Jista’ l-Ministru jgħid lill-Kamra kemm kien hemm ambaxxaturi ta’ pajjiżna li kienu qed jistennew ’l hekk imsejħa agreement sal-aħħar ta’ Ottubru 2019 u jista jindika liema huma?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess sabiex jinħareġ l-agrément għal nomina ta’ Ambaxxatur ivarja min pajjiż għal ieħor. Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Ottubru 2019 il-Ministeru kien għadu jistenna l-agrément għal żewġ Ambaxxaturi.
Mhux prudenti li jissemmew l-ismijiet tal-pajjiżi.
Persuni bejn l-40 u 50 sena li jirċievu pensjoni wara l-mewt ta’ żwieġhom jew marthom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom l-età ta’ bejn l-40 u l-50 sena li qed jirċievu l-pensjoni wara l-mewt ta’ żwieġhom jew marthom? Jista’ jindika kemm hemm persuni ta’ sess femminili u kemm maskili? Jista’ jindika wkoll il-pensjoni li huma intitolati għaliha jew kif din tiġi maħduma?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu, li tikkonsisti fin-numru ta’ persuni fl-etajiet imsemmija minnu li qed jirċievu pensjoni tar-romol, hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Eta
Nisa
Irġiel
Total
41 - 50
327
67
394
Reġistru ta’ Persuni Prominenti Maltin li jgħixu barra – persuni reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew reġistrati fir-Reġistru ta’ Persuni Prominenti Maltin li jgħixu barra minn Malta magħrufa taħt il-Formola P sena b’sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Formola ‘P’ daħlet fis-seħħ is-sena l-oħra wara li ġiet approvata mill-membri tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta fl-2017.Minn Novembru 2018 sal-lum, il-Ministeru rreġistra sitt (6) applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ persuni prominenti Maltin li jgħixu barra minn Malta.
Reġistru tal-Organizzazzjonijiet ta’ Maltin li jgħixu barra – organizzazzjonijiet reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm organizzazzjonijiet li ġew reġistrati fir-Reġistru tal-Organizzazzjonijiet ta’ Maltin li jgħixu barra minn Malta, magħrufa taħt il-Formola O sena b’sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Formola ‘O’ daħlet fis-seħħ is-sena l-oħra wara li ġiet approvata mill-membri tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra fl-2017.Minn Novembru 2018 sal-lum il-Ministeru rreġistra ħames (5) -il applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ Organizzazzjonijiet ta’ Maltin li Jgħixu Barra.
Peress li reċentement dehru żewġ containers allegatament mimlija b’flus indirizzati lejn il-Libja, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan huwiex minnu? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont hemm kontenut u jekk il-valuta kenitx valida? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx inkjesta maġisterjali maħtura? Jista’ jgħid jekk kienx hemm każijiet oħra f’dawn l-aħħar sentejn?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Peress li reċentement dehru żewġ containers allegatament mimlija b’flus indirizzati lejn il-Libja, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan huwiex minnu? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont hemm kontenut u jekk il-valuta kinitx valida? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx inkjesta maġisterjali maħtura? Jista’ jgħid jekk kienx hemm każijiet oħra f’dawn l-aħħar sentejn?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.
Peress li reċentement dehru żewġ containers allegatament mimlija b’flus indirizzati lejn il-Libja jista’ l-Ministru jgħid jekk dan huwiex minnu? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont hemm kontenut u jekk il-valuta kinitx valida? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx inkjesta maġisterjali maħtura? Jista’ jgħid jekk kienx hemm każijiet oħra f’dawn l-aħħar sentejn?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz għadhom għaddejjin u ghalhekk ma nħossx li jkun prudenti u fl-interess nazzjonali li jiena niżvela dettalji klassifikati u sensittivi. Madanakollu, m’għandi l-ebda oġġezzjoni li b’mod privat u kunfidenżjali, ninforma lill-Onor Interpellant dwar l-informazzjoni li jien konxju taghha u x-xogħol li qed isir fuq dan il-każ.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jsiru xi xogħlijiet biex jittaffa dak li għaddejjin minnu r-residenti ta’ Triq Dr Karl Chircop f’Raħal Ġdid waqt ix-xogħol li jsir?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10563 u 11644 u jgħid x’ħidma qed issir sabiex il-Fortizza ta’ Delimara tiġi restawrata u miftuħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Agenzija Heritage Malta tissorvelja l-kundizzjoni ta’ din il-fortizza ta’ valur imprezzabbli sabiex jekk ikun hemm xi ħsarat li jista’ jkunu ta’ periklu dawn jigu rranġati skont il-bżonn.
Fir-rigward tar-restawr, il-verita hi li pajjżna għandu ġawhar storiċi mferrxin ma’ kull rokna tal-Gżira u sa ftit ilu kien għad kellna l-iktar Forti imponenti – Sant’Anġlu u Sant’Iermu – fi stat mitluq u abbandunat. Jaqbel miegħi l-interpellant li fl-aħħar snin ġbidna ħabel wieħed sabiex iktar siti ġew rrestawrati.
Intant, ninsab infurmat illi l-Fortizza tinfetah ghal attivitajiet partikolari u b’appuntamenti speċifiċi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jsiru xi xogħlijiet biex jittaffa dak li għaddejjin minnu r-residenti ta’ Triq Dr Karl Chircop f’Raħal Ġdid waqt ix-xogħol li jsir?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministru kkonċernat
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jiġi utilizzat il-ġibjun li jinsab ġewwa Ġnien Pawlu Boffa Raħal Ġdid u x’tiswijiet saru fuqu f’dawn l-aħħar xhur?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid li nkluda dan il-ġibjun fl-applikazzjoni tal-skemi ta' dripp irrigation kif maħruġa mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, sabiex ikun jista isir xogħol ta' maintenance li hemm bżonn u minnu titħaddem sistema ta' irrigazzjoni għall-Ġnien Pawlu Boffa.
Jista’ l-Ministru jgħid x’programmi u diskussjonijiet qed isiru preżentement mal-UNHCR?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
L-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati jiddiskuti mal-UNHCR fuq bażi regolari, partikolarment f'dak li jirrigwardja kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali. Barra minn hekk il-UNHCR għandha aċċess għall-faċilitajiet ta' detenzjoni u miftuħa fejn jinżammu persuni li jkunu applikaw għall-ażil. Uffiċjali tal-UNHCR ukoll jiddiskutu ma' rappreżentanti tal-AWAS u d-Detention Services, partikularment rigward kundizzjonijet ta' akkoljenza.
Ta' min iżid ukoll li l-UNCHR tipparteċipa wkoll fir-Resettlement lejn l-Istati Uniti, li pero ġej fi tmiemu.
Min-naħa tal-Ministeru jsir kuntatt bejn iż-żewġ naħat b'mod regolari.
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm ħaddiema fl-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati u jista’ jindika jekk dawn humiex se jiżdiedu tul is-sena li ġejja?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li, fil-preżent hemm tlettin (30) ħaddiem fl-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati. Hemm il-ħsieb li dan l-uffiċċju jissaħħaħ.
Santa Luċija – Skola Sekondarja – sena akkademika 2019/2020 – studenti reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti reġistrati għas-sena akkademika 2019/2020 fl-Iskola Sekondarja f’Santa Luċija Malta u jekk il-complement tal-għalliema huwiex sħiħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti fl-Iskola Sekondarja ta’ Santa Luċija din is-sena skolastika huwa ta’ 465.
L-iskola għandha l-full complement ta’ għalliema minbarra għal tmien (8) lezzjonijiet Accounting ta’ Head of Department li ħareġ b’long sick leave. Qed naħdmu biex kif jinstab jintbagħat għalliem għal dawn il-lezzjonijiet.
Skejjel Sekondarji – studenti jistudjaw lingwa Franċiża
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel sekondarji li qegħdin jistudjaw il-lingwa Franċiża?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti fl-iskejjel sekondarji u medji tal-istat li qegħdin jistudjaw il-lingwa Franċiża huwa kif se nsemmi:
Skejjel Sekondarji - 1075 student
Skejjel Medji - 680 student
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ta’ ’l fuq minn 62 sena li kienu għadhom qed jaħdmu bħala part-time jew full-time sal-aħħar ta’ Settembru 2019? Jista’ jindika kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus in-numru ta’ persuni ’l fuq minn 62 sena li għadhom qed jaħdmu fuq bażi ta’ part-time bħala xogħol ewlieni jew full-time sal-aħħar ta’ April 2019 kien ta’ 12,820. Minn dawn 3,405 kienu nisa filwaqt 9,415 kienu rġiel.
Persuni ’l fuq minn 62 sena li qed iħallsu t-taxxa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li qabżu t-62 sena li qed iħallsu t-taxxa? Jista’ jindika kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 35,809 il-persuna ‘l fuq mill-eta’ ta’ 62 sena li ħallsu t-taxxa.
Minnhom kien hemm 9,503 mara u 26,306 ragel li ħallsu xi taxxa matul is-sena msemmija.
Persuni ’l fuq minn 62 sena li huma reġistrati u jħallsu t-taxxa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li qabżu t-62 sena li huma reġistrati u jħallsu l-VAT? Jista’ jindika kemm huma nisa u kemm huma rġiel?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 1,123 persuna ‘l fuq mill-eta’ ta’ 62 sena li kienu reġistrati u ħallsu l-VAT; li minnhom kien hemm 168 mara u 955 raġel.