Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mużew Marittimu – żjarat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru l-Mużew Marittimu fil-Birgu tul is-sena 2019, kif ukoll xi spejjeż saru u xi dħul kien hemm mill-istess post?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li żaru l- Mu¿ew Marittimu fil-Birgu tul is-sena 2019 kien jammonta għal 21,459. Id-dħul finanzjarju ammonta għal €63,335.66. Id-dħul finanzjarju huwa relatat ma gift shop sales u entrance fees. L-iSpejjeż ġenerali fuq l-istess sit ammontaw għal €102,249.24. Dawn huma relatati ma’ manutenzjoni, telefonija, tindif, dawl u ilma, kirja tal-bini, stationery, saħħa u sigurtà u organizazzjoni ta’ attivatijiet oħra.

Żona ta’ Kordin – faċilitajiet sportivi – irranġar ta’ bankini

Question

Jista’ l-Ministru jara li fil-parti ta’ Kordin senjatament fejn hemm faċilitajiet sportivi varji, jiġu rranġati u msewwija d-diversi bankini, li tkissru għal numru ta’ drabi minn vetturi kbar u tqal u minħabba traskuraġni u trapass taż-żmien?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn verifiki li saru minn Malta Industrial Parks Ltd (MIPL) jirrizulta li ħafna mill-ħsarat li qed isiru referenza għalihom mhumiex f’propjetà tal-kumpanija u għaldaqstant ma tistax tagħmel interventi fuqhom. L-MIPL ġieli ddiskutiet din is-sitwazzjoni mal-Awtoritajiet kompetenti, kemm bil-għan li jkun hemm l-infurzar neċessarju u kif ukoll biex tara kif tista’ tkun ta’ assistenza fiċ-ċirkostanzi. Filfatt, MIPL qed tevalwa l-possibilita’ ta’ investiment fi proġett ta’ trailer holding area biex tindirizza din is-sitwazzjoni mhux biss f’Kordin, imma wkoll f’żoni oħrajn.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li attendew korsijiet akkademiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li attendew korsijiet akkademiċi jew li ngħataw il-permess li jattendu barra u jista’ jiġi indikat in-natura tas-suġġetti li ġew offruti jew studjati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-2018 u sakemm qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija hemm sitt persuni attendew korsijiet akkademiċi jew li ngħataw il-permess li attendu korsijiet ta’ studju barra. Il-korsijiet li attendew kienu kif ġej: · BComm fl-Università ta’ Malta · Advanced Diploma fl-Inġinerija – MCAST · Advanced Diploma Business and Administration – MCAST · Advanced Diploma in Sports (Development coaching and Fitness) - MCAST · Advanced Course in Horticulture – MCAST level 3

Ġbir mill-ispejjeż peritali f’kawżi kriminali

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12873, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm spejjeż peritali f’arretrati fl-aħħar tas-sena li għaddiet?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta kien hemm pendenti l-ammont ta’ €314,640.03 f’arretrati ta’ spejjeż peritali f’kawżi kriminali sal-aħħar tas-sena 2019. Filwaqt li fil-Qorti ta’ Għawdex kien hemm pendenti l-ammont ta’ €4,681.03 f’arretrati ta’ ispejjeż peritali f’kawzi kriminali sal-aħħar tas-sena 2019.

Att dwar il-Ġustizzja riparattiva – talbiet għall-parole

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12875 jista' l-Ministru jindika kemm persuni kkwalifikaw fit-talba tagħhom għall-parole u kemm raw it-talba tagħhom miċħuda u dan min meta ġiet fis-seħħ l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu dwar kemm persuni kkwalifikaw fit-talba tagħhom għall-parole u kemm raw it-talba tagħhom miċħuda u dan minn meta ġiet fis-seħħ l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi sena b’sena, tinsab fit-tabella hawn taħt: Sena persuni li kkwalifikaw fit-talba talba miċħhuda 2013 13 37 2014 20 52 2015 24 47 2016 19 57 2017 19 28 2018 18 28 2019 21

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali – ġbir ta’ flus għad-drittijiet u spejjeż dovuti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12871 jista' l-Ministru jindika kemm kien hemm arretrati pendenti sal-aħħar tas-sena li għaddiet f’drittijiet u spejjeż dovuti?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li sal-aħħar tas-sena 2019 l-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali kellu €244,157 fi drittijiet li jikkonsistu fi spejjez legali li dan l-Uffiċju irid jiġbor. Jekk bi spejjez dovuti, l-Onor interpellant qed jirreferi għal spejjez amministrattivi tal-uffiċju tal-Avukat Ġenerali, sal-aħħar tas-sena l-oħra dan l-uffiċju kellu €72,000 fi spejjeż dovuti li huma biss spejjeż amminstrattivi li jinkludu kirjiet ta’ uffiċini, spejjeż dovuti lill-Qorti u ħlasijiet ta’ servizzi ta’ security u tindif.

Palazz tal-Inkwiżitur — żjarat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru l-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu tul is-sena 2019, kif ukoll xi spejjeż saru u xi dħul kien hemm mill-istess post?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li żaru l-Palazz tal-Inkwiżitur tul is-sena 2019 kien jammonta għal 38,626. Id-dħul finanzjarju ammonta għal €178,019.67 Id-dħul finanzjarju huwa relatat ma gift shop sales u entrance fees. L-Ispejjeż ġenerali fuq l-istess sit ammontaw għal €127,257.06. Dawn huma relatati ma’ manutenzjoni, telefonija, tindif, dawl u ilma, kirja tal-bini, stationery, saħħa u sigurtà u organizazzjoni ta’ attivatijiet oħra.

Qrati ta’ Malta u Għawdex – sentenzi sospiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sentenzi fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex fejn il-piena kienet sentenza sospiża, tul is-sena li għaddiet?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2019 ingħataw 258 sentenza sospiza fil-Qorti ta’ Malta. Filwaqt li fil-Qorti Maġistrati ta Għawdex kien hemm 8 sentenzi sospizi fis-sena 2019.

Għajnuna Soċjali — persuni

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali fl-aħħar tas-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess tagħhom u kemm kien hemm applikanti ġodda?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ benefiċċjarji tad-diversi tipi ta’ Għajnuna Soċjali, fl-aħħar tas-sena 2019, maqsumin bejn nisa u rġiel, kien kif indikat fit-tabella t’hawn taħt: Benefiċċji Irġiel Nisa Total DAD - Drug Addict Dependence 21 1 22 SA - Għajnuna Soċjali 1,107 2,964 4,071 SUP - Għajnuna Soċjali għal ġenitur singlu 31 2,212 2,243 SUA - Għajnuna għal Diżimpjieg sussidjarja 676 103 779 UA - Għajnuna għal diżimpjieg 472 136 608 Total 2,307 5,416 7,723 In-numru ta` applikazzjonijiet ġodda li daħlu fl-2019 kienu kif indikat fit-tabella t’hawn taħt: DAD Drug addict Dependence SA Għajnuna Socjali SUP Għajnuna Soċjali għal ġenitur singlu SUA Għajnuna għal diżimpjieg sussidjarja UA Għajnuna għal diżimpjieg Total 40 543 246 201 402 Mhux l-applikazzjonijiet kollha ġodda li daħlu fl-2019, li qed issir referenza għalihom fit-tabella t’hawn fuq, ġew aċċettati.

Prim Awla tal-Qorti Ċivili u l-Qorti tal-Maġistrati – mandati ta’ qbid

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm ġew ippreżentati mandati ta’ qbid fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u l-Qorti tal-Maġistrati f’Malta u Għawdex tul is-sena 2019?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2019, 57 Mandat ta’ Qbid ġew ippreżentati fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili li minnhom 39 kienu Manadati Kawtelatorji u 18 Mandati Ezekuttivi, filwaqt li 111-il Mandat ta’ Qbid ġew ippreżentati fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) – 37 Mandat Kawtelaktorju u 74 Mandat Ezekuttiv. Kien hemm ukoll 3 Mandati Kawtelatorji ta’ Qbid ipprezentati fil-Qorti Civili (Sezzjoni tal-Familja). Matul is-sena 2019, 4 Mandati ta’ Qbid ġew ippreżentati fil-Qorti tal-Maġistrati, Għawdex, Ġurisdizzjoni Superjuri, li kollha kienu kawtelatorji; filwaqt li 12-il Mandat ta’ Qbid ġew ippreżentati fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), Ġurisdizzjoni Inferjuri. Minn dawn tal-aħħar 8 kienu eżekuttivi u 4 kienu kawtelatorji. Kien hemm ukoll 2 Mandati ta’ Qbid ippreżentati fil-Qorti tal-Maġistrati Għawdex, Ġurisdizzjoni Superjuri, (Sezzjoni tal-Familja), li t-tnejn kienu kawtelatorji,

Arretrati pendenti ta’ multi

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm arretrati pendenti ta’ multi (wara sentenzi penali) fl-aħħar tas-sena li għaddiet?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta kien hemm €7,110,241.11 arretrati pendenti ta’ multi (wara sentenzi penali) sal-aħħar tas-sena 2019. Filwaqt li fil-Qorti tal-Magistrati ta’ Għawdex kien hemm €299,003.96 ( arretrati pendenti ta’ multi (wara sentenzi penali) sal-aħħar tas-sena 2019.

Persuni bl-età tal-pensjoni — ħidma part-time

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13108 jista' l-Ministru jindika jekk persuni li jilħqu l-età tal-pensjoni jistgħux jibqgħu jaħdmu part-time u fl-istess ħin jirċievu l-pensjoni nkella għandhomx bżonn jistennew iktar snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, persuni li jilħqu l-età tal-pensjoni jistgħu jaħdmu kemm part-time kif ukoll full-time u fl-istess ħin jirċievu pensjoni kontributorja għall-Irtirar.

Ħal Tarxien — Triq l-Isqajjaq - dawl u sleeping policeman

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq l-Isqajjaq Ħal Tarxien fejn hemm zebra crossing tiġi mixgħula filgħaxija billi l-istess triq tara użu minn diversi tfal, kif ukoll jiġi introdott sleeping policeman biex jikkalma t-traffiku?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li jikkonferma li fi Triq l-Isqajjaq hemm zebra crossing u għadha ma ġietx mixgħula u għadha ma saritx sleeping policeman peress li ser tinqala’ t-triq. Wara li jsir ix-xogħol meħtieġ, ż-zebra crossing se tiġi mixgħula kif ukoll issir is-sleeping policemen.

Ħal Tarxien – Triq Annunzjata u Triq is-Sorijiet — tibdil fit-tabelli

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13110 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jiġu introdotti miżuri inkluż tibdil fit-tabelli sabiex jiġi mitigat is-sofferenza u l-perikolu li għaddejjin minnu r-residenti ta’ Triq Annunzjata u Triq is-Sorijiet Ħal Tarxien invista tal-volum eċċessiv ta’ traffiku li qiegħed jgħaddi preżentement?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li se jittieħdu passi f’dan ir-rigward u se tkun qed titwaħħal tabella biex ma jkunx jista’ jsir tidwir fuq il-lemin (no turning right).

Children’s Allowance – tfal reġistrati

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13169 jista' l-Ministru jgħid kemm mill-ammont indikat huma wlied li twieldu tul is-sena 2019 u kemm kienu mwielda qabel imma kkwalifikaw issa għall-benefiċċju taċ-Children’s Allowance?

Response (FALZON, MICHAEL)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.s

Qrati ta’ Malta u Għawdex – sentenzi ta’ probation order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sentenzi ta’ probation order fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex tul is-sena li għaddiet?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2019 kien hemm 178 sentenzi ta’ probation order fil-Qrati ta’ Malta u 6 sentenzi ta’ probation order fil-Qrati ta’ Ghawdex.

Diskussjonijiet mal-Italja dwar il-Coronavirus

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk ittieħdux miżuri konġunti jew ġewx diskussi dawn fid-dawl tat-tixrid tal-marda Coronavirus mal-pajjiż ġar tagħna l-Italja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej qiegħed isegwi l-iżviluppi li qed iseħħu fl-Italja fid-dawl tat-tixrid tal-Coronavirus u qed jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex Maltin li jinsabu fil-pajjiż ikunu gwidati kif għandhom jiġu lura. Barra minn hekk il-Ministeru qiegħed jaġġorna l-Pariri dwar Vjaġġar tiegħu b’mod regolari biex il-pubbliku jkun informat bl-aħħar żviluppi li qed iseħħu b’rabta mal-virus fil-pajjiż. Il-Ministeru qiegħed ukoll f’kommunikazzjoni mal-Ambaxxata Taljana f’Malta dwar l-iżviluppi. Dawn l-arranġamenti qed jiġu aġġornati minn ħin għal ħin.

Bormla — Peppi Delceppo Ground - tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’liema stat jinsab Peppi Delceppo Ground f’Bormla u jista' jindika meta ser jiġi rranġat biex jiġi użat mill-ġdid?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-grawnd imsemmi mill-Onorevoli interpellant ma jaqax taħt il-management ta’ SportMalta.