Jista’ l-Ministru jgħid x’passi u programmi ġew segwiti għat-taħriġ u żvilupp fil-karriera diplomatika tul dawn l-aħħar tliet snin? Jista’ jindika kemm persuni attendew għalihom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej joffri diversi opportunitajiet ta’ taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera lid-diplomatiċi tiegħu. Kull sena l-Ministeru joffri lil-uffiċjali tiegħu, korsijiet fuq livell ta’ Masters kemm fl-Akkademja Mediterranja tal-Istudji Diplomatiċi (MEDAC) tal-Universita’ ta’Malta, kif ukoll fl-Universita’ ta’ Sussex, l-Ingilterra jew f’dik ta’ Bruges, il-Belġju.
Flimkien mal-EEAS, jiġu offruti korsijiet qosra ġewwa Brussel relatati ma’ temi diversi tal-politika esterna u ta’ sikurezza komuni tal-Unjoni Ewropeja (CFSP). Bl-għajnuna tal-MEDAC kif ukoll tad-DIPLO Foundation, il-Ministeru joffri korsijiet fid-diplomazija u l-istorja Mediterranja, fir-rizoluzzjoni tal-konflitti, fl-ekonomija fid-diplomazija kif ukoll dwar id-dinja tal-informatika w l-governanza permezz tal-internet.
Diversi diplomatiċi jintbagħtu jsewgu korsijiet qosra fid-diplomazija offruti minn Ministeri tal-Affarijiet Barranin ta’ pajjizi li magħhom Malta għandha relazzjoni mill-qrib.
Wara li jiggradwaw mill-Universita f’qasam relatat mal-professjoni diplomatika u jsir reklutaġġ ta’ uffiċjali ġodda, l-Ministeru jorganizza korsijiet qosra imma ntensivi dwar ix-xogħol marbut mad-diversi direttorati tal-Ministeru sabiex dawn jiffarmiljarizzaw irwieħhom mad-doveri professjonali li jkunu qegħdin jistennewhom. Lid-diplomatiċi li jkunu qegħdin iservu barra minn Malta, l-Ministeru joffrilhom l-opportunita’ sabiex jitgħallmu jew jiżviluppaw il-lingwa barranija tal-post fejn ikunu qegħdin iservu. Dan it-taħriġ, jekk ikun possibbli, jista’ jitkompla ġaladarba l-uffiċjal jirritorna Malta.
L-istatistiċi għal dan il-perjodu jindikaw li fl-aħħar tliet snin, 130 uffiċjal min dan il-Ministeru attendew it-taħriġ li 60 minnhom huma membri tal-korp diplomatiku. Dan it-taħriġ ivarja minn taħriġ fil-lingwa, għal taħriġ fil-kura tal-klijenti, għad-diplomazija u taħriġ relatat mal-politika barranija, kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna.
Uffiċċu tal-Prim Ministru – spiża fuq mobile phones
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienet l-ispiża li saret fil-Ministeru tul is-sena 2018 f’mobile phones kif ukoll jista’ jiġi indikat l-ispiża li saret fis-segreterija privata tal-ministru tul dik is-sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nformat li ma kien hemm ebda spiża fuq mobile phones fl-2018.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fl-Internal Audit and Services Department sal-aħħar tas-sena 2019 u f’liema gradi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nformat li fid- Dipartiment tal-Awditjar u l-Investigazzjonijiet hemm 34 haddiem li bħala gradi jvarjaw minn Diretturi għal gradi klerikali u amministrattivi.
Jista’ l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu sabiex Ġnien Duminku Mintoff jiġi miżmum sew billi jidher li jinsab mhux wisq ikkurat?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid li bħalissa għaddej xogħol ta’ manutenzjoni fi Ġnien Duminku Mintoff mill-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu.
Tista’ l-Ministru tgħid x'passi qed jittieħdu sabiex Ġnien Duminku Mintoff jiġi miżmum sew billi jidher li jinsab mhux wisq ikkurat?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant, illi l-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi qiegħdha tikkollabora mal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid sabiex tiġi stabbilita skeda kontinwa ta’ tindif u manutenzjoni tal-ġnien imsemmi li tinvolvi l-kuntratturi tal-Kunsill.
Invista ta’ dak minnu dikjarat, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jiġi installat ‘l hekk imsejjaħ “Green Wall” mal-faċċata tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru għall-Affarijiet Interni, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi responsabbli mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu sabiex ir-rappreżentanzi diplomatiċi ta’ pajjiżna jkunu jistgħu jgħinu fil-kummerċ in vista tal-fatt li Trade Malta ma għadhiex iktar parti mid-dekasteru kif kienet qabel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rwol tat-Taqsima tad-Diplomazija Kummerċjali li tinsab fil-Ministeru kien, għadu u jibqa’ importanti nonostanti li Trade Malta kif semmejt tajjeb int m’għadhiex iktar parti mid-dekasteru kif kienet qabel. Fil-fatt nista’ nikkonferma li t-Taqsima msemmija taħdem attivament sabiex tassisti lill-Ambaxxati tagħna fil-promozzjoni tal-kummerċ u dan tagħmlu bl-assistenza tal-istakeholders Maltin kollha fosthom ta’ Trade Malta.
Ta’ min ifakkar ukoll li aktar kmieni din is-sena, il-Ministeru nieda l-
Malta and Africa: A Strategy for Partnership 2020-2025
. Fost oħrajn, dan id-dokument elenka diversi opportunijet biex pajjiżna jsaħħaħ ir-relazzjonijiet kummerċjali mal-kontinent Afrikan permezz ta’ koperazzjoni mill-qrib bejn in-
network
diplomatiku u dak kummerċjali sabiex jinfetħu swieq ġodda għall-intrapriżi Maltin. U huwa propju dan li qed isir u f’dan ir-rigward nieħu l-opportunita’ li nisħaq dwar l-importanza ta’ kollaborazzjoni sħiħa bejn l-istakeholders kollha msemmija sabiex inkomplu nippromwovu b’suċċess lil pajjizna fil-qasam kummerċjali
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il dabra ltaqa’ l-kumitat msejjaħ “Malta-UK Business Promotion Task Force” li twaqqaf f’Settembru 2017? Jista’ jindika jekk il-kompożizzjoni tal-istess kumitat inbidlitx jew le?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari tiegħu lill-Ministru konċernat
Ċittadini Maltin u Barranin li ħarġu jew daħlu fil-pajjiż
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ċittadini Maltin u kemm ċittadini barranin sija EU Nationals kif ukoll le, ħarġu minn pajjiżna u kemm minnhom għamlu użu mill-Ajruport Internazzjonali tul ix-xahar ta’ Mejju 2020? Jista’ jgħid kemm persuni daħlu f’pajjiżna fl-istess perjodu maqsuma ċittadini Maltin u ċittadini barranin sija EU Nationals kif ukoll le, fl-istess żmien?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Masġar bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar — rijabilitazzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’passi qed jittieħdu sabiex jiġi rijabilitat il-masġar li hemm bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar li qiegħed fuq ix-xellug u li jibda minn Triq Kottoner Fgura u jieħu għall-Triq il-Kunsill tal-Ewropa?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba l-ftehim li kien ġie ffirmat mar-Repubblika tal-Kolumbja dwar il-koperazzjoni kulturali, huwiex jiġi mħaddem u x’proġetti hemm stabbiliti għall-futur abbażi tiegħu senjatament l-artikoli 6 u 8?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat lill-Onorevoli fir-rigward tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Kulturali mar-Repubblika tal-Kolumbja, li għalkemm dan il-ftehim wassal għal aktar kollaborazzjoni mal-Kolumbia, madankollu sal-lum l-ebda proġett ma ġie implimentat abbażi tiegħu senjatament l-artikoli 6 u 8.
Kumitat Konsultattiv għall-Parti t’Isfel ta’ Malta — laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa nżammet mill-Kumitat Konsultattiv għall-Parti ta’ Isfel ta’ pajjiżna tul dawn l-aħħar tliet snin u jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti rispettivi?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat mill-Kumitat Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta li saru seba’ laqgħat fil-perjodu konċernat.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti rispettivi
Jista’ l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu sabiex il-pjazza Antoine De Paule f'Raħal Ġdid jsirilha l-manutenzjoni neċessarja wara li parti minnha waqqgħet? Jista’ jassigura li din il-pjazza tiġi miżmuma aħjar u li l-funtani jkollhom l-ilma għaddej?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid li qed jikkonsulta mal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta' Malta, sabiex jsir ix-xogħol li hemm bżonn isir.
Jista’ l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu sabiex Ġnien il-Mediterran ġewwa Raħal Ġdid jiġi mibdi u finalizzat wara li tħabbar f'Mejju 2019 u tul dawn l-ewwel xhur jidher li waqaf kollox?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevolli Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid li għaddejjin diskussjonijiet mal-mal-awtoritajiet kompetenti sabiex ix-xogħol li kien beda fi Ġnien il-Mediterran jitkompla.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm pubblikazzjonijiet minn Heritage Malta fis-sena 2019? Jista’ jelenkahom u jgħid kemm ġew mibjugħa jew distribwiti u kemm għad fadal?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Att dwar il-Kummissarju għall-Ġustizzja – petizzjonijiet imressqa
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14259, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra, dejjem jekk hemm raġuni dipartimentali, għala mill-2017 sal-2019 kien hemm 40% inqas petizzjonijiet?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda raġuni dipartimentali dwar dan. Naturalment, il-petizzjonijiet huma l-prerogattiva tal-persuna li tirċievi avviż ta’ kontravvenzjoni.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-kollezzjoni ta’ mapep prezzjużi li għaddew f’idejn l-Istat Malti mingħand l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament humiex jiġu miżmuma fi stat tajjeb? Jista’ jgħid jekk ġewx esebiti? U jekk hemmx il-ħsieb li jsir mużew apposta sabiex jiġu esposti lkoll f’daqqa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-kollezzjoni ta’ mapep imsemmija jinstabu fi stat ta’ konservazzjoni tajjeb. Fin-natura intrinsika tagħha, kollezzjoni bħal din hija waħda ta’ referenza.
Heritage Malta qatt ma kellha l-intenzjoni illi dawn il-mapep jiġu esibiti kollha, wisq anqas f’mużew iddedikat għalihom, kemm minħabba n-natura teknika u speċjalizzata tagħhom, kif ukoll minħabba l-konservazzjoni (peress li ma jifilħux ikunu esposti għad-dawl għal tul ta’ żmien).
Madankollu, isir użu frekwenti minn din il-kollezzjoni, kemm għall-wirja permanenti fil-Muzew tal-Arti (MUŻA), fejn jintużaw b’rotazzjoni skont il-bżonn, kif ukoll f’mużewijiet oħra, inkluż għal wirjiet temporanji, fosthom f’pajjiżi barranin. Barra minn hekk, huma dejjem aċċessibbli għal kull min irid jirreferi għalihom.
Jista’ l-Ministru jara li d-diversi oġġetti li jinsabu barra mill-Iskola Primarja tax-Xgħajra jiġu miżmuma aħjar għal meta jkun jistgħu jiġu utilizzati għada pitgħada?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant kjarifika dwar x'qiegħed jinftiehem barra mill-iskola.
Invista tal-fatt li l-ħaddiema li joħorġu minn fuq il-post tax-xogħol bl-Early Retirement skont skedi offruti minn kumpaniji privati qabel ma jilħqu l-pension age, u peress li bħalissa ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni fis-sens persuna li tingħata l-early retirement ta’ 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta’ 61 sena, f’dawk it-3 snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor, fil-frattemp, jista’ l-Ministru jikkonsidrax li ssir xi emenda fil-liġijiet tax-xogħol biex persuni f’din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu b’xogħol part-time?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li meta jkun hemm skema ta’ rtirar kmieni jiddependi x’kundizzjonijiet ikun hemm u allura dan ma joħroġx mil-liġi.