Reġistru ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi — lista’ ta’ organizzazzjonijiet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11883, jista’ l-Ministru jelenka l-organizzazzjonijiet li hemm sa issa, fir-reġistru ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi skont l-art. 10 tal-Att dwar Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta (Kap. 515) kif ukoll, għal kull organizzazzjoni, il-pajjiż li huma stabbiliti fih?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta' organizzazzjonijiet li ġew inklużi fir-reġistru ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi skont Art. 10 tal-Att dwar il-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta (Kap. 515), inkluż f'liema pajjiżi huma stabbiliti tinsab hawn taħt.
Lista ta' orgnaizzazzjonijiet mhux governattivi Maltin irreġistrati:
1. Maltese - Canadian Federation, Ontario, il-Kanada
2. Leħen Malta TV Program, Mississagua, Ontario, il-Kanada
3. Festa San Ġorġ Association of Toronto, Mississagua, Ontario, il-Kanada
4. Assoċjazzjoni Maltin fil-Belġju asbl - Brussell, il-Belġju
5. Maltese Community Council ta' New South Wales (NSW) l-Awstralja.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru jinforma l-Kamra jekk humiex isiru xogħlijiet sabiex jittaffa dak li għaddejjin minnu r-residenti ta’ Triq Karl Chircop, f’Raħal Ġdid?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed tintuża sistema ta’ wheelwashing minħabba x-xogħlijiet li għaddejjin waqt il-bini taċ-Ċentru Reġjonali Vincent Moran f’Raħal Ġdid.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10543, jista’ l-Ministru jinforma x’kienet ir-raġuni u l-pożizzjoni wara l-vot ta’ astensjoni ta’ pajjiżna fil-vot li ttieħed fis-17 ta’ Diċembru 2018 għar-“Report of the Human Rights Council” (A/Res/73/152) fin-Nazzjonijiet Magħquda?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-vot li ttieħed fis-17 ta' Diċembru 2018 għar-Report of the Human Rights Council (A/Res/73/152) fin-Nazzjonijiet Magħquda, l-Istati membri tal-Unjoni Ewropea, inkluż Malta, qablu fuq pożizzjoni komuni u astjenew.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10543, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kif ivvota pajjiżna fil-5 ta’ Diċembru 2018 fil-“Convention on the Prohibition of the Development, Production and Stockpiling of Bacteriological and Toxin Weapons ” (A/Res/73/87) fin-Nazzjonijiet Magħquda?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-vot li ttieħed fil-5 ta’ Diċembru 2018, fil Convention on the Prohibtion of the Development, Production and Stockpiling of Bacteriological and Toxin Weapons (A/Res/73/87) fin-Nazzjonijiet Magħquda, l-Unjoni Ewropea ħadet pożizzjoni komuni, fejn il-pajjiżi kolha tal-Unjoni Ewropea kżosponsorjaw ir-riżoluzzjonijiet inkluz Malta. Ir-Riżoluzzjoni ġiet adottata mingħajr vot.
Transport Malta – twaħħil ta’ bollards tal-plastik
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’inhija l-proċedura, dejjem jekk teżisti, li xi ħadd jiġi awtorizzat minn Transport Malta biex iwaħħal bollard tal-plastik fuq il-bankina u fit-triq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, illi l-proċedura biex jiġu nstallati plastic bollards hija li l-entità li tkun tixtieq tinstallahom tapplika għand Transport Malta għal permess permezz ta’ email, ittra, standard application form jew e-forms. Normalment tiġi wkoll annessa site plan u / jew ritratt. L-Awtorità tevalwa r-rikjesta skont iċ-ċirkostazi tal-post u li’ standards u toħroġ “No Objection” jew “refusal” skont il-każ.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10543, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’kienet ir-raġuni u l-pożizzjoni wara l-vot kontra ta’ pajjiżna fil-vot li ttieħed fil-5 ta’ Diċembru 2018 fil-“Convention on the Prohibition of the Use of Nuclear Weapons” (A/Res/73/74) u “Reducing Nuclear Danger” (A/Rs/73/55) fin-Nazzjonijiet Magħquda?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Intperellant li fil-vot li ttieħed fil-5 ta’ Diċembru 2018, fil-Convention on the Prohibition of the Use of Nuclear Weapons (A/Res/73/74) u Reducing Nuclear Danger (A/Rs/73/55) fin-Nazzjonijiet Magħquda, l-istati membri tal-Unjoni Ewropea, inkluż Malta, qablu fuq pożizzjoni komuni u vvutaw kontra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10543, jista’ l-Ministru jinforma x’kienet ir-raġuni u l-pożizzjoni wara l-vot kontra ta’ pajjiżna fil-vot li ttieħed fl-20 ta’ Diċembru 2018 fil-“Eradicating rural poverty to implement the 2030 agenda for Sustainable Development” (A/Res/73/244) fin-Nazzjonijiet Magħquda?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onoroveli Interpellant li fil-vot li ttieħed fl-20 ta’ Diċembru 2018 fuq “Eradicating rural poverty to implement the 2030 agenda for Sustainable Development” (A/Res/73/244) fin-Nazzjonijiet Magħquda, l-istati membri tal-Unjoni Ewropea, inkluż Malta, qablu fuq pożizzjoni komuni u vvutaw kontra.
Persuni bejn l-40 u 50 sena li jirċievu pensjoni wara l-mewt ta’ żwieġhom jew marthom
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11893, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm huwa l-ammont jew kif inhija maħduma l-pensjoni tar-romol f’każijiet ta’ persuni bejn l-40 u 50 sena li jirċievu pensjoni wara l-mewt ta’ żwieġhom jew marthom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10543, jista’ l-Ministru jinforma x’kienet ir-raġuni u l-pożizzjoni wara l-vot kontra ta’ pajjiżna fil-vot li ttieħed fl-20 ta’ Diċembru 2018 għal “Towards a New International Economic Order” (A/Res/73/240) fin-Nazzjonijiet Magħquda?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onoroveli Interpellant li fil-vot li ttieħed fl-20 ta’ Diċembru 2018 għal “Towards a New International Economic Order” (A/Res/73/240) fin-Nazzjonijiet Magħquda, l-istati membri tal-Unjoni Ewropea, inkluż Malta, qablu fuq pożizzjoni komuni u ivvotaw kontra.
Persuni bejn it-30 u l-40 sena li jirċievu pensjoni wara l-mewt ta’ żwieġhom jew marthom
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11891, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm huwa l-ammont jew kif inhija maħduma l-pensjoni tar-romol f’każijiet ta’ persuni bejn it-30 u l-40 sena li jirċievu pensjoni wara l-mewt ta’ żwieġhom jew marthom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11879, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hija l-istima għax-xogħlijiet neċessarji li jridu jsiru meta saret l-applikazzjoni għall-fondi relattivi?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10543, jista’ l-Ministru jinforma x’kienet ir-raġuni u l-pożizzjoni wara l-vot ta’ astenzjoni ta’ pajjiżna fil-vot li ttieħed fis-17 ta’ Diċembru 2018 fil-“Combating glorification of Nazism neo-nazism and other practices ” (A/Res/73/157) fin-Nazzjonijiet Magħquda?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onoroveli Interpellant li fil-vot li ttieħed fit-17 ta’ Diċembru 2018 fil-“Combating glorification of Nazism neo-nazism and other practices ” (A/Res/73/157) fin-Nazzjonijiet Magħquda, l-istati membri tal-Unjoni Ewropea, inkluż Malta, qablu fuq pożizzjoni komuni u astjenew.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li kien hemm ħaddiema ingaġġati mal-Fondazzjoni tal-GWU fl-iskema Community Work Scheme sal-aħħar ta’ Diċembru 2018?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati mal-Fondazzjoni tal-GWU fl-iskema Community Work Scheme fl-aħħar ta’ Diċembru 2018 kien 847.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11886 jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk almenu hemmx inkjesta maġisterjali jew waħda interna li ġiet stabbilita?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandhiex xi nżid iktar wara r-risposta li diġà tajt f’mistoqsija parlamentari 11886. Madanakollu, nerġa' nistieden lill-Onor. Interpellant li m’għandi l-ebda oġġezzjoni li b’mod privat u kunfidenżjali ninfurmah dwar l-informazzjoni li jien konxju tagħha u x-xogħol li qed isir fuq dan il-każ.
Skejjel Sekondarji — Studenti li qed jistudjaw il-lingwa tedeska
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm studenti fl-iskejjel sekondarji li qegħdin jistudjaw il-lingwa Tedeska?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti fl-iskejjel sekondarji u medji tal-istat li qegħdin jistudjaw il-lingwa Ġermaniża huwa kif se nsemmi:
Skejjel Sekondarji - 819-il student
Skejjel Medji - 572 student
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba bil-lingwa Tedeska tul dawn l-aħħar tliet snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bil-lingwa Ġermaniża, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu xtrat 511 ktieb tal-qari u dawn tqassmu fl-iskejjel. L-iskejjel medji u sekondarji nfushom xtraw 401 ktieb ieħor. Jiġifieri b’kollox inxtraw 912-il ktieb bil-lingwa Ġermaniża.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10543, jista’ l-Ministru jinforma x’kienet ir-raġuni u l-pożizzjoni wara l-astenzjoni ta’ pajjiżna fil-vot li ttieħed fit-22 ta’ Diċembru 2018 fil-Global Call for Concrete action for the total elimination of racism, racial discrimination etc (A/Res/73/362) fin-Nazzjonijiet Magħquda?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-vot li ttieħed fit-22 ta’ Diċembru 2018 fil-Global Call for Concrete action for the total elimination of racism, racial discrimination etc (A/Res/73/362) fin-Nazzjonijiet Magħquda, il-membri imsieħba tal-Unjoni Ewropea, inkluz Malta, qablu fuq pożizzjoni komuni u astjenew.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11884, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk almenu dan il-każ ġiex investigat mill-Korp tal-Pulizija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ ma ġiex investigat mill-Pulizija u nerġa’ nistiednu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.