Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika jekk ittieħdux miżuri konġunti jew ġewx diskussi dawn fid-dawl tat-tixrid tal-marda Coronavirus mal-pajjiż ġar tagħna l-Italja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13370 filwaqt li ninfurmah li d-diskussjonijiet għadhom u se jibqgħu għaddejjin.
Jista' l-Ministru jgħid f’liema stat jinsab Peppi Delceppo Ground f’Bormla u jista' jindika meta ser jiġi rranġat biex jiġi użat mill-ġdid?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li se tkun qiegħda tinħareġ sejħa għall-offerti mill-ġdid minħabba li l-ewwel sejħa kienet għola mill-istima.
Ix-xogħol ippjanat jikkonsisti f’bini mill-ġdid ta’ grawnd 5-a-side,
playing field
u xogħol anċillari ieħor. Dan mistenni li jkun lest sal-aħħar tas-sena 2021.
Jista' l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex iż-żona li hemm protetta f’Xrobb l-Għaġin f'Delimara jsirulha x-xogħlijiet neċessarji li hemm bżonn?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jiddentifika eżattament liema huma x-xogħlijiet necessarji li hemm bżonn isiru. Jekk qed jirreferi għal ħajt li jdawwar ż-żona protteta ġewwa Xrobb l-Ghagin, ninfurmah li s-sejħa għall-offerti ġiet konkluża u bħalissa għaddej l-perjodu ta’ appell fejn eventwalment wara jkun jista jibdew ix-xogħlijiet neċessarji fuq dan il-ħajt.
Jista' l-Ministru jindika jekk tul din is-sena humiex ser jittieħdu passi sabiex il-Fortizza ta' Delimara tinfetaħ fuq bażi permanenti? Jista' jindika x’xogħlijiet ta’ restawr sar fiha f’dawn l-aħħar snin?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma hemm l-ebda ħsieb li l-Forti ta’ Delimara tinfetaħ b’mod permanenti għall-pubbliku fil-futur qarib.
Tul dawn l-aħħar snin sar ħafna xogħol ta’ tindif li permezz tiegħu il-Fortizza u l-foss tagħha ġew illiberati minn tunnellati kbar ta’ terrapien u materjal ieħor li ġie mitfugħ fiha minn meta ġiet abbandunata għal meta kienet tintu¿a bħala razzett. Dan ix-xogħol kompla din is-sena bil-kollaborazzjoni tal-Cleansing and Maintenance Division.
Xogħol ta’ restawr s’issa ġie llimitat għal ftuh ta’ aperturi imblukkati u twaqqiegħ ta’ xi accretions.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’policies hemm fis-seħħ mill-Awtorità tal-Ambjent għar-rigward ta’ ħsejjes u inkonvenjenzi li jinqalgħu lill-ġirien minħabba l-istallazzjoni ta’ apparat marbut ma’ air conditioning jew fridges industrijali?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsejjeż tat-tip li qed jirreferi għalihom, jiġiefieri għal storbju fil-viċinat (‘neighbourhood noise’), ma jaqgħux fil-kwadru tar-regoli amministrati mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi li r-responsabbiltà tagħha hija biss għal ħsejjes fl-ambjent (‘environment noise’). Madakollu il-ministeru tieghi kien qed jipprepara ligi ad hoc fuq sorbju fil-vicinat (‘neighbourhood noise’) u din ser tinhareg ghall-konsultazzjoni pubblika fil-gimghat li gejjin.
Awtorità tal-Ippjanar – policies rigward ħsejjes u inkonvenjenzi minn stalazzjoni ta’ air conditioning jew fridges industrijali
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’policies hemm fis-seħħ mill-Awtorita tal-Ippjanar għar-rigward ta’ ħsejjes u inkonvenjenzi li jinqalgħu lill-ġirien minħabba l-istallazzjoni ta’ apparat marbut ma’ air conditioning jew fridges industrijali?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ Dwar l-Ippjanar ghandha zewg policies relatati mal-kwistjoni. Id-dokument ta’ politika DC2015 fih zewg provvedimenti. Dak f’G47 jitlob li air conditioning units ma jitpoggewx fejn jistghu ikunu ta’ inkonvenjent, specjalment bil-lejl, u allura m’ghandhomx jitpoggew fejn kmamar tas-sodda u titlob ukoll li chillers ma jitpoggewx fuq bjut. Min-naha l-ohra dak f’P38 ta’ l-istess document jitlob ukoll li ghal uzijiet kummercjali f’basements, air conditioning units u fridges m’ghandhomx ikunu ta’ inkonvenjent lill-girien.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew reġistrati ulied għall-fini tal-benefiċċju taċ-Children’s Allowance tul is-sena li għaddiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mizmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali turi li matul is-sena 2019 tħallsu 3,599 każ ġdid ta’ Allowance tat-Tfal.
Il-Fgura – Triq Mater Boni Consgili u Triq Kent — art
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Awtorità dwar l-Ambjent fir-rigward l-art li tinsab il-Fgura bejn Triq Mater Boni Consigli u Triq Kent?
Response (FARRUGIA, AARON)
Peress lill-Onor. Interpellant ma tax id-dettalji relattivi għan-numru tal-applikazzjoni ġie preżunt li kien qed jirreferi għall-PA 783/20. Infurmat li l-ERA ġiet ikkonsultata mill-Awtorità tal-Ippjanar fil-proċess tal-applikazzjoni għal permess u bħalissa qed tanalizza l-każ. Fi kwalunkwe każ bħala regolatur l-ERA ser tissottometti l-pożizzjoni tagħha lill-Awtorità tal-Ippjanar fiż-żmien stipulat.
Emendi biex min jilħaq l-età tal-pensjoni jkunu jistgħu jaħdmu part-time
Question
Jista’ l-Ministru jikkonsidra li jsiru l-emendi sabiex persuni li jilħqu l-età tal-Pensjoni jkunu jistgħu jkomplu jaħdmu part-time mill-ewwel u mhux jistennew?
Emendi biex min jilħaq l-età tal-pensjoni jkunu jistgħu jaħdmu part-time
Question
Jista’ l-Ministru jikkonsidra li jsiru l-emendi sabiex persuni li jilħqu l-età tal-Pensjoni jkunu jistgħu jkomplu jaħdmu part-time mill-ewwel u mhux jistennew?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, persuna li tilħaq l-età tal-pensjoni, bi ftehim ma’ min iħaddimha, jew inkella tkun taħdem għaliha nnifisha, tista’ tibqa’ taħdem kemm fuq bażi part-time kif ukoll full-time.
Jista’ l-Ministru jara li Triq l-Isqajjaq Ħal Tarxien fejn hemm zebra crossing din tkun mixgħula filgħaxija kif ukoll billi l-istess tara użu minn diversi tfal li tiġi introdotta sleeping policeman biex tikkalma t-traffiku?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, Triq Annunzjata, Triq is-Sorijiet u Triq l-Isqajjaq f’Ħal Tarxien jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali u għandhom jiġu indirizzati lil Ministeru kkonċernat.
Ħal Tarxien – Triq Annunzjata u Triq is-Sorrijiet — tibdil fit-tabelli
Question
Jista’ l-Ministru jara li jiġu introdotti miżuri inkluż tibdil fit-tabelli sabiex jiġi mitigat is-sofferenza u l-perikolu li għaddejjin minnu r-residenti ta’ Triq Annunzjata u Sorijiet Ħal Tarxien invista tal-volum eċċessiv ta’ traffiku li qiegħed jgħaddi preżentement?
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien in-numru ta’ persuni li tħallsu Children’s Allowance f’Malta u kemm kien l-ammont komplessiv tul is-sena li għaddiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
2019
BenefiċċjuNumru ta’ BenefiċjarjiAmmont
Imħallas
Allowance għat-Tfal skont id-dħul tal-familja17,403€ 20,260,964.80
Allowance għat-Tfal (l-inqas rata)25,423€ 17,233,147.95
Allownce għat-Tfal b’Diżabilità1,659€ 2,164,109.12
Allowance għat-Tfal Fostered192€ 1,233,658.27
Total44,677€ 40,891,880.14
Prim Awla tal-Qorti Ċivili u Qorti tal-Maġistrati – mandati ta’ sekwestru
Question
Jista’ l-Minsitru jgħid kemm ġew ippreżentati mandati ta’ sekwestru fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili u l-Qorti tal-Maġistrati f’Malta u Għawdex tul is-sena li għaddiet 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
In-numru ta’ Mandati ta’ Sekwestru li ġew ipprżentati fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili u fil-Qorti tal-Maġistrati f’Malta matul is-sena 2019 huwa kif muri hawn taħt:
2019Prim’ Awla tal-Qorti ĊiviliQorti tal-Maġistrati (Malta)
Sekwestru Kawtelatorju343404
Sekwestru Ezekuttiv338974
In-numru ta’ Mandati ta’ Sekwestru li ġew ipprezentati fil-Qorti tal-Maġistrati f’Għawdex matul is-sena 2019 huwa kif muri hawn taħt:
2019
Qorti tal-Maġistrati (Ġurisdizzjoni Superjuri)
Qorti tal-Maġistrati (Ġurisdizzjoni Inferjuri)
Sekwestru Kawtelatorju
18
13
Sekwestru E¿ekuttiv
14
15
In work benefit – Persuni minn Santa Luċija li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni f’Santa Luċija (Malta) bbenefikaw mill-In work benefit tul is-sena 2019? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu hi kif murija fit-tabella t’hawn taħt:
Santa Luċija
Benefiċjarji
Nefqa
Nisa
13
€13,874.70
Irgiel
8
€2,477.01
Total
21
€16,351.71
In work benefit – Persuni mill-Gudja li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni fil-Gudja bbenefikaw mill-In work benefit tul is-sena 2019? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif murija fit-tabella t’hawn taħt:
Gudja
Benefiċjarji
Nefqa
Nisa
12
€3,958.71
Irgiel
16
€14,056.41
Total
28
€18,015.12
Qrati ta’ Malta u Għawdex – Comunity Service Orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sentenzi fil-qrati ta Malta u Għawdex fejn kien hemm Comunity Service Order is-sena l-għaddiet u kemm kien hemm sigħat komplessivi stabiliti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta fis-sena 2019 kien hemm 36 każ ta Community Service Order b’ammont ta’ 7055 sigħat komplessivi.
Infurmat ukoll li fil-Qorti ta’ Għawdex fis-sena 2019 kien hemm każ wieħed ta
Community Service Order
li biha persuna ngħatat 200 siegħa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm waslu immigranti irregolari bil-baħar tul s-sena 2018, 2019 u 2020 u jistgħux jiġu indikati separatament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura, l-immigranti irregolari bil-baħar li waslu tul s-sena 2018, 2019 u 2020, kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt
2018
2019
2020
1,445
3,405
989
In work benefit– Persuni f’Ħal Tarxien li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni f’Ħal Tarxien bbenefikaw mill-In work benefit tul is-sena 2019? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni f’Ħal Tarxien li bbenefikaw mill-In work benefit fis-sena 2019 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Lokalita'
Nisa
Irgiel
Total
Beneficcjarji
Nefqa
Beneficcjarji
Nefqa
Beneficcjarji
Nefqa
Tarxien
55
€44,990.41
59
€42,052.38
114
€87,042.79