Legislature:
Category:
Reset
Active:

Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 176 European Landscape Convention

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8639, jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il-darba huwiex se jieħu pożizzjoni differenti u hiex se tiġi ratifikata l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 176 “European Landscape Convention”?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qiegħed jaħdem fuq il-proċess ta’ ratifikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni.

Marda tal-Lebbra — benefiċċju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qed jieħdu xi forma ta’ benefiċċju marbuta mal-marda kiefra tal-lebbra? Jista’ jindika x’inhuma dawn il-benefiċċji li huma għad-dispożizzjoni tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hawn 22 persuna li jirċievu l-Għajnuna għall-Lebbra. Il-benefiċċju li jirċievu dawn il-persuni jammonta għal €36.58ċ fil-ġimgħa.
Leg 13 PQ #11910 Sitting 281 2019-11-20 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ix-Xgħajra – manutenzjoni tax-Xatt

Question

Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm manutenzjoni tax-Xatt tax-Xgħajra billi hemm bankijiet mhux miżbugħa u ħadid li daħal is-sadid għalih u hemm biċċiet nieqsa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul dawn l-aħħar xhur, il-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi (FTZD) għamlet diversi xogħlijiet fil-lokalita’ tax-Xgħajra fosthom tisbiħ fil-playground, żebgħa ta’ bankijiet, ġiet irranġata l-latrina pubblika, xogħol ta’ xkatlar, tkaħħil u żebgħa tad-dawra tal-playground, fost xogħlijiet oħra.

Il-Fgura – Triq Hompesch – bus stages ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġew installati l-bus stages ġodda li hemm fi tmiem Triq Hompesch Fgura u kemm dawn ġew jiswew?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, iż-żewg bus shelters ġodda li hemm fi tmiem Triq Hompesch, Fgura ġew installati għall-ħabta ta’ Novembru 2018. Rigward l-informazzjoni mitluba ta’ kemm ġew jiswew, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ispjegazzjoni li kienet ingħatat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10266 ta’ Seduta 230.

Raħal Ġdid – Triq is-Sorijiet — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol qed isir u se jsir ġewwa Triq is-Sorijiet Ħal Tarxien sa Raħal Ġdid?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Imbagħad f’Jannar varat l-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin. Ħafna mill-120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati minn dan l-investiment, tlestew jew waslu biex. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Ix-xogħol għal kull triq jirrikjedi ppjanar li jibda minn ħafna qabel ma r-residenti jaraw il-ħaddiema u l-inġenji fit-triq tagħhom. Infrastructure Malta tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali kif ukoll lill-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, elettriku, internet u telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Meta kollox ikun ippjanat, Infrastructure Malta tibda billi tħaffer it-trinek biex tibdel dawn is-servizzi, skont il-ħtieġa. Imbagħad isir il-bini mill-ġdid jew tiswijiet tal-bankini, skont f’liema stat ikunu. Isiru wkoll testijiet tal-pedamenti ta’ kull triq. Fejn jinstab li huma dgħajfin wisq, jinqalgħu u jsiru mill-ġdid. B’hekk, meta fl-aħħar isir il-wiċċ b’asfalt ġdid, ikun jista’ jservi aktar fit-tul. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn. Fil-każ tat-triq indikata, li qed issir bħalissa, ix-xogħlijiet jikkonsistu fi bdil ta’ servizzi tal-ilma u tqegħid ta’ pajpijiet ġodda għall-ilma, titjib tas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni, xogħol neċessarju fuq culverts tal-ilma, bini ta’ bankini ġodda, tisħiħ tal-pedamenti u kisi b’diversi saffi t’asfalt lill-wiċċ tat-triq. Meta titlesta jerġgħu jsiru s-sinjali u l-marki tat-triq.

Trade Malta – delegazzjonijiet kummerċjali — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’ħidma se ssir minn Trade Malta għas-sena li ġejja f’dak li jirrigwarda delegazzjonijiet kummerċjali?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li Trade Malta qed tħejji għal żjara fil-Ghana u l-Kosta tal-Avorju f’Marzu li ġej. L-Expression of Interest għal kumpaniji li jixtiequ juru l-interess li jieħdu sehem bħala parti mid-delegazzjoni f’din iż-żjara diġa ħarġet. Qed isiru wkoll tħejjijiet oħra għal delegazzjoni kummerċjali f’Kigali, l-Irwanda, waqt iċ-CHOGM f’Ġunju li ġej. Trade Malta qed tħejji wkoll numru ta’ żjarat kummerċjali oħra fl-Ilvant Nofsani għat-tieni nofs tas-sena 2020.

Trade Malta – servizzi lil kumpaniji u intrapriżi kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jindika lil kemm-il kumpanija u intrapriża kummerċjali Trade Malta tat servizz mill-bidu tas-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2019?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar sa Ottubru ta’ din is-sena, Trade Malta tat servizz lil aktar minn mitejn u ħamsin (250) kumpanija u intrapriża b’mod dirett f’dak li hu taħriġ, programmi ta’ esportazzjoni, żjarat kummerċjali u assistenza ta’ parteċipazzjoni għal fieri, fost oħrajn. Matul l-istess perjodu, tlett mija u tlieta u erbgħin (343) intrapriża rreġistraw fuq il-portal elettroniku ta’ Trade Malta sabiex jaċċessaw u jużaw is-servizzi tal-aġenzija saħansitra onlajn.

Il-Fgura — Servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li kif ġie suġġerit preċedentement li jiġi estiż is-servizz tat-trasport pubbliku sabiex tgħaddi karozza tal-linja mill-Fgura sa Ħal Tarxien mill-parti ta’ fuq ta’ Triq San Tumas, il-Fgura?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li, peress li Triq San Tumas ġewwa l-Fgura hija kemm xejn twila, liema triq taqsam il-lokalità minn tarf għal ieħor, nitolbu sabiex ikun aktar speċifiku għal liema parti ta’ Triq San Tumas qed jirreferi għaliha.
Leg 13 PQ #11905 Sitting 280 2019-11-19 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Miżuri għall-konformità ma’ Regolament UE 2016/1191 tal-Parlament Ewropew

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8619 jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pożizzjoni nbidlitx u jinforma għalhekk x'miżuri se jittieħdu biex Malta tiġi konformi ma' Regolament (UE) 2016/1191 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini permezz tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' ċerti dokumenti pubbliċi fl-UE u li jibda japplika fl-intier tiegħu fis-16 ta' Frar 2019?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Il-Fgura – Triq Wied Blandun – tisbiħ u manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu tul is-sena li ġejja sabiex ikun hemm tisbiħ u rijabilitazzjoni taż-żona mhux mibnija li hemm il-Fgura bejn Triq Wied Blandun sa fuq nett ta’ Triq il-Foss kif kien ġie indikat f’diskorsi preċedenti tal-baġit?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena d-dieħla, għal din iż-żona, ser issir investigazzjoni dettaljata tas-sit. Dan l-istudju, li ser isir minn fondi nazzjonali, ser jagħti stampa ċara tal-interventi ta’ riabilitazzjoni li jistgħu jsiru f’dan is-sit. Eventwalment ser iservi biex tiġi sottomessa l-applikazzjoni għal permessi neċessarji biex isir ir-restawr tal-wied
Leg 13 PQ #11895 Sitting 279 2019-11-18 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

NSO – persuni li huma ċittadini Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’pajjiżna kemm hawn persuni li għandhom 62 sena u li huma ċittadini Maltin skont l-NSO sal-aħħar ta’ Ottubru 2019?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-31 ta’ Diċembru 2018, l-istima ta’ persuni li għandhom 62 sena u li huma ċittadini Maltin hija ta’ 5,809 persuni, li minnhom 2,899 huma nisa u 2,910 huma rġiel. Din hija l-aktar stima riċenti u hija bbazata fuq metodoloġija armonizzata ma’ dik tal-UE.
Leg 13 PQ #11896 Sitting 279 2019-11-18 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

NSO – cittadini Maltin romol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li huma mniżżla u indikati bħala romol li huma taħt l-età ta’ 50 sena u li huma ċittadini Maltin skont l-NSO sal-aħħar ta’ Ottubru 2019?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar informazzjoni li għandu l-NSO f’dan ir-rigward toħroġ miċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni tal-2011. Skond dan iċ-Ċensiment kien hemm 595 persuna ta’ ċittadinanza Maltija li kellhom anqas minn 50 sena u li kienu romol (nisa u rġiel). Informazzjoni akar aġġornata tista’ tinkiseb mid-database tas-Sigurtà Soċjali.

Ambaxxaturi ta’ pajjiżna — kredenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ambaxxaturi ta’ pajjiżna li kienu qed jistennew sabiex jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom sal-aħħar ta’ Ottubru 2019 u jista’ jindika liema huma?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Ottubru 2019 kien għad hemm erba (4) Ambaxxaturi jistennew sabiex jippreżentaw l-ittri tal-kredenzjali tagħhom. Dawn huma kif ġej: Ambaxxatur Frank Galea Argentina Ambaxxatur Frank Galea Ċili Ambaxxatriċi Mary Scicluna Maċedonja ta’ Fuq Ambaxxatur Paul Mifsud Oman Fil-każ tal-Ambaxxatur Paul Mifsud, dan diġà preżenta l-Copie d’Usage tiegħu lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Oman.

Ħal Tarxien – fondi allokati għat-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’fondi ġew allokati għal toroq fir-raħal ta’ Ħal Tarxien tul is-sena li ġejja u ċjoè min-Novembru 2019 sa Novembru 2020?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Imbagħad f’Jannar varat l-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin li bih se jsiru wkoll it-toroq residenzjali f’Ħal Tarxien. Fil-fatt, iż-żewġ listi li tħabbru din is-sena tal-ewwel 290 triq li se jsiru jinkludu sitt toroq residenzjali li jinsabu f’din il-lokalità. Dawn huma Triq iż-Żejtun u Triq Santa Marija li diġà tlestew, Triq is-Sorijiet li qed issir bħalissa, kif ukoll diġà hemm ippjanati biex jinbdew xogħlijiet għall-bini mill-ġdid ta’ Triq Marjanu Gerada, Triq it-Tempji Neolitiċi u Triq Paola.

Ministri, Dinjitarji u Ambaxxaturi – viżti f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-Ministri, dinjitarji u ambaxxaturi varji li għamlu viżta f’pajjiżna tul din is-sena tal-aħħar ta’ Ottubru 2019?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li -Ministri, dinjitarji u ambaxxaturi varji li għamlu viżta f’pajjiżna tul din is-sena tal-aħħar ta’ Ottubru 2019 huma: Pajjiż Dinjitarju Data taż-żjara Libja L-E.T. Fayez al-Serraj, il-Prim Ministru tal-Libja 9 ta’ Jannar 2019 L-Olanda L-E.T. Stef Blok Ministru tal-Affarijiet Barranin ta’ l-Olanda 9-11 ta’ Jannar 2019 Iraq L-E.T. Ahmad Bamarni, Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Iraq akkreditat ghall-Malta 11 ta’ Jannar 2019 Alġerija L-E.T. Abdelkader Messahel, l-eks Ministru tal-Affarijijet Barranin tal-Alġerija 17 u 18 ta’ Jannar 2019 Unjoni għall-Mediterrean L-E.T. Nasser Kamel, Segretarju Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterrean 17 u 18 ta’ Jannar 2019 Franza L-E.T. Jean-Yves Le Drian, Ministru tal-Affarijijet Barranin ta’ Franza 17 u 18 ta’ Jannar 2019 Spanja L-E.T. Josep Borrell, Ministru tal-Affarijijet Barranin ta’ Spanja 17 u 18 ta’ Jannar 2019 Italia L-E.T. Enzo Moavero Milanesi, Ministru tal-Affarijijet Barranin tal-Italia 17 u 18 ta’ Jannar 2019 Portugal L-E.T. Augusto Santo Silva, Ministru tal-Affarijijet Barranin tal-Portugal 17 u 18 ta’ Jannar 2019 Tuneżija L-E.T. Beji Caid Essebi, l-eks President tat- Tuneżija 5 u 6 ta' Frar 2019 Germania Is-sinjura Sibylle Katharina Sorg (Assistent Diretur Generali u Representativ Speciali ghall- Relazzjonijiet mall-Membri tal-UE, Fruntieri u Koperazzjoni Regjonali) 19-20 ta’ Frar 2019 Slovakja Is-sinjura Lucia Marcišiaková (Assistent Kap ta’ Missjoni fl-Ambaxxata tas-Slovakja f’Ruma) 21-22 ta’ Frar 2019 Franza Is-sinjur Stéphane Lacroix, Assistent Professur tal-iskola tal-Affarijiet Internazjonali tax-Xjenza ta’ Parigi 22 ta’ Frar 2019 Każakistan L-E.T Sergey Nurtayev, Ambaxxatur tar- Repubblika tal-Każakistan akkreditat għall-Malta 28 ta’ Frar 2019 Iran L-E.T. Hamad Reza Bayat, Ambaxxatur tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran akkreditat ghall-Malta 28 ta’ Frar 2019 New Zealand L-E.T. Nigel Fyfe, Il-Kummissjarju Għoli ta’ New Zealand akkreditat ghall-Malta 28 ta’ Frar 2019 Germanja L-Honorevoli Christopher Ploss (Membru Parliamentari CDU) 6 ta’ Marzu 2019 Etjopja L-E.T. Zenebu Tadesse Woltesadik, Ambaxxatur tal-Etjopja akkreditata għall-Malta 8 ta’ Marzu 2019 Stati Uniti Ambaxxatur Philip T. Reeker, Assistent Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti għall-Ewropa u l-Ewrasja 11 ta’ Marzu 2019 Ġeorġja L-E.T. Konstantine Surguladze, Ambaxxatur tal- Ġeorġja akkreditat għall-Malta 14 ta’ Marzu 2019 Portugal L-E.T. Pedro Nuno De Abreu Emelo Bartolo, Ambaxxatur tal-Portugal akkreditat għall-Malta 14 ta’ Marzu 2019 Israel L-E.T. Eyal Sela, Ambaxxatur ta’ l-Israel akkreditat ghall-Malta 13 u 14 Marzu 2019 Ghana L-E.T. Nana Akufo-Addo, President tal-Ghana 25 u 26 ta’ Marzu 2018 Ażerbajġan L-E.T Mammad Ahmadzada, Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Ażerbajġan akkreditat għall-Malta 4 ta’ April 2019 OSCE Is-Sur Harlem Desir, Rappreżentant għal-Libertà tal-Midja tal-OSCE 15 ta’ Ottubru 2019 Organizzazzjoni internazzjonali għall-migrazzjoni Is-Sur Federico SODA, Kap tal-Missjoni, Ruma 17 ta’ April 2019 Kummissjoni Preparatorja għall-Organizzazzjoni Komprensiva tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni tat-Testijiet Nukleari (CTBTO) L-E.T. Dr Lassina Zerbo, Segretarju Eżekuttiv 8-10 ta’ Mejju 2019 Baħamas L-E.T. Ellison Edroy Greenslade, il-Kummissarju Għoli tal-Baħamas akkreditat ghall-Malta 9 ta’ Mejju 2019 Ir-Renju Unit Is-Sur Nick Bridge, Rappreżentant Speċjali għat-Tibdil fil-Klima 9 ta’ Mejju 2019 Commonwealth Secretariat Prof Prajapati Trivedi, Senior Director, 9 ta’ Mejju 2019 24 – 25 ta’ Ġunju 2019 Baħamas L-E.T. Ellison Edroy Greenslade, il-Kummissarju Għoli tal- Baħamas akkreditat ghall-Malta 22 ta’ Mejju 2019 Cijpru L-E.T. Minas A. Hadjimichael, Kummissarju Gholi ta’ Cijpru ghall-Malta 22 ta’ Mejju 2019 Slovakia L-Honerevoli Jan Richter, Ministru ta’ Xoghol 23 ta' Mejju 2019 Vietnam L-E.T. Nguyen Thu Bich, Ambaxxatur tal-Vietnam akkreditat ghall-Malta 23 ta' Mejju 2019 Libja L-E.T. Fayez al-Serraj, il-Prim Ministru tal-Libja 27 ta’ Mejju 2019 Ġappun L-E.T. Keiichi Katakami, Ambaxxatur tal-Ġappun akkreditat ghall-Malta 30 u 31 ta' Mejju 2019 Ċina Delegazzjoni Ċiniża mil-Konferenza Konsultattiva u Politika tal-Poplu Ċiniż (CPPCC) u delegazzjoni milll-Kumitat Ċentrali tal-Assoċjazzjoni Ċiniża għall-Promozzjoni tad-Demokrazija 2-5 ta' Ġunju 2019 Kroatzja L-E.T. Marija Pejèinoviæ Buriæ, anzjan Deputat Prim Ministru u Ministru Ta’ L-Affarijiet Barranin u taL-Ewropa 12 ta’ Ġunju 2019 Ċilì L-E.T. Sergio Romero, l-Ambaxxatur taċ-Ċilì akkreditat għall- Malta 19 ta’ Ġunju 2019 Tuvalu Hon. Enele Sosene Soopaga, Prim Ministru 24-27 ta’ Ġunju 2019 Ir-Repubblika Kooperattiva tal-Guyana Hon. Winston de Costa Jordan, Ministru ta’ Finanzi, 24-27 ta’ Ġunju 2019 Dominica L-E.T. Janet Charles, Aġent Kummissarju Għoli 24-27 ta’ Ġunju 2019 Grenada L-E.T. Lakisha Abba Grant, Kummissarju Għoli 24-27 ta’ Ġunju 2019 Tuvalu L-E.T.Aunese Makoi Simati, Kummissarju Għoli 24-27 ta’ Ġunju 2019 Botswana L-E.T. John Ndebele G. Seakgosing, Kummissarju Għoli 24-27 ta’ Ġunju 2019 Solomon Islands L-E.T. Eliam Tangirongo, Kummissarju Għoli 24-27 ta’ Ġunju 2019 Bangladesh Is-Sur Mohammad Shafiul Allam, Segretarju tal-Kabinett 24-27 ta’ Ġunju 2019 Tonga Is-Sur Etika Koka, Segretarju tal-Kabinett 24-27 ta’ Ġunju 2019 Kummissjoni Ewropea Is-Sur Gaspar Frontini, Direttur Ġenerali Koperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp 26 ta’ Ġunju 2019 Brażil L-E.T. Antonio de Aguiar, l-Ambaxxatur tal-Brażil akkreditat għall-Malta 12 ta’ Lulju 2019 Venezwela Is-Sinjur Felipe Z. Carles, Rappreżentant Speċjali ta’ l-E.T Juan Guaido, il-President tal-Assemblea Nazzjonali tal-Venezwela 15 ta’ Lulju 2019 Etjopja L-E.T. Zenebu Tadesse Woltesadik, Ambaxxatur tal-Etjopja akkreditata għall-Malta 23 ta’ Lulju 2019 Stati Uniti Marshall Billingslea, l-Assistent Segretarju għall-Finanzjament tat-Terroriżmu fid-Dipartiment tat-Teżor Amerikan, 30 ta’ Lulju 2019 Angola L-E.T. Florencio de Almeida, Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Angola akkreditat ghall-Malta 31 ta’ Lulju 2019 Ġnus Magħquda L-E.T. Peter Thomson, Mibgħut Speċjali tas- Segretarju Ġenerali għall-Oċean 2 ta’ Awwissu 2019 Commonwealth The Rt. Hon. Patricia Scotland, Segretarju Ġenerali 2 ta’ Awwissu 2019 Kummissjoni Ewropea L-E.T. Karmenu Vella, Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, Affarijiet Marittimi u Sajd 2 ta’ Awwissu 2019 BBNJ, Konferenza Intergovernattiva L-E.T. Rene Lee, President 2 ta’ Awwissu 2019 Norveġja L-E.T. Vidal Helgesen, Mibgħut Speċjali għall-Oċean 2 ta’ Awwissu 2019 Iżvezja L-E.T. Helen Agren, Ambaxxatur għall-Oċean 2 ta’ Awwissu 2019 Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) Assistent Direttur Ġenerali, Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, 2 ta’ Awwissu 2019 Maritius L-E.T Jagdish D. Koonjul, Ambaxxatur u Rappreżentant Permanenti għall- Ġnus Magħquda 2 ta’ Awwissu 2019 Ġnus Magħquda L-E.T. Ghassan Salamé, Rappreżentant Speċjali tal-Ġnus Magħquda għal-Libja 21 ta’ Awwissu 2019 Fondazzjoni EU-LAC Paola Amadei, Direttur Eżekkutiv tal-Fondazzjoni EU-LAC 18 ta’ Settembru 2019 Etjopja L-E.T. Zenebu Tadesse Woltesadik, Ambaxxatur tal-Etjopja akkreditata ghall-Malta 30 ta’ Settembru 2019 Svizzera L-E.T. Rita Adam, Ambaxxatur ta’ l-Isvizzera akkreditata ghall-Malta 16 ta’ Ottobru’ 2019 Kanada Is-Sinjur Anna Kapellas, Kap tas-sezzjoni Affairijiet Politici u Ekonomici, Ms Cristina Faessler fil-Kummissjoni Għolja Kanadiża akkreditata ghall-Malta f’Ruma 16 ta’ Ottobru’ 2019 Awstrija L-E.T. Heinz Fisher (President Emeritus) 24 ta’ Ottubru 2019 Kolombja L-E.T. Gloria Isabel Ramirez Rios L-Ambaxxatriċi tal-Kolombja akkreditata ghall-Malta 30 ta’ Ottobru 2019 Malasja L-E.T. Westmoreland Edward Palon, l-Ambaxxatur tal-Malasja akkreditat ghall-Malta 31 ta' Ottubru 2019

Il-Ġappun — ambaxxata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se tiġi tiswa l-ambaxxata ta’ pajjiżna fil-Ġappun u kemm se jkun hemm persuni hemm impjegati?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li team tekniku għandu jitla l-Ġappun din il-ġimgħa biex jevalwa numru ta’ proprjetajiet li ġew identifikati mill-Ambaxxatur f’Tokjo. Huwa maħsub li l-bini tal-Ambaxxata tinkera, bil-kera tal-propretajiet identifikati tvarja bejn €4,000 u €6,400 fix-xahar. In-numru preċiż ta’ ħaddiema għandu jiġi stabbilit skont l-andament tax-xogħol.

Awstralja u Kanada – inizjattivi fuq ftehim dwar is-saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx meħudin xi passi jew inizjattivi sabiex il-ftehim li pajjiżna għandu mal-Awstralja dwar s-saħħa, jiġi wkoll reġistrat mal-Kanada?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li fil-preżent m’hemmx diskussjonijiet mall-awtoritajiet Kanadiżi.

Lingwa Maltija – fondi għal pjattaforma diġitali għat-tagħlim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu u kemm ġew allokati fondi marbuta mal-hekk imsejjħa pjattaforma diġitali għat-tagħlim tal-lingwa Maltija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lil Ministeru kkonċernat.

Persuni bejn it-30 u l-40 sena li jirċievu pensjoni wara l-mewt ta’ żwieġhom jew marthom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom l-età ta’ bejn it-30 u l-40 sena li qed jirċievu l-pensjoni wara l-mewt ta’ żwieġhom jew marthom? Jista’ jindika kemm hemm persuni ta’ sess femminili u kemm maskili? Jista’ jindika wkoll il-pensjoni li huma intitolati għaliha jew kif din tiġi maħduma?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu, li tikkonsisti fin-numru ta’ persuni fl-etajiet imsemmija minnu li qed jirċievu pensjoni tar-romol, hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Età Nisa Irġiel Total 30 - 40 74 19 93