Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fis-sena 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ ittri uffiċjali ppreżentati matul 2019 fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kien hekk:
Tip ta’ Ittra Uffiċjali
Prim’ Awla Qorti Ċivili (Malta)
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza superjuri tagħha
Ittri Uffiċjali normali
5005
608
Ittri Uffiċjali (Kostituzzjonali)
3
--
Ittri Uffiċjali dwar Kambjali
20
--
Ittri Uffiċjali ai termini tal-Art. 166A (Kap. 12)
180
6
Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni f’Bormla bbenefikaw mill-In work benefit tul is-sena 2019? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ persuni f’Bormla li ibbenefikaw mill-In work benefit fis-sena 2019 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Lokalita'
Nisa
Irgiel
Total
Beneficcjarji
Nefqa
Beneficcjarji
Nefqa
Beneficcjarji
Nefqa
Bormla
33
€34,549.26
34
€29,163.01
67
€63,712.27
Prim Awla tal-Qorti Ċivili u l-Qorti tal-Maġistrati – ittri uffiċjali eżekuttivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali eżekuttivi taħt l-artikolu 166A fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili u l-Qorti tal-Maġistrati f’Malta u Għawdex is-sena li għaddiet 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ ittri uffiċjali ppreżentati ai termini tal-artikolu 166A (Kap. 12) fl-2019 fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (Malta) kien ta’ 180 filwaqt li 54 ittra uffiċjali ġew reżi eżekuttivi. Fl-istess perjodu 3654 ittra uffiċjali ai termini tal-artikolu 166A (Kap. 12) ġew ippreżentati fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) filwaqt li 718-il ittra ġew reżi eżekuttivi.
In-numru ta’ ittri uffiċjali ppreżentati ai termini tal-artikolu 166A (Kap. 12) fl-2019 fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), fil-kompetenza Superjuri Ċivili tagħha kien ta’ 6 filwaqt li ittra waħda uffiċjali ġiet reża eżekuttiva. Fl-istess perjodu 186 ittra uffiċjali ai termini tal-artikolu 166A (Kap. 12) ġew ippre¿entati fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), Inferjuri Ċivili, filwaqt li 13-il ittra ġew reżi eżekuttivi.
In work benefit — Persuni f’Raħal Ġdid li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni f’Raħal Ġdid ibbenefikaw mill-In work benefit tul is-sena 2019? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni f’Raħal Ġdid li bbenefikaw mill-In work benefit fis-sena 2019 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Lokalità
Nisa
Irgiel
Total
Beneficcjarji
Nefqa
Beneficcjarji
Nefqa
Beneficcjarji
Nefqa
Raħal Ġdid
46
€ 37,337.71
84
€ 56,708.61
130
€ 94,046.32
Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni fil-Fgura bbenefikaw mill-In work benefit tul is-sena 2019? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni mill-Fgura li bbenefikaw mill-In work benefit fis-sena 2019 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Lokalita'
Nisa
Irgiel
Total
Beneficcjarji
Nefqa
Beneficcjarji
Nefqa
Beneficcjarji
Nefqa
Fgura
66
€ 45,508.44
139
€ 83,719.07
205
€ 129,227.51
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet quddiem l-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali tul is-sena 2019? Jista’ jgħid kemm ġew deċiżi, ċeduti jew abbandunati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba hija kif ġej ;
Appelli quddiem l-Arbitru
Numru ta’ każijiet
irreġistrat sa Diċembru 2019
Appelli li daħlu sa Diċembru 2019
912
Appelli deċiżi sa Diċembru 2019
370
Appelli ċeduti sa Diċembru 2019
218
Appelli abbandunati mill-appellant, sa Diċembru 2019
44
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ tul is-sena 2019 u jista’ jindika kemm kienu volontarji, kemm mandatorji u kemm internazzjonali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2019 ġew deċiżi 267 ka¿, li minnhom 2 kienu deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ internazzjonali, 25 kienu deċizjonijiet ta’ arbitraġġi volontarji u 240 deċiżjoni ta’ arbitraġġi mandatorju.
Raħal Ġdid — Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali - ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kien hemm jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa Raħal Ġdid u jista’ jindika kemm persuni wżaw is-servizz tal-post tul is-sena 2019?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm ħames persuni li jagħtu servizz lill-pubbliku fl-uffiċċju distrettwali ta’ Raħal Ġdid. Matul is-sena 2019, kien hemm 3,741 persuna li rrikorrew għal xi servizz minn dan l-uffiċċju distrettwali. Kien hemm għadd ta’ persuni oħra li marru l-uffiċċju distrettwali msemmi għall-informazzjoni ġenerali, li dwarhom ma tinżammx statistika b’mod uffiċjali mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm arbitraġġi pendenti fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ fl-aħħar tas-sena 2019 u jista’ jindika kemm kienu volontarji, kemm mandatorji u kemm internazzjonali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li sal-aħħar tas-sena 2019, fiċ-Ċentru kien hemm 634 każ pendenti minn 5,868 każ li ġew ippreżentati sa minn Marzu tas-sena 2000. Il-każijiet pendenti huma 24 każ ta’ arbitraġġ internazzjonali, 145 każ ta’ arbitraġġ volontarju u 465 każ ta’ arbitraġġ mandatorju.
Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni f’Malta bbenefikaw mill-In work benefit tul is-sena 2019? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej ;
Benefiċċjarji skont il-Ġeneru f’Malta
Numru ta’ Benefiċjarji
Nefqa għall-Għoti tal-
In Work Benefit
Nisa
1,735
€1,490,059.35
Irġiel
2,837
€2,416,619.85
Total
4,572
€3,906,679.20
Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni f’Malta bbenefikaw mill-In work benefit tul is-sena 2019? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej ;
Benefiċċjarji skont il-Ġeneru f’Għawdex
Numru ta’ Benefiċjarji
Nefqa għall-Għoti tal-In-Work Benefit
Nisa
119
€105,015.33
Irġiel
402
€366,747.59
Total
521
€471,762.92
Qrati ta’ Malta – spiża f’ikel u akkomodazzjoni għal ġurati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset mill-Qrati ta’ Malta f’ikel u akkomodazzjoni għal ġurati fis-sena 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li l-ispiża li tħallset mill-Agenzija dwar is-Servizz tal-Qrati f’ikel u akkomodazzjoni għal ġurati fis-sena 2019 kienet kif indikata hawn taħt:
Akkomodazzjoni
€ 24,802.33
Ikel
€ 6,838.02
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni ġew ammessi fl-Isptar Monte Karmeli tul is-sena 2019 u jista’ jindika kemm kien hemm persuni rikoverati sal-aħħar tas-sena 2019?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2019 ġew ammessi 1947 persuni fl-isptar Monte Carmeli. In-numru ta' pazjenti li kienu qed jiġu rikoverati fl-istess sptar fl-aħħar tas-sena tal-2019 kien ta’ 350.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li ddaħħlu
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tul is-sena 2019?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li ddaħħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin matul is-sena 2019 kien 966. Dan in-numru jinkludi fih persuni li bdew jiskontaw sentenza u ohrajn li kienu qed jistennew il-proċess tagħhom jiġi deċiż
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni tul is-sena 2019, kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li żaru l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni tul is-sena 2019 kien jammonta għal 32,582.
Id-dħul finanzjarju ammonta għal €779,254.65. Id-dħul finanzjarju huwa maqsum bejn entrance fees u gift shop sales.
L-ispejje¿ ġenerali fuq l-istess sit ammontaw għal €352,673.69. Dawn huma relatati ma manutenzjoni, telefonija, tindif, dawl u ilma, stationery, saħħa u sigurta u organizazzjoni ta’ attivitajiet varji.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li qed jiskontaw sentenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u kemm kien hemm jistennew il-proċess tagħhom jiġi deċiż tul is-sena li għaddiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-31/12/2019, kien hemm 509 persuni li kienu qed jiskontaw sentenza, u 245 oħra kienu qed jistennew il-proċess tagħhom jiġi deċiż.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru t-Tempji Neolitiċi tul is-sena 2019, kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li żaru t-Tempji Neolitiċi tul is-sena 2019 kien jammonta għal 545,199.
Id-dħul finanzjarju ammonta għal €3,153,313.37. Id-dħul finanzjarju huwa relatat ma gift shop sales u entrance fees .
L-ispejje¿ ġenerali fuq l-istess sit ammontaw għal €1,313,894.90. Dawn huma relatati ma’ manutenzjoni, telefonija, tindif, dawl u ilma, kirja tal-bini, stationery, saħħa u sigurta’ u organizazzjoni ta’ attivatijiet oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabru lura mill-ispejjeż peritali f’kawżi kriminali tul is-sena li għaddiet 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta inġabar l-ammont ta’ €121,692.29 mill-ispejjez peritali f’kawżi kriminali matul is-sena 2019. Filwaqt li fil-Qorti ta’ Għawdex inġabar l-ammont ta’ €1887.81 ewro mill-ispejjez peritali f’kawżi kriminali matul is-sena 2019.