Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għajnuna Soċjali — persuni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13384, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ’l fuq minn 40 sena li qed jirċievu l-Għajnuna għal Diżimpjieg Sussidjarja (SUA) fl-aħħar tas-sena 2019 u jista’ jindika kemm ġew rifjutati applikazzjonijiet ġodda li saru tul dik is-sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna għal Diżimpjieg Sussidjarja (SUA), sal-aħħar tas-sena 2019 u għandhom il-fuq minn 40 sena kien jammonta għal 146 (Irġiel 121 u Nisa 25). Matul is-sena 2019 ġew rifjutati 45 -il applikazzjoni ġdida

Ħal Tarxien – Triq l-Isqajjaq — xogħlijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13377, jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol f’Triq l-Isqajjaq Tarxien u jekk huwiex possibbli li jittieħdu passi temporanji sakemm dan effettivament jsir?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li għalkemm il-Kunsill jixtieq jipproċedi bix-xogħol f’Triq l-Isqajjaq Tarxien, għalissa ma tistax issir.

Palazz tal-Inkwiżitur – dħul finanzjarju minn entrance fees u gift shop sales

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13382 dwar il-Palazz tal-Inkwiżitur jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm dħul finanzjarju minn entrance fees u kemm minn gift shop sales fis-sena 2019?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul finanzjarju ta’ €178,019.67għas-sena 2019 kien relatat ma’ gift shop sales ta’ € 10,662.75 u entrance fees ta’ €167,356.92.

Għajnuna Soċjali — persuni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13384, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ’l fuq minn 40 sena li qed jirċievu Drug Addiction Dependence fl-aħħar tas-sena 2019 u jista’ jindika kemm ġew rifjutati applikazzjonijiet ġodda li saru tul dik is-sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li kienu qed jirċievu, Drug Addiction Dependence (DAD), sal-aħħar tas-sena 2019 u għandhom il-fuq minn 40 sena kien jammonta għal 9 (Irġiel 8 u Nisa 1). Matul is-sena 2019 ġiet rifjutata applikazzjoni waħda ġdida.

Għajnuna Soċjali — persuni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13384, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ’l fuq minn 40 sena li qed jirċievu l-Għajnuna għal Diżimpjieg (UA) fl-aħħar tas-sena 2019 u jista’ jindika kemm ġew rifjutati applikazzjonijiet ġodda li saru tul dik is-sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna għal Diżimpjieg (UA), sal-aħħar tas-sena 2019 u għandhom il-fuq minn 40 sena kien jammonta għal 402 (Irġiel 353 u Nisa 102). Matul is-sena 2019 ġew rifjutati 41-il applikazzjoni ġdida.

Għajnuna Soċjali — persuni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13384, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ’l fuq minn 40 sena li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali (SA) fl-aħħar tas-sena 2019 u jista’ jindika kemm ġew rifjutati applikazzjonijiet ġodda li saru tul dik is-sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li jirċievu l-Għajnuna Soċjali (SA), fl-aħħar tas-sena 2019 u għandhom ‘ il fuq minn 40 sena huwa ta’ 3191 (Irġiel 879 u Nisa 2312). Matul is-sena 2019 ġew rifjutati 137 -il applikazzjoni ġdida.

Hague Conference on Private International Law — Convention of 2 July 2019 on the Recognition and Enforcement of Foreign Judgements in Civil or Commercial Matters

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13776 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx intenzjoni li Malta taċċedi għall-Convention of 2 July 2019 on the Recognition and Enforcement of Foreign Judgments in Civil or Commercial Matters tal-Hague Conference on Private International Law? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti indikazzjoni ta' x'miżuri se jittieħdu biex dan isir? Jekk fin-negattiv, jista' jagħti r-raġunijiet għala?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Il-Konvenzjoni tal-Aja li għaliha qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, taqa’ fil-kompetenza tal-Unjoni Ewropeja u għalhekk Malta waħidha ma tistax taċċedi għal din il-Konvenzjoni. Din il-Konvenzjoni tittratta suġġett li jaqa’ fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li Malta (bħal kwalunkwe Stat Membru ieħor tal-Unjoni) ma tistax tiddeċiedi unilateralment li taċċedi f’tali Konvenzjoni, mingħir l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-Birgu – sussidju fuq il-kera

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13791, jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li d-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali jibgħat ittra informattiva lir-residenti tal-Birgu fejn jispjega kif jistgħu japplikaw għal dan il-benefiċċju fuq is-sussidju tal-kera?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14258 tas-Seduta 330.

Tas-Silġ – preservazzjoni u ftuħ għall-pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13788 dwar is-sit arkeoloġiku f’Tas-Silġ, jista’ l-Ministru jara jekk il-passi minnu indikati jistgħux jiġu inklużi fil-programm ta’ ħidma tal-Ministeru għas-sena li ġejja?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li hemm programm ta’ ħidma sħiħa li jibda is-Sajf ta’ din is-sena stess.

Għajnuna Soċjali — persuni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13384, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ’l fuq minn 40 sena li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali għal ġenitur wieħed (SUP) fl-aħħar tas-sena 2019 u jista’ jindika kemm ġew rifjutati applikazzjonijiet ġodda li saru tul dik is-sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li jirċievu l-Għajnuna Soċjali għal ġenitur wieħed (SUP), sa l-aħħar tas-sena 2019 u għandhom il fuq minn 40 sena ammonta għal 381 (Irġiel 15 u Nisa 366). Matul is-sena 2019 ġew rifjutati 21 -il applikazzjoni ġdida.

Il-Fgura – sussidju fuq kirjiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13792 jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li d-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali jibgħat ittra informattiva lir-residenti tal-Fgura fejn jispjega kif jistgħu japplikaw għal dan il-benefiċċju fuq is-sussidju tal-kera?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14258 tas-Seduta 330.

Il-Ġappun – ambaxxata

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11888, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’żviluppi ulterjuri kien hemm fir-rigward tal-ambaxxata ta’ pajji¿na fil-Ġappun u għalhekk jekk ġiex identifikat u magħżul bini opportun?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li bini opportun kien ġie identifikat wara ħidma mill-Ministeru u l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Ġappun. Wara li l-bini opportun ġie magħżul minn fost għadd ta’ propjetajiet u maqbul li dan jissodisfa l-kriterji mposti mill-Ministeru, bdew negozjati biex jiġi iffirmat il-kuntratt biex ikun jista’ jinkera dan il-post fid-distrett ta’ Shiroganedai f’Tokyo. Minħabba l-iżviluppi tal-Covid-19, dan il-proċess kellu sfortunatament jiġi mwaqqaf għax is-sitwazzjoni ma kinitx tippermetti li staff tekniku tal-gvern jitla’ l-Ġappun u peress li l-post kien għall-kera, u sid il-kera ma setax jistenna iktar. Għaldaqstant il-proċess huwa wieqaf u kollox irid jerġa jibda mill-bidu sakemm is-sitwazzjoni terga tiġi għan-normal u l-vjaggi lejn il-Ġappun ikunu jistgħu jerġgħu jseħħu.

Ambaxxaturi ta’ pajjiżna – preżentazzjoni tal-kredenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm ambaxxaturi ta’ pajjiżna li kienu qed jistennew sabiex jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom sal-aħħar ta’ Marzu 2020 u jista’ jindika liema huma?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li sal-aħħar ta’ Marzu 2020 kien hemm sittax (16) Ambaxxaturi li kienu qed jistennew sabiex jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom. Ma’ dan l-ammont hemm ukoll inklużi dawk l-Ambaxxaturi li sal-aħħar ta’ Marzu kienu qegħdin wkoll jistennew li jinħarġilhom l-agrément. Barra minn hekk fil-każ tal-Brażil u tal-Oman, l-ammbaxxaturi diġa preżentaw l-copie d’usage tagħhom. Dawn huma hekk kif ġej: Brażil Sur Pius Camilleri Panama Dr Michael Buhagiar Arġentina Sur Frank Galea Ċili Sur Frank Galea Oman Sur Paul Mifsud Maċedonja ta’ Fuq Sinjura Mary Scicluna Estonja Sur Michael Zammit Tabona Portugal Sur John Camilleri Ġermanja Sinjura Marlene Bonnici Italja Sur Carmel Vassallo Emirati Għarab Magħquda Sinjura Maria Camilleri Calleja Iżrael Sur Patrick Cole Żvizzera Dr Albert Friggieri Liechtenstein Dr Albert Friggieri Djibouti Sur Ronald Micallef Indja Sur Reuben Gauci

Masġar bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar — rijabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu sabiex jiġi riabilitat il-masġar li hemm bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar li qiegħed fuq ix-xellug li jibda minn Triq Kottoner fil-Fgura u jieħu għall-Triq il-Kunsill tal-Ewropa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Argotti and Botanic Gardens Resource Centre – inizjattivi u studji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi u studji ttieħdu tul dawn l-aħħar tliet snin u ċjoè fl-2017, 2018 u 2019 fl-Argotti and Botanic Gardens Resource Centre? Jista’ jindika ukoll x’baġit ġie allokat u kemm hemm persuni jaħdmu hemm?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm jaħdmu ġewwa l-Argotti and Botanic Gardens Resource Centre dawn il-persuni: Curator Manager - 1 Technical Officer - 1 Ġardinara - 2 Matul iż-żmien kien hemm ukoll varji voluntiera li attendew diversi drabi. Matul is-snin 2017-2019, kien hemm 20 student li għamlu short-term internships. Kien hemm ukoll erba’ (4) studenti oħra li għamlu l-proġett tal-Baċellerat tagħhom ġewwa l-Argotti u dawn kienu minn dipartimenti diversi. Persuna oħra spiċċat l-MSc bir-Riċerka mad-Dipartiment tal-Bijoloġija. Bħalissa hemm ukoll zewġ (2) studenti tal-MSc bir-Riċerka mad-Dipartiment tal-Bioloġija. Proġetti: Hei-Pladi – Erasmus+ (2016-2018) - €41,411 Il-proġett kien jinvolvi żvilupp ta' pakketti edukattivi marbutin mal-immaniġjar tal-ġonna botaniċi u l-erbarju. Kors ta' ġimgħa kien organizzat ġewwa l-Argotti mis-16 sal-20 ta' April 2018 għal numru ta' studenti minn pajjiżi diversi li kienu qed jipparteċipaw f’dan il-proġett. SiMaSeed – Italia Malta (2018-2020) - €486,800 Il-proġett kien jinvolvi ġbir ta' żerriegħa u bini ta' bank taż-żerriegħa, biss dan il-proġett m’għadux fi ħdan l-Argotti u ttieħed fid-Dipartiment tal-Bioloġija. Il-Baġit rikurrenti ta' kull sena kien ta’ madwar €10,500. Dan ma jinkludix il-pagi. Fl-aħħar kwart tal-2019 ġie mniedi ukoll proġett ta' rinovar tal-ġnien biex dan jerġa’ jibda jiffunzjona bħala ġnien botaniku. L-ewwel fażi kienet tikkonsisti fil-ġarr u qtugħ ta' bosta siġar mejta u rimi ta' ħafna skart miġmuh. Dan involva: Kiri ta’ Skips: €1,275.54 Tneħħija ta' mbarraz u skart minn madwar u ġewwa l-kantina tal-villa antika: €2,975.00 Tindif u tneħħija ta' skart minn diversi lokalitajiet fil-ġnien: €2,925.00 Żbir, qtugħ u ġarr ta' materjal organiku mejjet minn siġar: €1,999.80.

Raħal Ġdid – sussidju fuq kirjiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13786 jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li d-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali jibgħat ittra informattiva lir-residenti ta’ Raħal Ġdid fejn jispjega kif jistgħu japplikaw għal dan il-benefiċċju fuq is-sussidju tal-kera?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li l-Awtorità tad-Djar ma jkollix informazzjoni fuq il-proprjetajiet kollha mikrija mill-privat. Għaldaqstant, mhux possibbli li tintbgħat ittra lil kull resident. Ta’ min jgħid li l-informazzjoni fuq tali skema tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku https://housingauthority.gov.mt/en/Pages/Schemes/Housing-Benefit.aspx, li kopja ta’ dan is-sit qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, mill-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar (fuq Freephone 80072232) u mis-servizz.gov (fuq 153).

Att dwar il-Kummissarju għall-Ġustizzja – petizzjonijiet imressqa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13789, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-petizzjonijiet preżentati fl-2017 ,2018, 2019 ġew milqugħa u kemm ġew rifjutati u kemm għad hemm pendenti?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda fit-tabella t'hawn taħt. Sena Total Irtirati Rifjutati Parzjalment Aċċetati Pendenti 2017 32594 14971 16788 835 0 2018 25265 11281 13482 502 0 2019 19170 7638 11268 217 47

Trade Malta – servizz lill-kumpaniji u intrapriżi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra lil kemm-il kumpanija u intrapriża kummerċjali tat servizz Trade Malta min-Novembru 2019 sal-aħħar ta’ Marzu 2020?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li bejn Novembru ta’ 2019 u Marzu ta’ 2020 TradeMalta tat servizz lil 180 intrapriża.

Ghana u Kosta tal-Avorju — żjarat

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk kemm-il darba ż-żjarat kummerċjali li kellhom isiru lejn il-Ghana u l-Kosta tal-Avorju f’Marzu ta’ din is-sena humiex ser isiru iktar ‘il quddiem u jekk iva meta? Kemm kien hemm expressions of interest minn kumpaniji għal dawn iż-żjarat?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żjara kummerċjali fil-Ghana seħħet bejn it-2 u l-5 ta’ Marzu 2020. Din iż-żjara kienet immexxija mill-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar. TradeMalta ħarġet sejħa pubblika biex intrapriżi lokali jingħaqdu fuq din iż-żjara u rżeviet interess mingħand 19-il intrapriża. Minn dawn, 17-il intrapriża ngħaqdu ma TradeMalta għaż-żjara fil-Ghana. Ma dawn intrapriżi ngħaqdu wkoll uffiċjali gholja minn 4 entitajiet pubbliċi u governattivi. ‘Għal raġunijiet li TradeMalta ma kelliex kontroll fuqhom, iż-żjara lejn il-Kosta tal-Avorju ma seħħietx u għalissa ma hemmx pjan li din iż-żjara sseħħ fil-futur.

Pensjoni tar-romol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li qed jirċievu l-pensjoni wara l-mewt ta’ żewġhom jew marthom sal-aħħar ta’ Marzu 2020? Jista’ jindika wkoll kemm hemm persuni ta’ sess femminili u kemm maskili?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-pensjoni wara l-mewt ta’ żwieġhom jew marthom, sal-aħħar ta’ Marzu 2020 kien kif jidher fit-tabella ppreċentata hawn taħt: Pensjoni tar-Romol skont l-Ġeneru Malta Pajji ż i Oħra Total Nisa 15,942 958 16,900 Irġiel 357 42 399 Total 16,299 1,000 17,299