Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żona ta’ Kordin – faċilitajiet sportivi – irranġar ta’ bankini

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14273 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13389 jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret biex jiġi rettifikat dak li kien indikat fl-istess domanda f’Kordin fil-parti fejn hemm il-Faċilitajiet Sportivi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni ghada qedt tingabar.

Trasferiti ta’ partiti tal-mużika lil pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-kundizzjonijiet kif kontenuti fl-Att Pubbliku tat-13 ta’ Ottubru 1988 li fih ġew trasferiti lill-pajjiżna l-partiti tal-mużika komposta mill-Maestro li d-dettalji dawru qed jingħataw separatament, huwiex qiegħdin jiġu debitament osservati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ambaxxaturi ta’ pajjiżna – preżentazzjoni tal-kredenzjali

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14092, jista’ l-Ministru jindika jekk kemm-il darba fl-għażla tal-ambaxxaturi huwiex jingħata iktar piż għal dawk fil-karriera diplomatika minn dawk li ma għandhomx u fost id-diplomatiċi huwiex jiġi miżmum l-esperjenza u s-servizz li għandhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-għażla tal-ambaxxaturi l-Ministeru jkun qed jieħu bosta konsiderazzjonijiet, inkluż il-prioritajiet tal-Gvern li jkun attiv bl-aħjar mod fil-qasam internazzjonali. Nista’ nikkonferma li jingħata piż xieraq lil dawk l-Uffiċċjali fil-karriera diplomatika

Heritage Malta – pubblikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm pubblikazzjonijiet minn Heritage Malta fis-sena 2018? Jista’ jelenkahom u jgħid kemm ġew mibjugħa jew distrubwiti u kemm għad fadal?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif murija fit-tabella hawn taħt: Sena 2018 - Heritage Malta – pubblikazzjonijiet Nru ta’ Pubblikazzjonijiet Dettalji tal-Pubblikazzjonijiet Kemm ġew mibjugħa/distribwiti Kemm għad fadal 1200 Tesserae 6, Spring 2018 – ISBN 978-99932-57-54-7 585 715 1000 Il-Misteru ta’ Taht is-Sigra tal-Harrub – ISBN 978-99932-57-52-3 869 131 50 Valletta, my city, my Story (Talking Book) - ISRC MT-A1D-18-00001 10 40 1000 Il-Mithna ta’ Kola, Ktieb ta’ Hidma – ISBN 978 99932-57-61-5 181 819 1000 Il-Katakombi ta’ San Pawl, Ktieb ta’ Hidma – ISBN 978-99932-57-62-2 544 456 1000 Il-Muzew Marittimu, Ktieb ta’ Hidma – ISBN 978-99932-57-63-9 151 849 1000 L-Armerija tal-Palazz, Ktieb ta’ Hidma – ISBN 978-99932-57-64-6 313 687 1000 The Schranz Family of Artists, a journey of Discovery – ISBN 978-99932-57-51-6 745 255 1000 Archaeological Fragments and Other Sources of Information – ISBN 978-99932-57-53-0 174 826 2000 MUZA, The National Community Art Museum, ERDF 05.019 – ISBN 978-99932-57-56-1 1171 829 1000 Core & Periphery, Mdina & Safi in the 9th & 10th centuries – ISBN 978-99932-57-58-5 413 587 1000 Humillima Civitas Vallettae, From Mount Xebb-er-rass to European Capital of Culture (Soft Bound) – ISBN 978-99932-57-55-4 673 327 1500 Impressions of an Island, A Malta Comic Con Artbool – ISBN 978-99932-57-57-8 501 999 1200 Tesserae 7, Autumn 2018 – ISBN 978-99932-57-60-8 224 976 500 Humillima Civitas Vallettae, From Mount Xebb-er-rass to European Capital of Culture (Hard Bound) – ISBN 978-99932-57-65-3 76 424

Argotti and Botanic Gardens Resource Centre – inizjattivi u studji

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14257, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jidhirlux li l-budget annwali ta’ madwar €10,500 (li ma jinkludix il-pagi) ma huwiex biżżejjed sabiex issir l-ħidma u r-riċerka fl-Argotti and Botanic Gardens Resource Centre, post strateġikament importanti għall-pajjiżna senjatament ukoll sabiex ikun hemm ġnien botaniku?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li għal bosta snin u sal-lum il-ġurnata il-baġit annwali baqa' l-istess. Iċ-Ċentru kien ħa sehem fi proġetti finanzjati minn entitajiet oħra u b’hekk seta’ jagħmel xogħol importanti u iktar voluminuż minkejja d-daqs modest tal-baġit allokat lilu. Kif kien ġie spjegat, proġett wieħed kien jinvolvi żvilupp ta' pakketti edukattivi marbutin mal-immaniġġjar tal-ġonna, u l-ieħor kien jinvolvi ġbir ta' żerriegħa u bini ta' bank taż-żerriegħa. Għalhekk, barra minn dawn il-proġetti, ir-riċerka li saret kienet dik li saret minn studenti ta' dipartimenti diversi. Hija l-fehma tal-bord tal-Argotti li din id-direzzjoni għandha tkompli u tissaħħaħ.

Ix-Xgħajra – manutenzjoni tax-Xatt

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14292, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk il-Kunsill huwiex ser jingħata l-fondi neċessarji sabiex il-ħadid msaddad u li jista’ jkun perikoluż, jiġu mibdula u fejn possibbli kkurati lura?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li x-xogħol se jitwettaq mill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.

Heritage Malta — pubblikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm pubblikazzjonijiet minn Heritage Malta fis-sena 2017? Jista’ jelenkahom u jgħid kemm ġew mibjugħa jew distribwiti u kemm għad fadal?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif murija fit-Tabella hawn taħt: Sena 2017 - Heritage Malta – pubblikazzjonijiet Nru ta’ Pubblikazzjonijiet Dettalji tal-Pubblikazzjonijiet Kemm ġew mibjugħa/distribwiti Kemm għad fadal 1,000 The Roman Inquisition in Malta and Elsewhere – ISBN 978-99932-57-39-4 475 525 1,200 Tesserae 4, Spring 2017 – ISBN 978-99932-57-46-2 657 543 1,500 De Valette’s Dagger – ISBN 978-99932-57-44-8 1394 106 6,000 Valletta, my city, my story – ISBN 978-99932-57-49-3 5458 542 1,000 Fragments and their Contexts – ISBN 978-99932-57-48-6 473 527 2,000 The Hal Saflieni Hypogeum, MT02/3 – ISBN 978-99932-57-45-5 1123 877 2,000 The Archaeology of Malta & Gozo, 5000BC-AD1091 – ISBN 978-99932-57-47-9 1726 274 1,200 Tesserae 5, Autumn 2017 – ISBN 978-99932-57-42-4 643 557

Hei-Pladi Erasmus + (2018-2020) u SiMaSeed-Italia Malta (2018-2020)

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14257, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’riżultati ġew miksuba permezz tal-Hei-Pladi Erasmus + (2018-2020) kif ukoll dak ta’ SiMaSeed-Italia Malta (2018-2020) u jista’ jindika għaliex dak il-proġett ma baqax l-Argotti u għadda fid-Dipartiment tal-Bijoloġija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li skont ir-rapport finali, Innovazzjoni f'Sħubiji strateġiċi Erasmus +, It-tieni studju tal-impatt dwar ‘Higher Education Innovation in Plant Diversity: flexible learning paths for emerging labour market’, referenza 2015-1-IT02-KA203-014874 li kien tmexxa mill-Università degli studi del Molise, il-proġett HEIPLADI żviluppa, ittestja u implimenta programm pilota ta' edukazzjoni għolja fuq diversi kwistjonijiet tal-bijodiversità tal-pjanti. HEIPLADI isegwi l-prijoritajiet tal-aġenda ta' modernizzazzjoni tal-UE 2011 biex jgħammar il-ġenerazzjonijiet iżgħar b'ħiliet trasversali għas-swieq tax-xogħol ġodda emerġenti, bħall-impjiegi ħodor relatati mal-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-ambjent. Ħames moduli ta' tagħlim elettroniku ġew implimentati, disponibbli u użati minn suġġetti differenti: studenti, edukaturi, laboratorji, erbarja, mużewijiet, banek tal-ġeroplasmi, ġonna botaniċi, parks naturali tal-mixtli nazzjonalment u internazzjonalment. Seba' attivitajiet ta' taħriġ għal żmien qasir ġew organizzati waqt il-proġett bħala xogħol fuq il-post u bil-għan li jiżviluppaw ħiliet, japprofondixxu l-għarfien dwar is-suġġetti tal-modulu tat-tagħlim elettroniku. Dan il-progett wasal fit-tmiem tiegħu, waqt li dak tas-SiMaSeed ma baqax fi ħdan l-Argotti bi qbil mal-ex kuratur u koordinatur tal-proġett.

Community Work Scheme – ħaddiema ingaġġati

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14283, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa d-dħul annwali fl-2019 tal-ħaddiema ngaġġati fl-iskema Community Work Scheme Enterprise Foundation? Jista’ jinforma lill-Kamra f’liema postijiet qed jagħtu s-servizzi tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-dħul annwali fl-2019 tal-ħaddiema ingaġġati fl-iskema Community Work Scheme Enterprise Foundation huwa kif ġej: · Dawk l-impjegati li daħlu fl-2016 għandhom salarju annwali ta’ €11,699.52c + Bonuses tal-Gvern + Performance Bonus sa massimu ta’ €450 · Dawk l-impjegati li daħlu fl-2018 u wara, għandhom salarju annwali ta’ €11,543.52c + Bonuses tal-Gvern + Performance Bonus sa massimu ta’ €450 Dawn il-ħaddiema qed jagħtu s-servizzi tagħhom fil-postijiet kif indikat fit-tabella t’hawn taħt. MEDE 15 Ministry for Gozo 238 Local Councils 296 NGOs 70 Public Entities 67 State Colleges 231 Roaming 3

Qorti Ewropea — Sentenza mogħtija fil-konfront tal-Polonja, Ungerija u r-Repubblika Ċeka

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’pożizzjoni ttieħdet jew ser tittieħed minn pajjiżna wara s-sentenza mogħtija fit-2 ta’ April 2020 fil-każijiet C-715/17, C-718/17 u C719/17 fil-konfront tal-Polonja, Ungerija, u r-Repubblika Ċeka mill-Qorti Ewropea tal-Unjoni Ewropea?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li il-Gvern Malti ħa nota tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea mogħtija fit-2 ta’ April 2020 fil-kawża C-715/17, C-718/17 u C719/17, Il-Kummissjoni vs il-Polonja, l-Ungerija u r-Repubblika Ċeka. Filwaqt li jirrispetta dan il-ġudizzju, il-Gvern Malti qiegħed jistudja l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea, speċjalment l-impatt tiegħu fiċ-ċirkustanzi odjerni u l-bżonn ta’ solidarjetà fil-Mediterran.

Persuni li talbu biex jiġu assistiti għal ripatrijazzjoni

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13825 u ċjoè kemm persuni ta’ nazzjonalità differenti talbu biex jiġu ripatrijati, jista’ l-Ministru jindika kemm dawn kienu sal-aħħar ta’ Mejju 2020 u jista’ jinforma n-nazzjonalità varja tagħhom, kif ukoll kemm kienu ta’ sess femminili u kemm maskili?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li numru ta’persuni li talbu sabiex jiġu ripatrijati sa l-aħħar ta’Mejju 2020 kien ta’ 10,278 persuna lejn dawn il-pajjiżi : Afghanistan, Albania, Algeria, Argentina Armenia ,Australia, Austria, Azerbaijan, Bahamas, Bangladesh, Belarus, Belgium,Bolivia Bosnia & Herzegovina ,Botswana, Brazil ,Bulgaria, Burundi, Cabo Verde, Canada, Chile, China, Colombia, Congo Costa Rica Cote d'Ivoire ,Croatia, Cyprus, Czechia, Denmark, Ecuador. Egypt, Eritrea, Estonia, Ethiopia, Finland, France, Georgia, Gambia, Germany, Ghana, Greece, Guyana, Honduras, Hong Kong, Hungary, India, Indonesia, Iran, Ireland, Israel, Italy, Jamaica, Japan, Jordan, Kazakhstan, Kenya, Latvia, Lebanon, Liberia, Libya, Lithuania, Macedonia, Madagascar, Malawi, Malaysia, Mali, Mauritius, Mexico, Moldova, Montenegro, Morocco, Myanma, Namibia, Nepal, Netherlands, Nigeria, Norway, Pakistan, Sao Tome and Principe, Senegal, Serbia, Seychelles, Slovakia, Slovenia,Somalia ,Sri Lanka, South Africa, Spain,Sudan,Sweden ,Switzerland,Syria ,Taiwan ,Tanzania,Thailand,Togo ,Tunisia ,Turkey ,Ukraine, United Kingdom, United States of America, Uruguay, Uzbekistan,Venezuela, Vietnam, Yemen, Zimbabwe. Ma għandiex informazzjoni dwar il-ġeneru tagħhom.

Ħal Tarxien – Triq l-Isqajjaq — xogħlijiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14268, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’inhi r-raġuni għaliex Triq l-Isqajjaq Tarxien “għalissa ma tistax issir”?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq Triq l-Isqajjaq Tarxien ma jistax isir minħabba raġunjiet finanzjarji.

Masġar bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar — rijabilitazzjoni

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14293, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk dan il-masġar bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar huwiex ser jinfetaħ għall-pubbliku tul din is-sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Heritage Malta — pubblikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm pubblikazzjonijiet minn Heritage Malta fis-sena 2015? Jista’ jelenkahom u jgħid kemm ġew mibjugħa jew distribwiti u kemm għad fadal?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

United Nations Economic and Social Council — ħidma minn pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma saret minn pajjiżna tul dawn l-aħħar 16-il xahar fi ħdan il-United Nations Economic and Social Council (ECOSOC) fil-vesti tagħha ta’ membru tal-istess kunsill?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li Malta bdiet isservi bħala Membru tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali fis-sena 2019 u qiegħda tkompli sservi dan l-irwol sal-aħħar tal-2020. Malta qiegħda tkompli tipparteċipa b’mod attiv fid-diskussjonijiet biex navvanzaw it-tliet dimensjonijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli – dawk ekonomiċi, soċjali u ambjentali. F’koordinazzjoni mal-Unjoni Ewropea u mal-Grupp tal-Ewropa tal-Punent u oħrajn, Malta tkompli tmexxi ‘l quddiem l-isforzi biex jinkisbu għanijiet miftiehma internazzjonalment dwar l-iżvilupp. Fi ħdan il-Kunsill, Malta ipparteċipat f’bosta laqgħat – l-aktar waħda importanti hija l-High-Level Political Forum for Sustainable Development fejn il-Ministri tal-Affarijiet Barranin jiltaqgħu kull sena, f’Lulju fi New York, u jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-Għanjiet tal-Iżvilupp Sostenibbli u l-Aġenda 2030. Din il-laqgħa ministerjali hija ukoll opportunita’ biex il-pajjiżi jippreżentaw kif qegħdin jilħqu l-għanijiet tagħhom permezz tar-reviżjonijiet volontarji nazzjonali. Malta, b’rappreżentazzjoni ministerjali, ipparteċipat fil-laqgħat tal-2018 u 2019. Bħala membri tal-Kunsill, il-ħidma mill-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Uniti ġewwa New York tkompli bla waqfien matul is-sena - permezz ta’ attendenza - fuq livell ta’ esperti - ta’ bosta laqgħat relatati mal-Kummissjonijiet Funzjonali u Korpi Esperti tal-ECOSOC: 1. Kummissjoni tal-Istatistika 2. Kummissjoni dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp 3. Kummissjoni għall-Iżvilupp Soċjali 4. Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa 5. Kummissjoni dwar Drogi Narkotiċi 6. Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità u l-Ġustizzja Kriminali 7. Kummissjoni dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija għall-Iżvilupp 8. Forum tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Foresti 9. Kumitat għall-Politika tal-Iżvilupp 10. Kumitat ta’ Esperti dwar l-Amministrazzjoni Pubblika 11. Kumitat ta’ Esperti dwar Kooperazzjoni Internazzjonali f’Kwistjonijiet tat-Taxxa 12. Kumitat għad-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali 13. Forum Permanenti dwar Kwistjonijiet Indiġeni Fi ħdan il-Kunsill, ir-Rappreżentanza Maltija tipparteċipa f’diskussjonijiet u f’negozjati ta’ risoluzzjonijiet relatati ma’ diversi kwistjonijiet, fosthom fuq l-Aġenda tal-Assemblea Ġenerali u l-ECOSOC, ir-Reviżjoni Quadriennali tal-Politika Komprensiva tal-Iżvilupp, il-Finanzjament għall-Iżvilupp, il-Laqgħa Umanitarja tal-ECOSOC, il-Laqgħa tal-Immaniġġjar tal-ECOSOC u l-Laqgħa tal-Kooperazzjoni fuq l-Iżvilupp tal-ECOSOC.

Xgħajra – Batterija Della Grazia — restawr

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-batterija Della Grazia fix-Xagħjra li fiha hemm il-Kunsill Lokali hiex ser tiġi mogħtija riżorsi separata sabiex tiġi miżmuma sew u restawrata?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed tittieħed nota ta’ dan l-istat ta’ fatt. Jiġi relevat li f’pajjiżna għandna patrimonju kbir ħafna li jirrikjedi attenzjoni kontinwa mill-aspett ta’ restawr u manutenzjoni. Naturalment il-Ministeru jipprioratizza minn sena għal sena x-xogħlijiet li jridu jsiru, però fl-isfond ta’ din l-Interpellanza, ser nidderieġi lill-Heritage Malta sabiex tħejji assessment ta’ dak li għandu jsir fir-rigward ta’ din il-batterija, bil-għan li fil-mument propizju jittieħed l-intervent opportun.

Malta-Tunisia Joint Commission — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il laqgħa saret fil-Malta-Tunisia Joint Commission f’dawn l-aħħar seba’ snin u jistax jindika jekk hemmx laqgħa ffissata?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Gejt infurmat li f’dawn l-aħħar seba’snin saret laqgħa waħda tal- Malta-Tunisia Joint Commision. Il-ħdax is-sessjoni tal- Joint Commission seħħet f’Malta mill-4 sal-5 ta’ Frar 2019. Wieħed ta’ min jinnota li is-sessjoni ta’ qabel tal- Joint Commission kienet saret f’Tunis mit-3 sal-5 ta’ Settembru 2012. Il- Joint Commission kienet immexxjia mill-Onor. Carmelo Abela, l-ex Ministru tal-Affarijiet Barranini u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, u mill-E.T. Khemaies Jhinaoui, l-ex Ministru tal-Affarijiet Barranin tat-Tuneżija. Waqt din is-sessjoni tal-Joint Commission, ġew diskussi diversi oqsma fosthom: (i) l-ekomomija u l-kummerċ; (ii) il-kultura; (iii) it-turiżmu; (iv) ġemellaġġi bejn l-ibliet (v) it- trasport; (vi) it-taħrig vokazzjonali u impjieg; (vii) l-edukazzjoni, riċerka u innovazzjoni; (viii) is-saħħa; (ix) l-agrikoltura u s-sajd; kif ukoll rigward (x) il-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi ta’ gender, it-tfulija u l-anzjani. Din is-sessjoni saret fil-marġini taż-Żjara Statali tal-ex President Tuneżin, l-E.T. Beji Caid Essebsi, li ġie Malta mill-5 sas-6 ta’ Frar 2019. Fil-marġini tal- Joint Commission seħħet laqgħa ukoll bejn l-Onor. Carmelo Abela u l-E.T. Khemaies Jhinaoui fejn iż-żewġ naħat tennew l-importanza tat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali kif ukoll dawk reġjonali sabiex jinkiseb il-paċi u l-istabbilità fil-Mediterran. Wara din il-laqgħa, l-Onor. Carmelo Abela u l-E.T. Khemaies Jhinaoui iffirmaw il-Minuti Maqbula tal-11 il sessjoni tal-Joint Commission, kif ukoll Ftehim dwar l-Impjiegi Temporanji, Memorandum ta' Qbil dwar Rispons għall-Iżvilupp tat-Tfulija Bikrija, Protokoll ta' Kooperazzjoni fil-Qasam ta 'l-Anzjani, u Programm ta' Kooperazzjoni Kulturali għas-snin 2019 - 2021. Id-data tat-tnax is-sessjoni tal- Malta-Tunisia Joint Commission għad trid tiġi iffissata.

Persuni li jaħdmu mal-istituzzjonijiet u aġenziji tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu mal-istituzzjonijiet u aġenziji tal-Unjoni Ewropea sal-aħħar ta’ April 2020?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ Maltin attivi li jaħdmu ġewwa l-Istituzzjonijiet u l-Aġenziji tal-UE jammontaw għall-478.

EASO – inizjattivi u programmi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi u programmi għaddejjin preżentement ma’ pajjiżna fi ħdan l-EASO? Jista’ jindika jekk kemm-il darba hemmx il-possibilità li ssir talba għall-iktar assistenza minħabba l-pożizzjoni preżenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nistieden lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza lill-Ministeru konċernat u ċjoè l-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi.