Legislature:
Category:
Reset
Active:

Community Work Scheme – ħaddiema ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li kien hemm ħaddiema ingaġġati mal-Fondazzjoni tal-GWU fl-iskema Community Work Scheme sal-aħħar ta’ Diċembru 2017?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati fl-iskema Community Work Scheme Enterprise Foundation fl-aħħar ta’ Diċembru 2017 kien 671.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ – avviżi f’gazzetti lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flejjes f’reklami jew avviżi fil-gazzetti lokali mill-Ministeru tiegħu tul l-2018 u l-2019 s’issa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma li fl-2018 u 2019 intefqet is-somma ta' €24,127.85 f'reklami u avvizi fil-gazzetti lokali, li fil-maġġoranza tagħhom kienu ħlasijiet lill-Gazzetta tal-Gvern.

Konsolati ta’ pajjiżi barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm konsolati ta’ pajjiżi barranin li tlesta l-proċess neċessarju u nħareġ l-exequatur minn Novembru 2018 sal-aħħar ta’ Novembru 2019?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li minn Novembru 2018 sal-aħħar ta’ Novembru 2019 tlesta l-proċess neċessarju u nħareġ l-Exequatur ta’ 6 Konsli Onorarji.

Direttorat tal-Protokoll – talbiet għall-bastimenti militari jew statali biex jidħlu f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba rċieva d-Direttorat tal-Protokoll sabiex bastiment militari jew statali jidħlu f’pajjiżna tul din l-aħħar sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Novembru 2018 u Ottubru 2019 id-Direttorat tal-Protokoll irċieva 48 talba sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu f’pajjiżna.

Direttorat tal-Protokoll – talbiet għall-ajruplani militari jew statali biex jidħlu fl-ispazju tal-ajru tagħna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba rċieva d-Direttorat tal-Protokoll sabiex ajruplani militari jew statali jinżlu f’pajjiżna u kemm-il talba saret sabiex jidħlu fl-ispazju tal-ajru tagħna tul din l-aħħar sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Novembru 2018 u Ottubru 2019 id-Direttorat tal-Protokoll ircieva 122 talba sabiex ajruplani militari jew statali jinzlu Malta. Id-Direttorat irċieva wkoll 380 talba sabiex ajruplani militari jew statali jidħlu fl-ispazju tal-ajru ta’ Malta.

Għajnuna Soċjali – persuni neqsin mis-smigħ, muti u nieqsa mid-dawl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma nieqsa mis-smigħ, muti jew nieqsa mid-dawl li qegħdin jirċievu xi forma ta’ għajnuna soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux possibli jingħad kemm hemm benefiċjarji li huma nieqsa mis-smiegħ u muti. L-istatistika` dwar l-Assistenza għall- Diżabilità Severa (SDA), ma tinżammx u ma tinġabarx skont it-tip ta’ diżabilità li għandu l-benefiċċjarju. Rigward il-persuni b'vista batuta li jieħdu l-għajnuna għal nuqqas ta’ vista, liema benefiċċju huwa magħruf aħjar bħala Blind Pension, in-numru ta’ benefiċċjarji ta’ dan il-benefiċċju jammonta għal 371 persuna.

Persuni nieqsa mis-smigħ, muti jew nieqsa mid-dawl li qed jirċievu edukazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma nieqsa mis-smiegħ, muti jew nieqsa mid-dawl li qegħdin jirċievu xi edukazzjoni? Jista’ jindika kemm persuni li huma nieqsa mis-smigħ u li ma jistgħux jitkellmu? Jista’ jindika kemm huma dawk il-persuni li huma nieqsa mis-smigħ u mid-dawl? Kif ukoll jista’ jgħid kemm huma dawk il-persuni li huma nieqsa mid-dawl u ma jistgħux jitkellmu? Jista’ jindika kemm għandhom it-tliet diffikultajiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti hemm 80 student li għandhom problema tal-vista u 132 student li neqsin mis-smigħ. Hemm 16-il student li huma neqsin mis-smigħ u ma jikkomunikawx iżda minn dawn hemm min għadu kemm kellhom il-cochlear implant jew hearing aid u għadhom fil-fażi li qed jitgħallmu jikkomunikaw. Fl-iskejjel mainstream m’hemmx studenti li għandhom problema tal-vista u neqsin mis-smigħ ukoll. Fiċ-Ċentri ta’ Riżorsa (Resource Centres) hemm numru ta’ studenti bi bżonnijiet kumplessi li jista’ jkollhom nuqqas ta’ vista, smigħ u komunikazzjoni. In-numri ta’ studenti fi ħdan l-MCAST għas-sena akkademika 2019-2020 li huma neqsin mis-smigħ jew mid-dawl jew muti, huma kif preżentati fit-tabella hawn taħt: Nieqsa mis-smigħ 13 Muti 4 Nieqsa mid-dawl 5 Nieqsa mis-smigħ u muti 3 Nieqsa mis-smigħ u mid-dawl 0 Nieqsa mid-dawl u muti 0 Nieqsa mis-smigħ, muti u nieqsa mid-dawl 0 L-informazzjoni dwar studenti fl-Università ta' Malta għas-sena 2019/2020 hija kif se nsemmi: · Persuni nieqsa, anke parzjalment, mis-smigħ – 23 · Persuni muti – 0 · Persuni nieqsa, anke parzjalment, mid-dawl – 20 · Persuni nieqsa mis-smigħ u li ma jistgħux jitkellmu – 0 · Persuni nieqsa mis-smigħ u mid-dawl – 0 · Persuni nieqsa mid-dawl u ma jistgħux jitkellmu – 0 · Persuni li għandhom it-tliet diffikultajiet – 0
Leg 13 PQ #11922 Sitting 283 2019-11-26 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Fgura – Triq Wied Blandun – tisbiħ taż-żona

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu mill-Ministeru tiegħu tul is-sena li ġejja sabiex ikun hemm tisbiħ u rijabilitazzjoni taż-żona mhux mibnija li hemm il-Fgura bejn Triq Wied Blandun sa fuq nett ta’ Triq il-Foss kif kien ġie indikat f’diskorsi preċedenti tal-baġit?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejin studji fuq Ġnien Valperga fil-Fgura. Qed nitkellmu fuq medda ta’ art li taqbeż is-17,000 metru kwadru fejn l-għan prinċipali hu li ntejbu u nsebbħu l-ambjent. Dan ikun kompost minn titjib fil-landscaping, dwal li mhux biss idawwlu l-akwata iżda huma addattati għal dan it-tip ta’ sit. Fl-istess proġett qed nesploraw faċilitajiet kemm ġodda kif ukoll eżistenti bħal: · titjib fil-parkeġġ li hemm fl-akwata, · noħolqu 5-a-side pitch, · tinħoloq xi forma ta’ trakka naturali fejn wieħed jista’ jagħmel eżerċizzju, · area għat-tfal, · dog park, u · faċilita’ kkontrollata għall-iscouts fost ideat oħra. Bħalissa ninsabu fi stadu ta’ diskussjonijiet mal-entitajiet lokali kkonċernati.
Leg 13 PQ #12034 Sitting 283 2019-11-26 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Home Equity Release for Pensioners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu jew sejrin jittieħdu sabiex titwettaq ’l hekk imsejħa Home Equity Release for Pensioners?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirriferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Trade Malta – fondi ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema fondi ewropej u f’kemm Trade Malta għamlet użu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2019 u kemm se jkollha għad-dispożizzjoni tul is-sena li ġejja?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-progett li qed timplimenta TradeMalta jaghmel uzu mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014 – 2020. In-nefqa mill-bidu tas-sena sa’ Ottubru tal-2019 kienet ta’ €172,483.24. TradeMalta ser ikollha ghad-dispozizzjoni tagħha €100,000 fl-2020 minn dan il-fond.

Il-Fgura – Triq Wied Blandun – tisbiħ u rijabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu mill-Ministeru tiegħu tul is-sena li ġejja sabiex jkun hemm tisbiħ u rijabilitazzjoni taż-żona mhux mibnija li hemm il-Fgura bejn Triq Wied Blandun sa fuq nett ta’ Triq il-Foss kif kien ġie indikat f’diskorsi preċedenti tal-baġit?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li d-Direttorat tar-Restawr se jkun qed jikkontribwixxi lejn ir-rijabilitazzjoni tal-imsemmija żona permezz ta’ xogħol ta’ restawr tal-Bastjun ta’ San Ġwann, li jifforma parti mis-swar tal-Kottonera, u li huwa ippjanat li jibda għal nofs l-2020. Se jkun qed isir ukoll ir-restawr tas-Sur biswit il-Bastjun, u cioe’ is-Sur ta’ San Ġwann, li huwa ippjanat li jibda aktar tard fis-sena. Iż-żewġ proġetti mistennija li jieħdu sal-2021 biex jitwettqu. Intant minn naħa tad-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzzjoni ser jsiru interventi ta’ tindif kull meta jkun hemm il-bżonn.

Schengen – fondi ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ewropej li l-Ministeru tiegħu għamel użu minnhom tul is-sena li għaddiet sal-aħħar ta’ Ottubru 2019? Jista’ jindika b’mod partikolari dak li hemm fil-programmi marbuta mas-sistema Schengen?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li ninsab infurmatli l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ qed jibbenifika minn fondi taħt il-Programm għas-Sigurtà Interna 2014-2020. Dan il-programm jiskadi f’Diċembru 2021 u għalhekk il-proġetti kollha taħt dan il-programm iridu jkunu lesti sa qabel ma jiskadi il-perjodu u kif miftiehem mal-entità responsabbli għall-Fondi Ewropej. L-ammont ta’ flus li ġew użati sal-aħħar t’Ottubru ta’ din is-sena kien ta’ €2, 457,415.65.

Miżuri għall-konformità ma’ Regolament UE 2016/1191 tal-Parlament Ewropew

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8625, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pożizzjoni nbidletx u jinforma għalhekk x'miżuri se jittieħdu biex Malta tiġi konformi ma' Regolament (UE) 2016/1191 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini permezz tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' ċerti dokumenti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea u li jibda japplika fl-intier tiegħu fis-16 ta' Frar 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ftehim/trattati pendenti ma’ pajjiżi u istituzzjonijiet internazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm trattati/ftehim pendenti ma’ pajjiżi u istituzzjonijiet internazzjonali varji u jista’ jindika liema huma?

Response (ABELA, CARMELO)

Rigward trattati pendenti ma' istituzzjonijiet internazzjonali varji, nistieden lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku.

Il-Fgura – Triq Wied Blandun – tisbiħ u rijabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu mill-Ministeru tiegħu tul is-sena li ġejja sabiex ikun hemm tisbiħ u rijabilitazzjoni taż-żona mhux mibnija li hemm il-Fgura bejn Triq Wied Blandun sa fuq nett ta’ Triq il-Foss kif kien ġie indikat f’diskorsi preċedenti tal-baġit?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.

Ix-Xgħajra – manutenzjoni tax-Xatt

Question

Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm manutenzjoni tax-Xatt tax-Xgħajra billi hemm bankijiet mhux miżbugħa u ħadid li daħal is-sadid għalih u hemm biċċiet nieqsa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni tax-Xatt tax-Xgħajra ma taqgħax taħt ir-responsabbiltà ta’ dan il-Ministeru u għalhekk għandu jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Fieri — kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji li ġew mogħtija l-attenzjoni, informazzjoni u sostenn sabiex jesebixxu ġewwa fieri barra minn xtutna?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2019 Trade Malta għamlet mad-disgħin (90) intervent ma’ intraprizi bbażati f’Malta li ħadu sehem attiv permezz ta’ ‘stands’ ġewwa fieri internazzjonali.