-passaġġ. Il-branch ta' Kordin tal-Protezzjoni Ċivili ġew infurmati u ingħatatilhom kopja taċ-ċwievet biex ikollhom aċċess f'każ ta' inċident.
Mil-24 ta' Mejju, sar wkoll intervent ta' tindif min materjal mormi u tneħħija ta' siġar invażivi f'Wied Blandun biswit Triq il-Kampanella u Vjal it-28 ta'April.
Fil-ġranet li ġejjin ser isir ukoll tindif u qtugħ ta’ ħaxix ħażin li hemm ma ġenb is-swar fi Triq Valpegra.
Identity Malta — Dixxendenti Maltin li jgħixu fit-Tuneżija, fl-Eġittu u fl-Alġerija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux rappreżentazzjonijiet ma’ Identity Malta sabiex numru ta’ persuni ta’ dixxendenza Maltija li jgħixu fit-Tuneżija, l-Eġittu u l-Alġerija u għar-raġunijiet storiċi ma jistgħux jippreżentaw ċertifikat tat-twelid oriġinali mill-Istat, jistgħux minnflok iressqu ċertifikati tal-magħmudija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għas-Servizzi Konsulari fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ għamel ir-rappreżentazzjonijiet meħtieġa mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Identity Malta sabiex ikun esplorat l-aħjar mod kif persuni ta’ dixxendenza Maltija li jgħixu fit-Tuneżija, fl-Eġittu u fl-Alġerija, li għal raġunijiet storiċi ma jistgħux jippreżentaw ċertifikat tat-twelid oriġinali tal-iStat jingħataw il-possibbiltà li minflok jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-magħmudija. Id-Direttorat huwa nfurmat minn Identity Malta li każi ta’ dan it-tip se jibdew jiġu trattati każ każ, u deċiżjoni dwarhom tittieħed kif meħtieġ.
Ħal Tarxien — Triq il-Witja u Triq id-29 ta' Mejju 1592 - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża biex saru Triq il-Witja u Triq id-29 ta' Mejju 1952 ġewwa Ħal Tarxien? Jista' jgħid għaliex Triq id-29 ta' Mejju għadha ma saritx u jidher li x-xogħol waqaf? Jista' jgħid jekk dawn tħallsux u jekk le kienx hemmx fondi biżżejjed biex isir dan?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.