Legislature:
Category:
Reset
Active:

Segretarju tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu Barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min, preżentement, qiegħed iservi bħala Segretarju tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta u jekk il-ħatra hiex uffiċjali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Segretarju tal-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta huwa s-Sur Joseph A. Xerri li reġa’ inħatar fil-kariga għal terminu ieħor ta’ tliet (3) snin b’seħħ mill-24 ta’ Novembru 2019. Il-ħatra hija uffiċjali wara li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej bagħat l-ittra tal-ħatra lis-Sur Xerri fit-18 ta’ Frar 2020 wara li kienu tlestew il-proċeduri meħtieġa.

Rifużjonijiet fuq l-income tax

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-ammonti ta’ flus li għadhom iridu jitħallsu lura f’rifużjonijiet fuq l-income tax sal-aħħar ta’ April 2020?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammonti ta’ flus li għadhom iridu jitħallsu lura f’rifużjonijiet fuq l-income tax sal-aħħar ta’ April 2020, ilaħħqu s-somma ta’ €1,087,724. Hemm ukoll ammonti ta’ flus li jlaħħqu Eur 9.3m li għadhom ma jistgħux jitħallsu lura f’rifużjonijiet fuq l- income tax minħabba irregolaritajiet min-naħa tat- taxpayers , fosthom in-nuqqas ta’ sottomissjoni tar- returns tat-taxxa.

Għajn Dwieli – sit arkeoloġiku

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11682, jista’ l-Ministru jikkonsidra li s-sit Arkeoloġiku f’Għajn Dwieli magħruf bħala Kordin III jinfetaħ fuq skeda regolari sabiex possibbilment ikun parzjalment aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minbarra attivitajiet regolari li torganizza Heritage Malta, is-sit arkeoloġiku f’Għajn Dwieli magħruf bħala Kordin III jinfetaħ b’appuntament kull meta jkun hemm talba li jsir dan. L-istess isir f’siti oħrajn ¿għar simili. It-talba mill-pubbliku sabiex jinfetaħ hija baxxa, u għalhekk ma tiġġustifikax li jinfetaħ fuq skeda regolari.

Identity Malta — Dixxendenti Maltin li jgħixu fit-Tuneżija, fl-Eġittu u fl-Alġerija

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11645 issa li għaddew l-emendi relattivi humiex ser jiġu infurmati d-diversi Maltin li jgħixu barra senjatament dawk fit-Tuneżija, l-Alġerija u l-Eġittu bit-tibdiliet relattivi sabiex ikunu jistgħu japplikaw? Jista’ ukoll jikkonsidra li jkun hemm rappreżentazzjonijiet ma’ Identity Malta biex dan isir mingħajr komplikazzjonijiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ħa nota tal-emendi fil-liġi kif indikati fil-mistoqsija parlamentari, u qiegħed jinforma lill-Ambaxxati rispettivi Maltin bid-dettalji tagħhom. Madankollu l-Ministru jixtieq jiġbed l-attenzjoni għal fatt li għall-finijiet ta’ dixxendeti Maltin li jgħixu fit-Tuneżija, l-Alġerija u l-Eġittu rispettivament is-sitwazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ applikazzjoni għal ċittadinanza tibqa l-istess bħal din indikata fit-tweġiba parlamentari nru. 11645, jiġifieri li dawk il-persuni li għal raġunijiet storiċi ma jkunux jistgħu jipprovdu ċertifikat tat-twelid oriġinali tal-iStat, għall-finijiet ta’ applikazzjonijiet ta’ ċittadinanza u wara ta’ passport, dawn issa se jkunu mogħtija l-possibbilta’ li jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-magħmudija. Dan jibqa’ sottomess għad-diskrezzjoni tal-Aġenzija Identity Malta li każi ta’ dan it-tip titrattahom każ każ biex ikun aċċertat li d-dokumenti ppreżentati jkunu awtentiċi.

Direttorat tal-Protokoll – bastimenti militarji jew statali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba rċieva d-Direttorat tal-Protokoll sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu f’pajjiżna tul is-sena 2018?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul is-sena 2018 id-Direttorat tal-Protokoll rċieva sebgha u sittin il-talba sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu f’pajjiżna.

Direttorat tal-Protokoll – bastimenti militarji jew statali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba rċieva d-Direttorat tal-Protokoll sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu f’pajjiżna tul minn Diċembru 2019 sal-aħħar ta’ Frar 2020?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tal-Protokoll rċieva sbatax il-talba minn Diċembru 2019 sal-aħħar ta’ Frar 2020 sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu f’pajjiżna.

Il-Fgura – Triq Wied Blandun – tisbiħ taż-żona

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11922, tista’ l-Ministru tgħid x’passi ulterjuri ttieħdu mill-Ministeru sabiex ikun hemm rijabilitazzjoni taż-żona ta’ Wied Blandun bejn Raħal Ġdid u l-Fgura?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata minn Parks Malta li bħalissa qegħdin iħejju d-dokument neċessarju għal sejħa tal-offerti biex isir Site investigations, studies, remediation strategy u project design għar-rijabilitazzjoni ta’ Wied Blandun. Qed isir wkoll tindif u tneħħija ta’ skart regolari fiż-żona ta’ Triq Wied Blandun u Triq il-Kampanella.

Masġar bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar — rijabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu sabiex jiġi rijabilitat il-masġar li hemm bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar li qiegħed fuq ix-xellug li jibda minn Triq Kottoner fil-Fgura u jieħu għall-Triq l-Kunsill tal-Ewropa?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Direttorat tal-Protokoll – ajruplani militari jew statali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba rċieva d-Direttorat tal-Protokoll sabiex ajruplani militari jew statali jinżlu f’pajjiżna u kemm-il darba saret talba sabiex jidħlu fl-ispazju tal-ajru tagħna minn Diċembru 2019 sal-aħħar ta’ April 2020?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li minn Diċembru 2019 sal-aħħar ta’ April 2020 saret 45 talba biex ajruplani militari jew statali jinżlu f’pajjiżna u 165 talba biex jidħlu fl-ispazju tal-ajru Malti.

Rifużjonijiet tal-VAT — flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ammonti ta’ flus li għadhom iridu jitħallsu lura f’rifużjonijiet fuq il-VAT sal-aħħar ta’ April 2020?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammonti ta’ flus li għadhom iridu jitħallsu lura f’rifuzjonijiet fuq il-VAT sal-aħħar ta’ April 2020, ilaħħqu s-somma ta’ €55,593,471.

Ilmenti reġistrati taħt il-Kapitolu 527 tal-Liġijiet ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reġistrati ilmenti taħt il-Kapitolu 527 tal-Liġijiet ta’ Malta fid-Dipartimenti relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u ċjoè 2017, 2018 u 2019?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li fid-dipartimenti relattivi fi ħdan il-Ministeru tiegħi ma kienx hemm ilmenti reġistrati taħt il-Kapitolu msemmi fis-snin 2017, 2018 u 2019.

Persuni b’Early Retirement – xogħol ekonomiku

Question

In vista tal-fatt li ħaddiema li jitilqu minn fuq il-post tax-xogħol bl-'Early Retirement' skont skedi offruti minn kumpaniji privati qabel ma jilħqu l-pension age, u peress li bħalissa ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni, fis-sens li persuna li tingħata l-early retirement ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, f'dawk it-tliet snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor, fil-frattemp jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir xi emenda fil-liġijiet tax-xogħol biex persuni f'din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu b'xogħol part-time?

Response (BONNICI, OWEN)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant sabiex ipoġġi din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat dwar il-liġijiet tax-xogħol.

Community Work Scheme – ħaddiema ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li kien hemm ħaddiema ingaġġati mal-Fondazzjoni tal-GWU fl-iskema Community Work Scheme sal-aħħar ta’ Dicembru 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ħaddiema li kien hemm ingaġġati mal-Community Work Scheme Enterprise Foundation fl-aħħar ta’ Diċembru 2019 kien ta’ 920.

Mużew Marittimu – dħul minn entrance fees u gift shop sales

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13388 dwar il-Mużew Marittimu, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm dħul finanzjarju minn entrance fees u kemm minn gift shop sales fis-sena 2019?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul finanzjarju ta’ €63,335.66 għas-sena 2019 kien relatat ma’ gift shop sales ta’ €2,800.19 u entrance fees ta’ €60,535.47.

Żona ta’ Kordin – faċilitajiet sportivi – irranġar ta’ bankini

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13389 jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret biex jiġi rettifikat dak li kien indikat fl-istess domanda f’Kordin fil-parti fejn hemm il-Faċilitajiet Sportivi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Santa Luċija – sussidju fuq kirjiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13794 jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li d-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali jibgħat ittra informattiva lir-residenti ta’ Santa Luċija (Malta) fejn jispjega kif jistgħu japplikaw għal dan il-benefiċċju fuq is-sussidju tal-kera?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14258 tas-Seduta 330.

Persuni b’Early Retirement – xogħol ekonomiku

Question

In vista tal-fatt li ħaddiema li jitilqu minn fuq il-post tax-xogħol bl-'Early Retirement' skont skedi offruti minn kumpaniji privati qabel ma jilħqu l-pension age, u peress li bħalissa ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni, fis-sens li persuna li tingħata l-early retirement ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, u f'dawk it-tliet snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor, fil-frattemp jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir xi emenda fil-liġijiet tax-xogħol biex persuni f'din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu b'xogħol part-time?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Tarxien – sussidju fuq kirjiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13784 jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li d-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali jibgħat ittra informattiva lir-residenti ta’ Ħal Tarxien fejn jispjega kif jistgħu japplikaw għall-benefiċċju fuq is-sussidju tal-kera?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14258 tas-Seduta 330.

Direttorat tal-Protokoll – ajruplani militari jew statali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba rċieva d-Direttorat tal-Protokoll sabiex ajruplani militari jew statali jinżlu f’pajjiżna u kemm-il darba saret talba sabiex jidħlu fl-ispazju tal-ajru tagħna tul is-sena 2018?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li matul is-sena 2018 saru 104 talbiet biex ajruplani militari jew statali jinżlu f’pajjiżna u 344 talba biex jidħlu fl-ispazju tal-ajru Malti.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – xiri/donazzjonijiet ta’ kotba fil-librerija

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13779, jista’ l-Ministru jara li d-Dipartiment tal-Liberiji jibgħat fuq bażi regolari kotba fil-librerija tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u jgħid jekk hemmx is-servizz li jiġu mislufa l-kotba mil-Libreriji Pubbliċi għad-dispożizzjoni tar-residenti fl-istess faċilità?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li bħalissa qed isiru diskussjonijiet ma’ uffiċjali mill-Education Unit tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin sabiex jigi diskuss l-proċess ta’ xiri/donazzjonijiet ta’ kotba fil-librerija. Il-Malta Libraries diga toffri s-servizz ta’ self ta’ kotba lir-residenti tal-CORRS u se tkun qed taħdem sabiex dan is-servizz jiġi esti¿ f’Kordin għan-nisa u għal-irġiel ukoll.