Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #11685 Sitting 270 2019-10-29 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Rifużjoni tal-VAT — ammonti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ammonti ta’ flus li għadhom iridu jiġu mħallsa lura f’rifużjonijiet fuq il-VAT sal-aħħar ta’ Settembru 2019?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammonti ta’ rifuzjonijiet fuq il-VAT sal-aħħar ta’ Settembru 2019 kienu ta’ €71,161,094.

Ħal Tarxien – Skola Primarja – sena akkademika 2019/2020 – studenti reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti reġistrati għas-sena akkademika 2019/2020 fl-Iskola Primarja f’Ħal Tarxien u jista’ jindika kemm hemm subien u kemm hemm bniet u jekk il-complement tal-għalliema huwiex sħiħ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għas-sena skolastika 2019/2020 in-numru ta’ studenti fl-Iskola Primarja ta' Ħal Tarxien huwa kif ġej: Subien - 191 Bniet - 166 Total - 357 Ngħarraf ukoll lill-Onor. interpellant li l-complement tal-għalliema f'din l-iskola huwa sħiħ.

Il-Gudja – Skola Primarja – sena akkademika 2019/2020 – studenti reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti reġistrati għas-sena akkademika 2019/2020 fl-Iskola Primarja fil-Gudja u jista’ jindika kemm hemm subien u kemm hemm bniet u jekk il-complement tal-għalliema huwiex sħiħ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għas-sena skolastika 2019/2020 in-numru ta’ studenti fl-Iskola Primarja tal-Gudja huwa kif ġej: Subien - 67 Bniet - 61 Total - 128 Ngħarraf ukoll lill-Onor. interpellant li l-complement tal-għalliema f'din l-iskola huwa sħiħ.

Santa Luċija – Skola Primarja – sena akkademika 2019/2020 – studenti reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti reġistrati għas-sena akkademika 2019/2020 fl-Iskola Primarja f’Santa Luċija Malta u jekk il-complement tal-għalliema huwiex sħiħ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

B'referenza għal din il-mistoqsija, ġejt infurmat li kien hemm żball ġenwin fit-trasmissjoni tal-mistoqsija u dan peress li f'Santa Luċija skola sekondarja biss hemm. Sadanittant tlabt biex l-informazzjoni relatata tinġabar.
Leg 13 PQ #11689 Sitting 270 2019-10-29 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Rifużjoni fuq l-Income Tax — ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li se jitħallsu persuni li għandhom jieħdu lura ammonti ta’ flus f’rifużjonijiet fuq l-Income Tax sal-aħħar ta’ Settembru 2019?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rifuzjonijet pendenti li kienu dovuti sa l-aħħar ta’ Settembru ġew mħallsin sal-15 ta’ Ottubru 2019.
Leg 13 PQ #11690 Sitting 270 2019-10-29 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Rifużjoni fuq VAT — ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li se jitħallsu persuni li għandhom jieħdu lura ammonti ta’ flus f’rifużjonijiet fuq VAT sal-aħħar ta’ Settembru 2019?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li għandhom jieħdu lura ammonti ta’ flus f’rifuzjonijiet fuq il-VAT sa’ l-aħħar ta’ Settembru, ser jitħallsu sa Ottubru 2019. Ir-rifuzjonijiet fuq il-VAT jitħallsu dejjem f’nofs ix-xahar ta’ wara, minnufih kif ir-raġunijiet rispettivi, li għalihom ir-rifuzjonijiet ma jkunux tħallsu, ikunu klerjati

Żona Industrijali ta’ Kordin — tindif

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10792, jista’ l-Ministru jara li ż-Żona Industrijali ta’ Kordin tiġi mnaddfa u rranġata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja li r-responsabbiltà ta’ tindif f’żoni industrijali hi fir-responsabbiltà ta’ Malta Industrial Parks, id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni tintervjeni meta jkun hemm il-ħtiega. Iż-żona industrijali ta’ Kordin titnaddaf regolari, minkejja li jsir abbuż minn diversi individwi irresponsabbli li jarmu skart illegali fiż-żona.

Żona Industrijali ta’ Kordin — tindif

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10792, jista’ l-Ministru jara li ż-Żona Industrijali ta’ Kordin tiġi mnaddfa u rranġata?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant, fil-kuntest li mhux Kordin kollu jaqa’ taħt ir- responsabbilità tal-Malta Industrial Parks, jista’ jindika għal-liema żona speċifika f’Kordin qiegħed jirreferi?

Il-Fgura — Skejjel Primarji - Sena akkademika 2019/2020 – studenti reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti reġistrati għas-sena akkademika 2019/2020 fl-iskejjel primarji fil-Fgura u jista’ jindika kemm hemm subien u kemm hemm bniet u jekk il-complement tal-għalliema huwiex sħiħ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għas-sena skolastika 2019/2020 in-numru ta’ studenti fl-iskejjel primarji fil-Fgura huwa kif ġej: Primarja A Subien - 303 Bniet - 249 Total - 552 Primarja B Subien - 139 Bniet - 165 Total - 304 Ngħarraf ukoll lill-Onor. interpellant li l-complement tal-għalliema fiż-żewġ skejjel huwa sħiħ.

Għajn Dwieli – sit arkeoloġiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu sabiex is-sit arkeoloġiku f’Għajn Dwieli magħruf bħala Kordin III jiġi miżmum aħjar u miftuħ iktar spiss?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-sit tat-Tempji ta’ Kordin huwa parti mir-reġim ta’ manutenzjoni regolari ta’ Heritage Malta u jinfetaħ kull darba li Heritage Malta tirċievi talba. Barra minn hekk Heritage Malta torganizza attivitajiet partikolari, inkluż open days. Din is-sena saru żewġ attivitajiet marbuta mal-iskema tal-passaport fit-28 ta’ April u fis-7 ta’ Ġunju.

Raħal Ġdid – Skola Primarja – sena akkademika 2019/2020 – studenti reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti reġistrati għas-sena akkademika 2019/2020 fl-Iskola Primarja f’Raħal Ġdid u jista’ jindika kemm hemm subien u kemm hemm bniet u jekk il-complement tal-għalliema huwiex sħiħ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għas-sena skolastika 2019/2020 in-numru ta’ studenti fl-iskejjel primarji f'Raħal Ġdid huwa kif ġej: Primarja A Subien - 155 Bniet - 121 Total - 276 Primarja B Subien - 111 Bniet - 117 Total - 228 Ngħarraf ukoll lill-Onor. interpellant li l-complement tal-għalliema fiż-żewġ skejjel huwa sħiħ.
Leg 13 PQ #11684 Sitting 268 2019-10-28 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Rifużjoni tal-Income Tax — ammonti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ammonti ta’ flus li għadhom iridu jiġu mħallsa lura f’rifużjonijiet fuq l-Income Tax sal-aħħar ta’ Settembru 2019?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammonti ta’ flus li għad iridu jiġu mħallsa lura f’rifuzjonijiet fuq l-‘Income Tax’ sal-aħħar ta’ Settembru huwa ta’ €403,298.

Identity Malta — Dixxendenti Maltin li jgħixu fit-Tuneżija, fl-Eġittu u fl-Alġerija

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10567, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba kienx hemm xi żvilupp ulterjuri?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif kien irrappurtat fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10567, id-Direttorat għas-Servizzi Konsulari u l-Maltin li Jgħixu Barra fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ ressaq il-każ ikkonċernat lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Identity Malta, u filwaqt li dawn tal-aħħar fehmu li sitwazzjonijiet fejn minħabba raġunijiet storiċi l-persuni kkonċernati ma jkunux jistgħu jipprovdu ċertifikat tat-twelid oriġinali tal-iStat, għall-finijiet ta’ applikazzjonijiet ta’ ċittadinanza u wara ta’ passport, dawn issa se jkunu mogħtija l-possibbiltà li jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-magħmudija. Id-Direttorat huwa nfurmat minn Identity Malta li każi ta’ dan it-tip se jibdew jiġu trattati każ każ biex ikun aċċertat li d-dokumenti ppreżentati jkunu awtentiċi.

Marsaxlokk – Triq Delimara — manutenzjoni

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10568, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk humiex ser isiru xi xogħlijiet fi Triq Delimara Marsaxlokk?

Response (BONNICI, OWEN)

Informat li bħalissa f’din it-triq qegħdin isiru xogħlijiet minn entità oħra li se tieħu ħsieb ukoll l-irranġar tagħha.

Ix-Xgħajra – manutenzjonijiet tax-xatt

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10782, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba humiex ser isiru x-xogħlijiet marbuta mat-tiswijiet tax-Xatt tax-Xgħajra?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħaddiema li ma baqgħux jaħdmu mal-Ministeru

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10784, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk sal-aħħar ta’ Settembru kienx hemm iktar persuni li ċċaqilqu mill-Ministeru u jista’ jindika fejn marru l-ħames persuni indikati fl-imsemmija domanda?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill Onor. Interpellant erbgħa mill-ħames uffiċjali msemmija fir-risposta tal-mistoqsija ta' qabel ġew trasferiti għall-Uffiċju tal-President u l-uffiċjal l-ieħor ġie trasferit għall-Ministeru għas-Saħħa.

Skejjel primarji — xogħlijiet ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 10785, 10786, 10787, 10788 u 10789, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kienet l-ispiża relattiva għat-tiswijiet imsemmija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mid-Direttorat konċernat, l-iskejjel għandhom sal-aħħar ta' Novembru sabiex jissottomettu d-dettalji tal-ħlasijiet għax-xogħol li sar. Għaldaqstant, it-tagħrif mitlub ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra iktar 'il quddiem wara li tingħatali din l-informazzjoni. ( Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 4307 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-Erbgħa 22 ta' Jannar 2020 f'Seduta 290).

Port il-Kbir — tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu sabiex kemm jista' jkun il-baħar fil-Port l-Kbir jitnaddaf?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, f’Malta għandha kuntratt ma’ kuntrattur speċjalizzat li jiġi msejjaħ meta jkun hemm il-bżonn li jinġabar żejt jew ammont kbir ta’ skart jew “flotsam” mill-baħar li jista’ jkun ta’ periklu għan-navigazzjoni. Il-kuntrattur imsemmi jrid ikun pront erbgħa u għoxrin siegħa kuljum biex jipprovdi dan is-servizz meta jiġi msejjaħ. Każijiet ta’ tixrid ta’ żejt jiġu wkoll mgħoddija lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għall-azzjoni neċessarja. F’ċirkustanzi normali ta’ skart li jiġi rraportat fil-baħar, l-Awtorità tinforma lid-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni biex tittieħed azzjoni meħtieġa biex ikun jista’ jinġabar. Barra minn hekk, kull proġett li qed isir f’żona marittima qed ikun suġġett għal skrutinju mill-Awtorità tal-Ambjent. Il-proċess jinkludi li jittieħdu kampjuni mill-materjal li jkun ser jittella’ mill-baħar u jintbagħat barra minn Malta għal analiżi xjentifika. Skont ir-riżultati jiġi speċifikat il-metodu li għandu jintuża biex jintrema l-materjal inkwistjoni. Bħalissa għaddejjin ukoll tħejjijiet biex fiż-żmien li ġej partijiet mill-Port il-Kbir jitħammlu. Din hi miżura li biha ser inkunu qed inneħħu ammont sostanzjali ta’ materjal li nġemgħa fil-Port u permezz ta’ hekk inżidu l-pixka tant meħtieġa għall-bastimenti.

Bastimenti Merkantili

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu bastiment merkantili tul dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, in-numru ta’ bastiment merkantili li daħlu Malta matul dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti kien jammonta għal 4281.