Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kif qed jinħadem u jiġi kkalkulat il-benefiċċju msejjaħ “Diżabilità Severa” u ċjoè jekk u x’mezzi qegħdin jittieħdu inkonsiderazzjoni billi jidher li numru ta’ benefiċjarji qed jirċievu ammonti li ma jippermettilhomx li jgħixu b’dinjità iktar u iktar minħabba l-fatt li ma jistgħux jaħdmu xejn?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, saret riforma fejn jidħlu benefiċċji tad-Di\abilita’ fejn minflok benefiċċju wieħed, issa sar hemm 3 benefiċċji maqsuma kif ġej:
· Assistenza Miżjuda għal–Diżabilita’ Severa (ISDA) – benefiċċju li beda jingħata fl-2017. Din tingħata lil persuni illi jikkwalifikaw għal Assistenza għal Diżabilita’ Severa kif stipulat fil-liġi tas-Sigurta’ Soċjali imma li assolutament ma jistgħux jaħdmu skont kriterji stabbiliti ukoll fl-istess liġi. Din l-Assistenza m’hijiex
means tested
u titħallas bl-ammont ta’ Paga Minima Nazzjonali netta;
· Assistenza għal Diżabilta’ Severa (SDA) – liema benefiċċju kien aħjar mgħaruf bħala Handicapped Pension, qabel l-2017 flimkien mal-Assistenza għal dawk nieqsa mid-Dawl (BLD) li qabel l-2017 kienet tissejjaħ Blind Pension. Persuna li tirċievi dawn l-Assistenzi tista taħdem mingħajr ma jitnaqqsilha xejn mill-benefiċċju; liema dħul ma jiġix ikkalkulat. Kapital investit ukoll ma jiġix ikkalkulat imma jiġi ikkalkulat id-dħul li jkollu minnu l-benefiċjarju biss, kif inhu stipulat fl-istess liġi tas-Sigurta’ Soċjali (Kap 318). L-ammont li jitħallas f’Assistenza jista’ jkun sa massimu ta’ €107.18 fil-ġimgħa.
· Assistenza għal-Diżabilita (DA) - li ukoll huwa benefiċċju li beda jingħata fl-2017, hija Assistenza għal min għandu amputazzjoni jew parali¿i totali ta’ driegħ jew riġel wieħed. Qabel l-2017 sabiex persuna tieħu l-Handicapped Pension kif kienet aħjar magħrufa, ried ikollu amputazzjoni ta’ żewġ riġlejn jew dirgħin, jew ikun totalment paralizzat. Minn din is-sena, iddaħħlu ukoll jikkwalifikaw għal din l-Assistenza dawk li huma torox jew muti. Qabel l-2017 sabiex persuna tieħu dak li kien jissejjaħ Handicapped Pension ried ikun mutu u trux fl-istess waqt. Hawnhekk ukoll, il-benefiċċjarji ukoll jistgħu jaħdmu u jaqilgħu kemm iridu mingħajr ,ma jitnaqqas xejn mill-Assistenza li tingħata. Kapital investit ma jiġix ikkalkulat imma jiġi ikkalkulat id-dħul li jkollu minnu l-benefiċjarju biss kif inhu stipulat fl-istess liġi tas-Sigurta’ Soċjali (Kap 318). L-ammont li jitħallas f’Assistenza jista jkun sa massimu ta’ €81.65 fil-ġimgħa.
Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – rapporti mill-Offender Assessment Board
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport ġie preżentat mill-Offender Assessment Board taħt l-Artikolu 4 taħt l-Att Dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 għas-snin 2017, 2018 u 2019?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant dwar kemm-il rapport ġie preżentat mill-Offender Assessment Board taħt l-Artikolu 4 taħt l-Att Dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 għas-snin 2017, 2018 u 2019, it-tweġiba tinsab hawn taħt:
Fl-2017:Tlieta u sittin (63) rapport
Fl-2018: Tmienja u erbgħin (48) rapport
Fl-2019: Disgħa u ħamsin (59) rapport
Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – informazzjoni mgħoddija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba huwiex qed jkun hemm l-informazzjoni mgħoddija ai termini tas-subartikolu (c ) Artikolu 7 taħt Att Dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 għas-snin 2017, 2018 u 2019?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi t-tweġiba għall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant hija fl-affermattiv. Qed ikun hemm l-informazzjoni mgħoddija ai termini tas-subartikolu (ċ) Artikolu 7 taħt Att Dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 għas-snin 2017, 2018 u 2019.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex previst li tul din is-sena l-“Maltese Ambassadors Annual Meeting” hux ser jiġi miżmum u jekk iva meta huwa previst li jsir dan?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva, l-għan huwa li din il-laqgħa Annwali terġa' ssir u s’issa huwa previst li ssir fix-xahar ta’ Diċembru, jekk iċ-ċirkostanzi jkun jippermettu.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew jiswew l-aħħar tliet laqgħat tal-“Maltese Ambassadors Annual Meeting”?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laqgħat tal-“Maltese Ambassadors Annual Meeting” ġew jiswew kif segwenti. Ninnota li l-laqgħat tal-2017 u l-2019 kienu jinkludu wkoll il-Konsli Onorarji:
Sena
Nefqa
2017
€ 46,239.71
2018
€ 45,226.98
2019
€ 77,549.80
Persuni li talbu biex jiġu assistiti għal ripatrijazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni ta’ nazzjonalità differenti talbu sabiex jiġu assistiti biex jiġu ripatrijati tul ix-xahar ta’ Marzu u April 2020? Jista’ jindika dan nazzjonalità nazzjonalità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn ix-xhur ta’ Marzu u April, tlett elef, tlett mija u tmienja w ħamsin (3358) persuna ta’ nazzjonalità differenti talbu sabiex jiġu assistiti biex jiġu ripatrijati permezz ta’ koordinament sħiħ bejn il-Ministeru u l-Ambaxxati Barranin f’Malta.
Peress li l-assistenza li ngħatat kienet tikkonsisti filli dawn il-persuni jittieħdu fl-ewwel ajruport ċentrali fl-Ewropa minn fejn imbagħad setgħu ikomplu bil-vjaġġ għad-destinazzjoni mixtieqa, il-Ministeru; anke minħabba provvedimenti marbuta mal-protezzjoni tad-data; ġabar biss dik l-informazzjoni relatata ma’ liema titjira minn Malta kull persuna għażlet li tieħu, u mhux għal-liema destinazzjoni finali jew ta’ liema nazzjonalità kienet il-persuna.
Persuni li ġew mill-Awstralja – ħlas ta’ arretrati li ma kienux iddikjarati
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm Maltin u Għawdxin li kienu jgħixu l-Awstralja u ġew lura, intalbu jħallsu arretrati ta’ taxxa fuq flus li allegatament ma kienx ġie dikjarat f’dawn l-aħħar tliet snin? Jista’ jindika wkoll kemm inġabar attwalment?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 655 persuna li kienu jgħixu l-Awstralja u li ma ħallsux taxxa fuq flus li ma ddikjarawx. It-taxxa d-dikjarata kienet tammonta għal €1,241,538.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet fil-Fgura u kemm kienet l-ispiża fis-snin 2017, 2018 u 2019 u jagħti dan separatament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:-
Sena
Benefiċċju fis-Sena
Benefiċċjarji
2017
€14,514.21
14
2018
€22,414.21
18
2019
€118,794.84
52
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet f’Santa Luċija u kemm kienet l-ispiża fis-snin 2017, 2018 u 2019 u jagħti dan separatament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:-
Sena
Benefiċċju fis-Sena
Benefiċċjarji
2017
Xejn
Xejn
2018
€2,000
1
2019
€7,000
2
Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – rapporti tal-Bord tal-Parole mressqa lill-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rapport tal-Bord tal-Parole għas-snin 2016 , 2017, 2018 u 2019 ġewx imressqa lill-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali taħt l-Att Dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ir-rapport tal-Bord tal-Parole għall-2019 se jkun qed jitressaq quddiem il-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali taħt l-Att Dwar il-Ġustizzja Riparatiriċi Kap 516 fi żmien li ġej.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti għas-snin l-oħra li qed jirreferi għalihom l-onorevoli interpellant.
Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – rapport tal-Bord tal-Parole
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk irċeviex ir-rapport li għandu l-Bord tal-Parole taħt is-subartikolu 3 tal-Art 9 taħt l-Att Dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 għas-snin 2017, 2018 u 2019?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 13795.
Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – Parole Dossiers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Parole Dossier ġie mressaq taħt l-Att Dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 għas-snin 2017, 2018 u 2019?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant dwar kemm-il Parole Dossier ġie mressaq taħt l-Att Dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 għas-snin 2017, 2018 u 2019, it-tweġiba hija kif tidher hawn taħt:
Fl-2017: Wieħed u sittin (61) Parole Dossier
Fl-2018: Sitta u erbgħin (46) Parole Dossier
Fl-2019: Tmienja u ħamsin (58) Parole Dossier
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet f’Raħal Ġdid u kemm kienet l-ispiża?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm 72 benefiċċjarju minn Raħal Ġdid li qegħdin jibbenefikaw mis-sussidju tal-kera. L-ispiża fuq dawn il-benefiċċjarji hija ta’ €121,383.28 fis-sena.
COVID-19 – Assistenza minn rappreżentanti diplomatiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew assistiti minn rappreżentanzi diplomatiċi tagħna sabiex jiġu lura pajjiżna fiċ-ċirkostanzi li żviluppaw bil-marda COVID-19?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-24 t’April 2020 kien hemm elf mitejn u ħamsa w sittin (1265) persuna li ġew assistiti mill-Ministeru sabiex setgħu jiġu lura Malta fiċ-ċirkostanzi li żviluppaw bil-mikrobu COVID-19. Din l-assistenza setgħet fost l-oħrajn tkun possibbli bil-għajnuna kontinwa tar-rappreżentanzi diplomatiċi tagħna barraminn Malta li taw sehemhom bis-sħiħ sabiex din l-operazzjoni daqstant kumplessa tkun ta’ suċċess.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu fis-sit arkeoloġiku f’Tas-Silġ sabiex dan ikompli jiġi ppreservat u fl-istess ħin ikun miftuħ għall-pubbliku?
Response (HERRERA, JOSÈ)
F’dawn l-aħħar snin Heritage Malta ħadmet bis-sħiħ sabiex is-sit ta’ Tas-Silġ jiġi ppreservat u eventwalment jiġi mgawdi aħjar mill-pubbliku. Il-passi meħuda kienu jinkludu:
1. Riċerka arkeoloġika ġdida bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Arkeoloġija fi ħdan l-Universita ta’ Malta
Qed jiġu investigati l-fdalijiet arkeoloġiċi mgħottija minn dak li fadal mill-istruttura ta’ razzett li kien hemm fuq is-sit. Din iż-żona qatt ma kienet investigata qabel.
2. Faċilitajiet ġodda għall-viżitaturi
Heritage Malta, wara konsultazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, bdiet il-proċess sabiex dan ir-razzett jiġi rranġat u b’hekk ikun jista’ joffri faċilitajiet bażiċi għall-viżitaturi. Dawn il-faċilitajiet bħalissa huma nieqsa għal kollox. Il-pjanijiet għal dawn il-faċilitajiet qed jiġu ffinalizzati.
3. Diverżjoni ta’ Triq Xrobb l-Għaġin
Heritage Malta, flimkien mal-Ministeru u l-awtoritajiet ikkonċernati, bdiet diskussjonijiet sabiex il-parti ta’ Triq Xrobb l-Għaġin li bħalissa qiegħda taqsam is-sit minn nofs tiġi mneħħijja hekk kif stipulat mill-pjan lokali taż-żona. Id-diskussjonijiet mistennija jitkomplew fil-futur qarib.
4. Attivitajiet Pubbliċi
Heritage Malta organizzat għadd ta’ attivitajiet pubbliċi sabiex il-pubbliku xorta jkun jista’ jżur dawn il-fdalijiet importanti. Ta’ min isemmi li aktar kmieni din is-sena saret attivita bil-kollaborazzjoni tal-Missione Archeologica Italiana, l-ewwel waħda f’ħafna snin. L-attivitajiet ikomplu fis-snin li ġejjin.
Att dwar il-Kummissarju għall-Ġustizzja – petizzjonijiet mressqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu petizzjonijiet taħt l-Att dwar il-Kummissarju għall-Ġustizzja Kap 291 tul is-sena 2017, 2018 u 2019, sena b’sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li l-bord tal-petizzjonijiet irċieva petizzjonijiet hekk kif qed nuri hawn taħt:
SenaNumru ta’ Petizzjonijiet
201732,594
201825,265
201919,170
Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – Każijiet trattati mill-Bord għat-Tnaqqis ta’ Sentenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ġie trattat mill-Bord għat-Tnaqqis tas-Sentenzi u l-eżitu tagħhom taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap 516 fis-sena 2017?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2017 ġew diskussi 169 każ fejn ingħataw lura 412 ġurnata mir-remission mitlufa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet fil-Birgu u kemm kienet l-ispiża fis-snin 2017, 2018 u 2019 u jagħti dan separatament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitlub hija kif tidher hawn taħt:-
Sena
Benefiċċju fis-Sena
Benefiċċjarji
2017
€813.26
1
2018
€813.36
1
2019
€7,376.85
5
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13380 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13105 jista' l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm persuni fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fiċ-ċentri ta’ detenzjoni hemm 1,978 persuna. Minn dan l-ammont hemm 23 persuna li jinsabu fil-proċess sabiex jiġu ddeportati mill-pajjiż. Il-kumplament huma immigranti rregolari li waslu f’pajjiżna bil-baħar.