Legislature:
Category:
Reset
Active:

Children’s Allowance – tfal reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13379 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13169 jista' l-Ministru jgħid kemm mill-ammont indikat huma wlied li twieldu tul is-sena 2019 u kemm kienu mwielda qabel imma kkwalifikaw issa għall-benefiċċju taċ-Children’s Allowance?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, t-tweġiba ser tkun qiegħda tingħata f’seduta oħra.

Fortizza ta' Delimara — ftuħ permanenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13375, jista’ l-Ministru jikkonsidra li jdaħħal il-ftuħ tal-Fortizza ta’ Delimara bħala parti mill-programmi u proġetti għas-snin li ġejjin, sabiex il-post jinfetaħ għall-pubbliku?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Fortizza ta’ Delimara qed tinfetaħ biss għall-attivitajiet kulturali li qed jiżdiedu minn sena għall-sena. Dawn jinkludu Open Days, clean ups, guided tours u attivitajiet tematiċi oħra, hekk kif stipulat fil-programm ta’ attivitajiet ta’ Heritage Malta. Dan il-programm ma setax jitkompla minħabba l-pandemija ta’ COVID-19, iżda żgur illi mhux eskluż li tiżdied il-frekwenza ta’ attivitajiet f’din il-fortizza ladarba s-sitwazzjoni terġa tiġi lura għan-normal.

Ħaddiema li ħadu l-Early Retirement — xogħol

Question

In vista tal-fatt ta’ ħaddiema li joħorġu minn fuq il-post tax-xogħol bl-'Early Retirement' skont skedi offruti minn kumpaniji privati qabel ma jilħqu l-età tal-pensjoni, u peress li ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni fis-sens persuna li tingħata l-early retirement ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, f'dawk it-tliet snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor fil-frattemp, jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkonsidrax li ssir xi emenda fil-liġijiet tax-xogħol biex persuni f'din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu b'xogħol part-time?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, informazzjoni fir-rigward ta’ drittijiet li għandu jkollha persuna jekk tistax taħdem jew le qabel l-eta’ tal-irtirar, ma toħroġx mill-Att dwar is-Sigurtà Soċjali i¿da mill-Att dwar Relazzjonijiet Industrijali u Xogħol. L-Att dwar is-Sigurtá Soċjali jirregola biss iċ-ċrkostanza msemmija ta’ xi ħadd li jkun talab il-pensjoni tas-sigurtà soċjali fl-età ta’ 61 sena jew wara, sakemm jilħaq l-età tal-irtirar.

Ħal Tarxien – sussidju fuq kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet f’Ħal Tarxien u kemm kienet l-ispiża?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 23 benefiċċjarju minn Ħal Tarxien li qegħdin jibbenefikaw mis-sussidju tal-kera. L-ispiża fuq dawn il-benefiċċjarji hija ta’ €49,256.56 fis-sena.

Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – każijiet trattati mill-Bord għat-Tnaqqis ta’ Sentenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ġie trattat mill-Bord għat-Tnaqqis tas-Sentenzi u l-eżitu tagħhom taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap 516 fis-sena 2018?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2018 ġew diskussi 123 ka¿ u fihom ingħataw lura 218 ġurnata mir-remission mitlufa.

Reġistru ta’ Maltin Prominenti li jgħixu barra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fir-reġistru ta’ Maltin prominenti li jgħixu barra minn Malta hekk kif imsemmi fl-Artikolu 10 tal-Att dwar Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta (Kap. 515) skont il-pajjiż li huma stabbiliti fih u l-qasam li huma prominenti fih? Kemm minn dawn huma ċittadini ta' Malta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li r-reġistru ta’ Maltin Prominenti li Jgħixu Barra minn Malta beda jopera b’deċi¿joni tal-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu barra minn Malta fl-2017, bl-uniku sitt (6) applikazzjonijiet mibgħuta sal-2018 jiġu approvati kollha. Tajjeb wieħed jgħid li filwaqt li l-Ministeru baqa’ jirċievi numru ta’ applikazzjonijiet, dawn għadhom ma ġewx ikkunsidrati minħabba li bħalissa qed issir revi¿joni ta’ x’jagħmel persuna prominenti f’termini ta’ definizzjoni, u l-metru ta’ ġudizzju li bih persuna titqies prominenti għall-finijiet tar-reġistru kkonċernat. Il-Ministeru jittama li fix-xhur li ġejjin il-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta jkun f’po¿izzjoni li joħroġ b’linji gwida ċari bil-għan li t-terminu ‘persuna prominenti’ tkun definita kif meħtieġ u l-iskrutinju tal-applikazzjonijiet issir f’konsultazzjoni mal-istess linji gwida rispettivament.

Persuni reġistrati volontarjament bħala residenti barra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li rreġistraw volontarjament bħala residenti barra permezz tan-Notifika D tal-Ministeru skont il-pajjiż li joqogħdu fih sal-aħħar ta’ Marzu 2020?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li sa Marzu 2020, kien hemm ħamest elef, ħames mija u tnejn u disgħin (5592)-il persuna li rreġistrat volontarjament bħala resident/a barra minn Malta permezz tan-Notifika D tal-Ministeru skont il-pajjiż li toqgħod/joqgħod fih kif ġej: Albanija 4 Kamerun 1 Alġerija 1 Kanada 308 Arġentina 1 Kenja 11 Angola 1 Korea 1 Awstralja 3632 Kosta Rika 1 Baħamas 2 Kuba 8 Bangladexx 1 Kuwajt 2 Belġju 23 l-Afrika t’Isfel 21 Bolivja 3 l-Arabja Sawdita 1 Brażil 8 l-Filippini 75 Bulgarija 1 l-Istati Uniti 67 Burundi 1 l-Olanda 3 Ċile 2 Libanu 6 Ċina 1 Libja 8 Ċipru 11 Lussemburgu 1 Danimarka 4 Mongolja 1 Eġittu 13 New Zealand 23 Emirati Għarab Magħquda 3 Niġerja 1 Estonja 1 Oħrajn 63 Fiji 2 Pakistan 29 Finlandja 4 Peru 2 Franza 34 Polonja 156 Ġappun 5 Portugall 9 Ġordan 3 Qatar 1 Ġermanja 6 Renju Unit 861 Ghana 1 Republika Ċeka 19 Gibraltar 1 Russja 5 Greċja 10 Rwanda 7 Gwatemala 1 Seychelles 1 Ħonduras 1 Singapor 12 Ħong Kong 6 Spanja 6 Indja 13 Swezja 1 Indonesja 1 Svizzera 3 Iraq 1 Tajlandja 1 Irlanda 7 Turkija 3 Isle Of Man 1 Uganda 2 Italja 45 Ungerija 3 Iżrael 5 Użbekistan 1 Vjetnam 8

Hague Conference on Private International Law — Convention of 2 July 2019 on the Recognition and Enforcement of Foreign Judgements in Civil or Commercial Matters

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx intenzjoni li Malta taċċedi għall-Convention of 2 July 2019 on the Recognition and Enforcement of Foreign Judgments in Civil or Commercial Matters tal-Hague Conference on Private International Law? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti indikazzjoni ta' x'miżuri se jittieħdu biex dan isir? Jekk fin-negattiv, jista' jagħti r-raġunijiet għala?

Response (BARTOLO, EVARIST)

In vista tal-fatt li l-isfera tal-applikazzjoni tal-Konferenza f’The Hague dwar ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta’ Sentenzi f’oqsma Ċivili jew Kummerċjali ma taqax fi ħdan il-mandat tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, nistieden lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Home Equity Release for Pensioners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’pożizzjoni u x’passi ttieħdu dwar ’l hekk indikata Home Equity Release for Pensioners f’dawn l-aħħar sentejn?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li wara li f’Settembru tal-2019, ġew ippubblikati r-Regolamenti dwar l-Equity Release Financial Products, f’Ottubru tal-2019, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, li hija l- Awtorità kompetenti biex tissorvelja dawk l-entitajiet li qed joffru dan il-prodott lill-pensjonanti, ppublikat regoli dwar l-applikazzjoni li trid tiġi sottomessa mingħand il-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji li jixtiequ jibdew joffru dan il-prodott. Dan ifisser li l-ebda istituzzjoni finanzjarja ma tista’ tibda toffri dan il-prodott jekk ma tkunx reġistrata mal-Awtorità. Apparti minn hekk, f’ Jannar ta’ din is-sena, l-Awtorità ħarġet ukoll sett ta’ regoli li jridu jkunu segwiti minn dawn l-istituzzjonijiet li qed joffru dan il-prodott fuq bażi kontinwa. Fil-ġimgħat li għaddew, l-Awtorità rċeviet applikazzjoni minn bank partikolari biex toffri dan il-prodott.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – xiri/donazzjonijiet ta’ kotba fil-librerija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13386, jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew ingħataw kotba fil-librerija tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar snin iż-żieda ta’ kotba fil-librerija tal-faċilità korrettiva ta’ Kordin kienet kollha kemm hi frott għotjiet ta’ paroċċi u NGOs li għamlu numru ta’ donazzjonijiet. Għaż-żmien li ġej it-tmexxija tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi se tkun qed tfittex li tikkolabora ma’ entitajiet li jippromwovu l-qari mhux biss biex jiżdied l-ammont ta’ kotba, iżda iktar minn hekk biex iktar priġunieri jkunu mħeġġa jużaw din il-librerija hekk kif sal-lum dan in-numru hu wieħed minimu.
Leg 13 PQ #13400 Sitting 314 2020-03-24 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Home Equity Release for Pensioners

Question

Jista' l-Prim Ministru jindika liema ministeru huwa inkarigat biex jimplimenta 'l hekk imsejħa l-Home Equity Release for Pensioners?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru li huwa inkarigat, huwa dak tal-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji.

Żona ta Kordin — żieda fid-dawl ħdejn il-faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jara li fiż-żona ta' Kordin senjatament fejn hemm faċilitajiet sportivi jiġi installat iktar dawl pubbliku, għax hemm nuqqas ta’dawl b’perikolu għat-tfal u l-familji li jiffrekwentaw il-post filgħaxija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żona ta’ Kordin, fejn hemm faċilitajiet sportivi ma taqax taħt ir-responsabbilta tal-Enemalta.

Coronavirus – protezzjoni għad-diplomatiċi u impjegati fl-Ambaxxati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu mill-Ministeru biex jiġu protetti d-diplomatiċi u impjegati li għandna fl-Ambaxxati u rappreżentanzi diplomatiċi quddiem l-isfida tal-pandemia preżenti tal-Coronavirus (COVID-19)?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej ħa l-passi li ġejjin sabiex jiġu protetti d-diplomatiċi u impjegati li għandna fl-Ambaxxati u rappreżentanzi diplomatiċi quddiem l-isfida tal-pandemia preżenti tal-Coronavirus (COVID-19): 1. Limitazzjoni tal-interazzjoni fi żika mal-pubbliku ġenerali: Il-missjonijiet ġew avżati biex jillimitaw l-interazzjoni fiżika mal-pubbliku ġenerali għal każijiet ta' emerġenza u biex jevvitaw li l-membri tal-pubbliku ġenerali li juru sintomi ta’ riħ, jew influwenza, milli jidħlu fil-bini tal-Missjoni. Is-servizzi mhux essenzjali li jeħtieġu prezenza fiżika, jistgħu jiġu posposti. 2. Telework: Id-Direttiva 13 tal-Uffiċċju tal-PPS ġiet ċirkolata lill-missjonijiet. Il-missjonijiet ġew mistiedna biex jikkonsidraw jaħdmu bit-telework. It-talbiet kollha għat- telework ġew milqugħa. 3. Prodotti Kimiċi għas-Sanità - oġġetti tas-sanità, pereżempju alkoħol rub għat-tindif tal-idejn, qed jinxtraw mill-missjonijiet bħala miżura preventiva. 4. Istruzzjonijiet tal-awtoritajiet lokali: il-missjonijiet ġew mistiedna biex jibqaw aġġornati u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet rilevanti fil-pajjiż fejn jinstabu. 5. Safar: Għalkemm is-Safar mhux rakkomandat, kull haddiem li jsiefer (għax-xogħol jew għar-raġunijiet personali) irid jinforma ‘l-Kap tal- Missjoni sabiex dan jiżgura li r-regolamenti lokali, pereżempju ta’ kwarantina, jiġu rispettati. 6. Laqgħat: Il-missjonijiet ġew avżati biex jevitaw li jattendu jew jagħmlu avvenimenti b'aktar minn ħames persuni, ħlief jekk assolutament neċċessarju.

Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu mal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat sal-aħħar tas-sena li għaddiet?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li sal-aħħar tas-sena 2019 fl-Uffiċju tal-Avukat tal-Istat kien hemm 27 persuna jaħdmu. Dan l-ammont jinkludi 6 persuni li jaħdmu fil-Legislation Unit li jagħmel parti mill-Uffiċju tal-Avukat tal-Istat

Ġurijiet u Appelli Superjuri minn Ġurijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm kien hemm ġurijiet pendenti sal-aħħar tas-sena 2019 u kemm kien hemm Appelli Superjuri minn Ġurijiet sal-istess 2019?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab Infurmat li fil-Qorti ta' Malta kien hemm 79 ġuri pendenti sal-aħħar tas-sena 2019 u kien hemm 13il-apell superjuri pendenti sal-aħħar tas-sena 2019

Żona ta' Kordin — Faċilitajiet Sporti - rapporti dwar vetturi abbandunati

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex f’Kordin, senjatament fl-akkwati fejn hemm faċilitajiet sportivi jiġi assigurat li ma jkunx hemm vetturi abbandunati jew trailers li jimblukkaw il-faċilitajiet lit-tfal u l-ġenituri tagħhom? Jista' jiġi indikat kemm kien hemm rapporti dwar dan fl-Għassa tal-Pulizija tal-lokal?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li dwar is-sitwazzjoni f’Kordin, kif elenkata mill-Onor. Interpellant, il-Pulizija tad-Distrett flimkien ma’ Transport Malta, qegħdin f’taħditiet sabiex jinstabu mezzi u jiġi kkontrollat kull imblokk fl-akkwati fejn hemm faċilitajiet sportivi bi trailers u/jew vetturi abbandunati, b’detriment għall-pubbliku inġenerali, inkluż tfal u ġenituri li jiffrekwentaw dawn il-faċilitajiet.

Ċentri ta' Detenzjoni — persuni b'reati ta' teħid jew traffikar tad-droga

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk kienx hemm uffiċjali fiċ-Ċentri ta' Detenzjoni li kienu b’xi mod involuti f’reati marbuta ma' teħid jew traffikar ta' droga tul dawn l-aħħar disa' xhur?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm uffiċjali li nstabu ħatja ta’ teħid jew traffikar ta’ droga. Iżda, kien hemm persuna li nstabet ħatja ta’ reati oħra u li kienet obbligata mill-Qorti li tibda u tkompli sa tmiemu programm ta’ riabilitazzjoni mill-vizzju ta’ droga.

Żona ta' Kordin — faċilitajiet sportivi - Irranġar ta' bankini

Question

Jista' l-Ministru jara li fil-parti ta' Kordin senjatament fejn hemm faċilitajiet sportivi varji jiġu rranġati u msewwija d-diversi bankini li tkissru numru ta' drabi minn vetturi kbar u tqal, traskuraġni jew trapass taż-żmien?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Paola li skont l-Att 363 dwar il-Gvern Lokali, l-akwata ta' Kordin ma taqax fir-responsabiltá tal-Kunsill Lokali.