Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna f’Lisbona matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma li saret mill-Ambaxxata ta’ Malta f’Lisbona matul l-2024 u l-2025.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti f’Marsaxlokk li bbenefikaw minn sussidji fuq il-kera matul is-sena 2024 u sal-aħħar ta’ Settembru 2025 u kemm ġie mħallas komplessivament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, matul is-snin 2024 u 2025, kellha 19-il familja residenti f’Marsaxlokk li bbenefikaw minn sussidji fil-kera, b’nefqa ta’ €69,464.45.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna f’Berlin matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma
li saret mill-Ambaxxata ta’ Malta f’Berlin matul l-2024 u l-2025.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti f’Ħal Għaxaq li bbenefikaw minn sussidji fuq il-kera matul is-sena 2024 u sal-aħħar ta’ Settembru 2025 u kemm ġie mħallas komplessivament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, matul is-snin 2024 u 2025, kellha 63 familja residenti f’Ħal Għaxaq li bbenefikaw minn sussidji fil-kera, b’nefqa ta’ €310,103.69.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna f’Ruma matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma li saret mill-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma matul l-2024 u l-2025.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti f’Raħal Ġdid li bbenefikaw minn sussidji fuq il-kera matul is-sena 2024 u sal-aħħar ta’ Settembru 2025 u kemm ġie mħallas komplessivament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, matul is-snin 2024 u 2025, kellha 81 familja residenti f’Raħal Ġdid li bbenefikaw minn sussidji fil-kera, b’nefqa ta’ €395,533.93.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna f’Pariġi matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma li saret mill-Ambaxxata ta’ Malta f’Pariġi matul l-2024 u l-2025.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti l-Gudja li bbenefikaw minn sussidji fuq il-kera matul is-sena 2024 u sal-aħħar ta’ Settembru 2025 u kemm ġie mħallas komplessivament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, matul is-snin 2024 u 2025, kellha 21 familja residenti l-Gudja li bbenefikaw minn sussidji fil-kera, b’nefqa ta’ €98,488.89.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna f’Dublin matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma li saret mill-Ambaxxata ta’ Malta f’Dublin matul l-2024 u l-2025.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna fil-Ġappun matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27921, ninfurmah li f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025, l-Ambaxxata ta’ Malta fil-Ġappun kompliet issaħħaħ ir-relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi, edukattivi u kulturali bejn iż-żewġ pajjiżi, b’enfasi fuq il-parteċipazzjoni ta’ Malta fl-
EXPO
2025 f’Osaka u fuq l-okkażjoni tas-sittin anniversarju tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u Ġappun.
Il-kisbiet ewlenin jinkludu:
Impenn Politiku:
Matul l-2025, l-Ambaxxatur u d-Deputat tiegħu attendew għal diversi avvenimenti organizzati mill-Familja Imperjali Ġappuniża, mill-Gvern Ġappuniż u minn Ambaxxati akkreditati f’Tokjo, filwaqt li nżammu relazzjonijiet kontinwi mal-Grupp Parlamentari ta’ Ħbiberija Malta-Ġappun. Fl-istess sena, ġie konkluż il-Ftehim dwar il-Working Holiday Scheme bejn iż-żewġ pajjiżi, li se jidħol fis-seħħ fl-2026. Dan il-ftehim jippermetti liż-żgħażagħ Maltin ta’ bejn it-18 u t-30 sena jivvjaġġaw u jaħdmu fil-Ġappun (u viċi versa) għal perjodu temporanju, sabiex jissaħħu l-iskambji kulturali u soċjali.
EXPO
2025 f’Osaka:
Matul din is-sena, l-Ambaxxata kkoordinat il-parteċipazzjoni ta’ Malta fl-
EXPO
2025 bejn April u Ottubru, inkluż it-tmexxija tal-aspetti ta’ protokoll, loġistiċi, u kulturali tal-Paviljun Malti – li d-disinn tiegħu anki rebaħ premju fl-olimpjadi tal-
EXPO
. Il-Paviljun ospita ‘l fuq minn 780,000 viżitatur, inklużi nies distinti bħal familja Imperjali Ġappuniża u Ministri Ġappuniżi, u serva bħala pjattaforma biex tiġi promossa Malta bħala destinazzjoni għall-investiment, it-turiżmu u l-kultura, filwaqt li ġew organizzati żjarat ta’ livell għoli u laqgħat ma’ awtoritajiet Ġappuniżi u rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet lokali fil-Kansai. Għal-jum nazzjonali ta’ Malta ġewwa l-
EXPO
, l-Ambaxxata kienet importanti biex torganizza laqgħat bilaterali ġewwa Tokjo u Osaka għaż-żjara tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, il-Ministru għall-Edukazzjoni, u kif ukoll il-Ministeru għall-Ekonomija.
Diplomazija Ekonomika:
Fl-ambitu tal-diplomazija ekonomika, l-Ambaxxata kkoordinat żjara u organizzat laqgħat għall-Ministru għall-Ekonomija fi Frar 2025, maħsuba biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn intrapriżi u istituzzjonijiet taż-żewġ pajjiżi ġewwa Tokjo, Osaka u Hiroshima. F’Lulju 2025, l-Ambaxxata ħadmet mill-qrib mal-Ministeru għall-Ekonomija u
Transport Malta
fl-organizzazzjoni ta’ avveniment tematiku dwar is-settur marittimu Malti, li laqqa’ flimkien banek, operaturi u investituri Ġappuniżi interessati f’dan is-settur. Aktar tard, f’Settembru 2025, l-Ambaxxata kkoordinat ukoll ma’
FinanceMalta
fl-organizzazzjoni ta’ seminar eżekuttiv f’Osaka bit-tema
“Malta: Gateway to Europe”,
li ffoka fuq is-servizzi finanzjarji, il-fondi u l-innovazzjoni, u li attira parteċipazzjoni estensiva minn rappreżentanti tal-gvern, istituzzjonijiet finanzjarji u kumpaniji Ġappuniżi. Kompliet ukoll il-koordinament mal-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Foresti Ġappuniż (MAFF) dwar il-proċedura għall-approvazzjoni ta’ prodotti tal-laħam ipproċessat tal-majjal Malti lejn il-Ġappun u l-inklużjoni tal-protezzjoni ġeografika (GI) ta’ prodotti Maltin bħall-Ġbejna tan-Nagħaġ fl-
Economic Partnership
Agreement
bejn l-Unjoni Ewropeja u l-Ġappun.
Edukazzjoni u Turiżmu:
Fit-tmintax ta’ Lulju 2025, ġie organizzat Seminar dwar it-Turiżmu u l-Edukazzjoni f’Osaka, li laqqa’ operaturi tat-turiżmu u rappreżentanti akkademiċi Ġappuniżi, filwaqt li l-Ambaxxata kompliet taħdem fuq proposti għal titjiriet diretti bejn il-Ġappun u Malta.
Wirt Kulturali:
L-Ambaxxata kompliet tassisti lil
Heritage Malta
fil-proġett ta’ restawr ta’ tlett armaturi tas-Samuraj li kienu fl-Armerija ta’ Malta u ġew restawrati fil-belt ta’ Kyoto, kif ukoll fit-tħejjijiet għall-wirjiet itineranti wara l-EXPO li jinkludu wkoll parti mill-kollezzjoni tal-Armerija tal-Palazz tal-Granmastri. Dawn l-inizjattivi qed isaħħu l-kooperazzjoni kulturali u jtejbu l-immaġni ta’ Malta fil-Ġappun bħala pajjiż b’wirt storiku u artistiku sinifikanti. Barra minn hekk, tħejja ktieb fuq il-proġett u dokumentarju ukoll li għandu jitlesta fl-aħħar xhur ta’din is-sena.
Ix-xogħol tal-Ambaxxata matul l-2025 ikkontribwixxa b’mod sinifikanti biex tissaħħaħ il-viżibilità ta’ Malta fil-Ġappun, biex jiġu mħeġġa l-opportunitajiet ta’ investiment, edukazzjoni u turiżmu, u biex jiġi żviluppat il-qafas ta’ kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti f’Santa Luċija li bbenefikaw minn sussidji fuq il-kera matul is-sena 2024 u sal-aħħar ta’ Settembru 2025 u kemm ġie mħallas komplessivament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, matul is-snin 2024 u 2025, kellha 3 familji residenti f’Santa Luċija li bbenefikaw minn sussidji fil-kera, b’nefqa ta’ €20,434.48.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti f’Ħal Tarxien li bbenefikaw minn sussidji fuq il-kera matul is-sena 2024 u sal-aħħar ta’ Settembru 2025 u kemm ġie mħallas komplessivament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, matul is-snin 2024 u 2025, kellha 55 familja residenti f’Ħal Tarxien li bbenefikaw minn sussidji fil-kera, b’nefqa ta’ €255,338.58.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31620, dwar residenzi li fihom qed ikun hemm aktar persuni joqogħdu milli permess, jista’ l-Ministru jgħid kemm effettivament irċeviet rapporti l-Awtorità tad-Djar matul is-sena 2025?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, bejn l-1 ta’ Jannar u l-Ħamis, 30 ta’ Ottubru 2025, l-Awtorità tad-Djar irċeviet wieħed u ħamsin (51) rapport dwar allegat residenzi li fihom qed joqogħdu aktar persuni milli hu permess.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti l-Fgura li bbenefikaw minn sussidji fil-kera u kemm ġie mħallas komplessivament matul is-snin 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, matul is-snin 2024 u 2025, kellha 96 familja residenti l-Fgura li bbenefikaw minn sussidji fil-kera b’nefqa ta’ €447,395.76.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm persuni fil-Korp Diplomatiku u kemm irtiraw jew spiċċaw f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt.
Second Secretaries
24
First Secretaries
42
Counsellors
31
First Counsellor
3
Senior Counsellor
5
Officers in grade in the diplomatic class
9
Career Ambassadors in the diplomatic class
9
Resigned / Retired / Transferred upon appointment
20
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna f'Moska matul is-sena 2024 u matul l-ewwel disa’ xhur tas-sena 2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2024 u l-ewwel għaxar xhur tal-2025, l-Ambaxxata ta’ Malta f’Moska kompliet tipparteċipa fil-laqgħat ta’ koordinazzjoni organizzati mid-Delegazzjonijiet residenti tal-Unjoni Ewropea, li ttrattaw diversi suġġetti inklużi żviluppi politiċi w ekonomiċi, drittijiet tal-bniedem, kwistjonijiet konsulari kif ukoll amministrattivi. L-Ambaxxata ħejjiet rapporti dwar dawn il-laqgħat u żammet lill-Ministeru infurmat dwar l-iżviluppi fil-Federazzjoni Russa.
Attwalment, ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u r-Russja ġew affettwati konsiderevolment mill-gwerra ta' aggressjoni li ilha għaddejja kontra l-Ukrajna sa mill-2022. Madankollu, l-Ambaxxata tagħna f'Moska kompliet tiffunzjona, u komplew ukoll it-taħditiet fuq il-propjetà diplomatika Maltija f’Moska.
L-Ambaxxata ta’ Malta f’Moska tkompli tipprovdi servizzi konsulari inkluż il-ħruġ ta’ viżi lil dawk li jivvjaġġaw lejn Malta, l-amministrazzjoni tal-ġuramenti, il-legalizzazzjoni tal-firem u t-tiġdid tal-passaporti. L-Ambaxxata pparteċipat f’avvenimenti kulturali organizzati mill-UE li primarjament involvew il-promozzjoni tal-lingwi nazzjonali. Avveniment partikolari wieħed kien il-Jum Ewropew tal-Lingwi organizzat f’Settembru ta’ kull sena.
Ta’ min jinnota li, fit-23 ta’ Jannar li għadda, l-E.T. Carmelo Inguanez ippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-E.T. Bakhtiyor Saidov, Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Użbekistan, bħala l-ewwel Ambaxxatur mhux Residenti tar-Repubblika ta’ Malta għall-Użbekistan. Punt prinċipali ta’ din il-laqgħa kien l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika tal-Użbekistan dwar l-Eżenzjoni Reċiproka mir-Rekwiżiti tal-Viża għad-Detenturi ta’ Passaporti Diplomatiċi.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji ta’ dak li qiegħed isir fil-parti tal-ġnien fil-Bajja ta’ San Tumas, iż Żejtun u kemm ser iddum magħluqa din il-parti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddej proġett ta' tisbieħ u ristrutturar tal-ġnien tal-Fajtata, fil-bajja ta' San Tumas, Marsaskala.
Ix-xogħol jinkludi bini mill-ġdid tal-passaġġi, upgrade tat-toilets, bandli u gym ġodda, aċċess ġdid għall-persuni bi bżonnijiet speċjali biex ikunu jistgħu jaċċessaw il-parti ta' mal-baħar. Il-proġett ser ikun jinkludi finishes, street furniture u dwal ġodda.
Ix-xogħol hu mistenni li jitlesta qabel is-Sajf li ġej.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tax-xogħlijiet li qegħdin isiru fix-xatt ta’ Wied il-Għajn?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa Infrastructure Malta għaddejja b’xogħol ta' bini mill-ġdid u rinfurzar ta' partijiet mill-promenade u mollijiet, kif ukoll strutturi kostali li partijiet minnhom huma ikkundannati. F'dawn l-aħħar snin kien hemm żewġ istanzi fejn ċedew partijiet mill-istrutturi.
Ser ikun qed isiru ukoll interventi lokaliżżati biex jiġu rranġati l-livelli tat-triq f'żoni magħrufa li jegħrqu f'ċerti ċirkostanzi. Dan fil-limiti impost mil-livelli tal-bini eżistenti li ovjament ma jistax jitmiss.
Barra minn hekk dan il-proġett jinkludi wkoll upgrading tal-bandli.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30213, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’għajnuna umanitarja ulterjuri ser tingħata lill-poplu ta’ Gaza sal-aħħar tas-sena 2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30213, il-Gvern Malti kompla jsaħħaħ u jespandi l-għajnuna umanitarja lill-poplu ta’ Gaża u l-Palestina matul is-sena 2025 permezz ta’ azzjonijiet konkreti u impenji finanzjarji.
Matul din is-sena, Malta għamlet donazzjoni ta’ €70,000 lill-UNICEF sabiex tgħin fil-ħtiġijiet umanitarji urġenti fil-Palestina, b’enfasi fuq it-tfal u l-familji vulnerabbli. Barra minn hekk, Malta ffinanzjat il-“pre-carriage haulage” ta’ dqiq għal Gaża permezz ta’ CMA CGM Malta Agency Ltd., b’valur ta’ €158,015.88, sabiex tiġi żgurata l-provvista ta’ ikel essenzjali lill-popolazzjoni ċivili f’Gaża.
Sal-aħħar tas-sena 2025, Malta impenjat €50,000 oħra lill-World Central Kitchen għall-operazzjonijiet ta’ għajnuna tal-ikel f’Gaża, kif ukoll €50,000 lil UNRWA għall-programmi umanitarji fis-Sirja, il-Libanu u l-Ġordan, b’appoġġ lill-Palestinjani rifuġjati f’dawn ir-reġjuni.
Il-Gvern Malti kompla jikkollabora ma’ sħab internazzjonali sabiex jiffaċilita t-twassil ta’ ikel, provvisti mediċi u għajnuna essenzjali oħra f’Gaża, u baqa’ impenjat f’diplomazija attiva favur il-paċi u l-aċċess umanitarju. Dawn l-impenji huma dokumentati b’mod uffiċjali u jikkonfermaw l-impenn sod tal-Gvern Malti li jkompli joffri għajnuna umanitarja konkreta lill-poplu Palestinjan, bil-għan li jtaffi s-sofferenza u jsaħħaħ il-paċi f’Gaża u fir-reġjun.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30320, jista’ l-Ministru jara li l-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt Valletta, tingħata attenzjoni kif xieraq peress li hija tant prominenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Se issir spezzjoni b'koordinament ta' żewġ entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru (jiġifieri l-Awtorita' tal-Artijiet u d-Direttorat tar-Restawr u l-Preservazzjoni) u jiġi determinat l-istat tal-Knisja ta’ Santa Barbara.